31975R1375



Official Journal L 139 , 30/05/1975 P. 0027 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0087
Greek special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0013
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 6 P. 0087
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 8 P. 0169
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 8 P. 0169


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1375/75

tad-29 ta' Mejju 1975

dwar id-dispożizzjonijiet ta' għarfien għall-gruppi produtturi tal-hops fl-Irlanda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71([1]) tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-hops, kif emendata bl-Att([2]) dwar il-kondizzjonijiet ta' sħubija u l-aġġustamenti għat-Trattati, u b'mod partikolari Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1351/72([3]) tat-28 ta' Ġunju 1972 dwar l-għarfien ta' gruppi ta' produtturi tal-hops, jipprovdi f'Artikolu 2(1) illi għall-għanijiet ta' għarfien ta' grupp ta' produtturi, dan għandu jkun magħmul tal-anqas minn seba' produtturi;

Billi mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ir-regoli tal-Komunità dwar l-argikoltura saru applikabbli għall-Irlanda;

Billi f'dak il-pajjiż hemm reġjun wieħed biss li jipproduċi l-hops u billi dak ir-reġjun fih anqas minn seba' produtturi;

Billi minħabba s-sitwazzjoni ġeografika tal-Irlanda jkun diffiċili għall-produtturi Irlandiżi li jingħaqdu ma' gruppi fi Stati Membri oħra; billi l-produtturi in kwistjoni, erba' fin-numru, mill-bqija jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa bir-Regolament (KEE) Nru 1351/72 għall-formazzjoni ta' grupp produttur li jkollu l-għarfien;

Billi biex ma tinħoloqx sitwazzjoni li tista tippreġudika lil dawn il-produtturi b'relazzjoni ma' produtturi oħra fil-Komunità huwa meħtieġ li ssir deroga mid-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1351/72 favur l-Irlanda billi jitnaqqas għal tlieta l-anqas numru ta' produtturi meħtieġa għall-formazzjoni ta' grupp;

Billi l-miżuri li għaliha jipprovdi dan ir-Regolament hija skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Fl-Irlanda, b'deroga minn Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1351/72, grupp ta' produtturi jista' jkollu l-għarfien jekk ikun magħmul minn tal-anqas tliet produtturi.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara dak li fh jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 1975.

Għall-Kummissjoni

P.J. LARDINOIS

Membru tal-Kummissjoni

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 175, ta' l-4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

[3] ĠU L 148, tat-30.6.1972, p. 13.