<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-430/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CC0430</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:44">EU:C:2022:44</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Collins – Kawża C‑430/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">RS (Effett tad-deċiżjonijiet ta’ qorti kostituzzjonali)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Collins</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20220120">20 ta’ Jannar 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑430/21</HT></P><P>RS</P><P>(Effett tad-deċiżjonijiet ta’ qorti kostituzzjonali)</P><P><HT TYPE="NORMAL">(Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova, ir-Rumanija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Stat tad-dritt</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2 TEU</KEYWORD><KEYWORD>Tieni subparagrafu tal‑Artikolu 19(1) TEU</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47 tal-Karta tad‑Drittijiet Fundamentali tal‑Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjoni tal‑Kostituzzjoni ta’ Stat Membru kif interpretata mill‑konstatazzjoni tal-qorti kostituzzjonali tiegħu li l‑qrati nazzjonali ma għandhomx is‑setgħa li janalizzaw il‑konformità mad-dritt tal‑Unjoni Ewropea ta’ dispożizzjoni nazzjonali, meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal‑qorti kostituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri dixxiplinari</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Imħallef nazzjonali jista’ jiġi prekluż, u mqiegħed f’riskju ta’ espożizzjoni għal proċeduri u sanzjonijiet dixxiplinari bħala konsegwenza tal-eżami tal‑konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ġiet deċiża bħala kostituzzjonali mill-qorti kostituzzjonali ta’ dak l-Istat Membru? Dan huwa l-element prinċipali f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari mill-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova, ir-Rumanija). It-talba tirrigwarda, essenzjalment, l-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Hija tobbliga lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex għal darba oħra tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet f’kuntest fejn qorti kostituzzjonali nazzjonali tikkontesta direttament is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-talba toriġina minn rikors quddiem il-qorti tar-rinviju li jirrigwarda t-tul tal-proċeduri li rriżultaw minn tilwima kontra prosekutur u żewġ imħallfin li ġiet ippreżentata quddiem il-Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Secția pentru Investigarea Infracțiunilor din Justiție (it-Taqsima fl-Uffiċċju tal-Prosekutur għall-Investigazzjoni ta’ Reati Mwettqa fis-Sistema Ġudizzjarja) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>SIIJ<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210518">18 ta’ Mejju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Asociaţia <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Forumul Judecătorilor din România<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑83/19, C‑127/19, C‑195/19, C‑355/19 u C‑397/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:393">EU:C:2021:393</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Li kienet tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 TUE, l-Artikolu 4(3) TUE, l-Artikolu 9 TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 67(1) TFUE u l-Artikolu 267 TFUE, l-Artikolu 47 tal-Karta u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20061213">13 ta’ Diċembru 2006</DATE> dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-kooperazzjoni u l-verfika tal-progress fir-Rumanija sabiex jiġu indirizzati punti ta’ riferiment speċifiċi fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142M" PAGE.FIRST="825" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 142M, p. 825</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħolqien tas-SIIJ tmur kontra d-dritt tal-Unjoni meta l-istabbiliment tagħha ma jkunx iġġustifikat minn rekwiżiti oġġettivi u verifikabbli bbażati fuq l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ma jkunx akkumpanjat minn garanziji speċifiċi identifikati mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara l-punt 5 tad-dispożittiv ta’ dik is-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha nru 390/2021<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenza nru 390 tat‑<DATE ISO="20210608">8 ta’ Ġunju 2021</DATE> dwar Eċċezzjoni ta’ Antikostituzzjonalità Mqajma fir-rigward tal-Artikoli 88<HT TYPE="SUP">1</HT>–88<HT TYPE="SUP">9</HT> tal-Liġi Nru 304/2004 dwar l-Organizzazzjoni tal-Ġudikatura kif ukoll fir-rigward tal-Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 90/2018 li Tintroduċi Ċerti Miżuri fir-rigward tal-Funzjonament tat-Taqsima għall-Investigazzjoni ta’ Reati Mwettqa fil-Ġudikatura (Secţia pentru investigarea infracţiunilor din justiţie), ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija) Nru 612 tat‑<DATE ISO="20210622">22 ta’ Ġunju 2021</DATE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sentenza nru 390/2021<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</P></NOTE>, mogħtija fit‑<DATE ISO="20210608">8 ta’ Ġunju 2021</DATE>, il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) tar-Rumanija ċaħdet eċċezzjoni ta’ antikostituzzjonalità tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-SIIJ. Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) innotat li fis-sentenzi preċedenti tagħha hija kienet iddeċidiet li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni kienu kostituzzjonali u ddikjarat li hija ma rat ebda raġuni sabiex titbiegħed minn dawn is-sentenzi minkejja s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Asociaţia Forumul Judecătorilor din România. Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) irrikonoxxiet li minkejja li l-Artikolu 148(2) tal-Kostituzzjoni Rumena jipprevedi s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni fuq id-dispożizzjonijiet kuntrarji tad-dritt nazzjonali, dan il-prinċipju ma jistax ineħħi jew jinnega l-identità kostituzzjonali nazzjonali. Din id-dispożizzjoni sempliċement tiżgura s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni fuq id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>dritt infrakostituzzjonali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Hija ma tagħtix lid-dritt tal-Unjoni s-supremazija fuq il-Kostituzzjoni Rumena, bir-riżultat li qorti nazzjonali ma għandhiex setgħa sabiex teżamina l-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt domestiku li ġiet deċiża bħala kostituzzjonali mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali). Is-sentenza nru 390/2021 għalhekk għandha implikazzjonijiet ċari fuq is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni u l-effetti tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontenzjuż dwar is-SIIJ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula mill-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova) ma jirrigwardawx direttament il-kwistjoni tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni jew il-legalità skont id-dritt tal-Unjoni tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-SIIJ. Huma jiffokaw pjuttost fuq ir-rwol tal-qrati nazzjonali sabiex jiżguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni u l-indipendenza tal-ġudikatura fl-isfond tas-sentenza nru 390/2021 tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina d-domandi magħmula, sejjer nindika d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, it-tilwima fil-kawża prinċipali u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt Rumen</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kostituzzjoni Rumena</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 148(2) sa (4) tal-Constituția României (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kostituzzjoni Rumena<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="148.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Wara l-adeżjoni, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li jikkostitwixxu l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-leġiżlazzjonijiet Komunitarji l-oħra vinkolanti għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali, b’osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Att ta’ Adeżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="148.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu japplikaw b’analoġija għall-adeżjoni mal-atti ta’ reviżjoni tat-Trattati li jikkostitwixxu l-Unjoni Ewropea.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="148.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-Parlament, il-President tar-Rumanija, il-Gvern u l-awtorità ġudizzjarja għandhom jiggarantixxu l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-Att ta’ Adeżjoni u mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Kodiċi tal‑Proċedura Kriminali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 488<HT TYPE="SUP">1</HT> tal-Codul de procedură penală (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) jipprevedi <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> li, jekk ix-xogħol tal-prosekuzzjoni ma jitlestiex f’terminu raġonevoli, il-parti li ġġarrab dannu tista’ tressaq ilment tal-inqas sena wara l-bidu tal-proċeduri kriminali li jitlob li l-proċedura tiġi mħaffa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 488<HT TYPE="SUP">5</HT>(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jipprevedi <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> li, meta jiddeċiedi dwar l-ilment, l-imħallef responsabbli għal kwistjonijiet relatati mad-drittijiet u l-libertajiet, jew il-qorti li għandha ġurisdizzjoni, għandu jivverifika t-tul tal-proċeduri abbażi tal-miżuri meħuda, id-dokumenti fil-proċess u l-osservazzjonijiet ippreżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 488<HT TYPE="SUP">6</HT>(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jipprevedi <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> li meta l-imħallef responsabbli għal kwistjonijiet relatati mad-drittijiet u l-libertajiet, jew il-qorti li għandha ġurisdizzjoni, jikkunsidra li l-ilment huwa fondat, huwa għandu jilqa’ l-ilment u jiffissa terminu li fih il-prosekutur għandu jittratta l-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑Liġi Nru 303/2004</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99(ș) tal-Legea nr. 303/2004 privind statutul judecătorilor și procurorilor (il-Liġi Nru 303/2004 dwar l-Istatus tal-Imħallfin u tal-Prosekuturi) tat‑<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Liġi Nru 303/2004<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), in-nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali jikkostitwixxi ksur dixxiplinari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, Parti I, Nru 826 tat‑<DATE ISO="20050913">13 ta’ Settembru 2005</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It‑tilwima fil‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>RS ġie kkundannat minħabba proċeduri kriminali fir-Rumanija. Fl‑<DATE ISO="20200401">1 ta’ April 2020</DATE>, il-mara ta’ RS ressqet ilment kriminali kontra tliet membri tal-ġudikatura, prosekutur u żewġ imħallfin. Fl-ilment tagħha, hija akkużat lill-prosekutur bir-reati ta’ abbuż ta’ proċedura u abbuż tal-kariga. Hija allegat, essenzjalment, li l-prosekutur kien beda proċeduri kriminali bi ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ RS u kien ressaq akkużi kontrih fuq il-bażi ta’ xhieda falza. Il-mara ta’ RS akkużat ukoll liż-żewġ imħallfin b’abbuż tal-kariga minħabba li, matul il-proċedura ta’ appell, huma naqsu milli jeżaminaw u jiddeċiedu dwar rikors għall-klassifikazzjoni ġuridika mill-ġdid tal-fatti, u għalhekk kisru d-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Peress li l-ilment kriminali kien relatat mal-membri tal-ġudikatura, dan ġie ppreżentat quddiem is-SIIJ. Fl‑<DATE ISO="20200414">14 ta’ April 2020</DATE>, il-prosekutur tas-SIIJ beda proċeduri kriminali bl-allegazzjoni li l-membri tal-ġudikatura kienu wettqu r-reati ta’ abbuż tal-proċess u abbuż tal-kariga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20210610">10 ta’ Ġunju 2021</DATE>, RS ressaq, quddiem l-imħallef tal-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova) responsabbli għal kwistjonijiet relatati mad-drittijiet u l-libertajiet, ilment dwar it-tul tal-proċeduri kriminali pendenti quddiem is-SIIJ. Huwa talab lill-qorti tiffissa data li fiha l-prosekutur inkarigat mill-kawża kellu jagħlaqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Is-SIIJ bagħtet il-proċess relatat mal-prosekuzzjoni kriminali lill-qorti tar-rinviju, fuq talba ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota li, fil-proċeduri quddiemha, hija għandha tilqa’ jew tiċħad l-ilment. Jekk tiċħad l-ilment, il-proċess jintbagħat lura lis-SIIJ, minħabba li t-tul tal-proċeduri ma qabiżx terminu ta’ żmien raġonevoli. Jekk il-qorti tar-rinviju tilqa’ l-ilment, dik il-qorti għandha tiffissa terminu għall-ipproċessar tal-kawża u sussegwentement tibgħat lura l-proċess lis-SIIJ. Jidher li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-aħħar terminu ma jwassal għal ebda konsegwenza ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex tiddeċiedi dwar l-ilment quddiemha, hija għandha tanalizza (i) il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-istabbiliment u l-funzjonament tas-SIIJ, (ii) il-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România sabiex tiddeċiedi jekk is-SIIJ toperax b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni u (iii) l-effett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-SIIJ tas-sentenza nru 390/2021, li permezz tagħha l-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ċaħdet eċċezzjoni ta’ antikostituzzjonalità intiża kontra l-Artikoli 88<HT TYPE="SUP">1</HT> sa 88<HT TYPE="SUP">9</HT> tal-Legea nr. 304/2004 privind organizarea judiciară (il-Liġi Nru 304/2004 dwar l-Organizzazzjoni tas-Sistema Ġudizzjarja) tat‑<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE> (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija, Parti I, Nru 827 tat‑<DATE ISO="20050913">13 ta’ Settembru 2005</DATE>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Liġi Nru 304/2004<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 2 TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/928 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali milli tipprevedi l-ħolqien ta’ taqsima speċjalizzata tal-Uffiċċju tal-Prosekutur b’kompetenza esklużiva li twettaq investigazzjonijiet ta’ reati mwettqa minn imħallfin u prosekuturi, fejn il-ħolqien ta’ din it-taqsima ma jkunx iġġustifikat minn rekwiżiti oġġettivi u verifikabbli relatati mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ma jkunx akkumpanjat minn garanziji speċifiċi. Barra minn hekk, il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ta’ status kostituzzjonali, kif<?PAGE NO="5"?> interpretata mill-qorti kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru, li skontha qorti inferjuri ma għandhiex permess twarrab <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> dispożizzjoni nazzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928, li hija tqis, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kuntrarja għal din id-deċiżjoni jew għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Jidher mill-estratti tas-sentenza nru 390/2021 li ġew riprodotti mill-qorti tar-rinviju fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari li l-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) irrikonoxxiet li, skont l-Artikolu 148 tal-Kostituzzjoni Rumena, li jirregola r-relazzjoni bejn id-dritt nazzjonali u dak tal-Unjoni, hija għandha tiżgura s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Madankollu, din is-supremazija, jew preċedenza, ma għandhiex tinftiehem li teskludi jew tinnega l-identità kostituzzjonali nazzjonali, stabbilita fl-Artikolu 11(3) tal-Kostituzzjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 152 tagħha, li hija garanzija tal-identità ċentrali tal-Kostituzzjoni Rumena u ma għandhiex tiġi rrelattivizzata fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea. Permezz ta’ din l-identità kostituzzjonali, il-Qorti Kostituzzjonali għandha s-setgħa li tiżgura s-supremazija tal-Kostituzzjoni fit-territorju tar-Rumanija (ara, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, is-sentenza tat‑<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE>, 2 BvE 2/08 <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali Federali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja)<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenza nru 390/2021, punt 81.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkunsidrat li qorti jew tribunal għandhom is-setgħa li jeżaminaw il-konformità ta’ dispożizzjoni li tifforma parti mid-dritt domestiku mad-dritt tal-Unjoni fid-dawl tal-Artikolu 148 tal-Kostituzzjoni. F’każ ta’ kunflitt, dik il-qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti preċedenza lid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’tilwimiet li jirrigwardaw id-drittijiet suġġettivi taċ-ċittadini. Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkunsidrat li r-riferiment għad-dritt domestiku huwa esklużivament għal leġiżlazzjoni infrakostituzzjonali peress li, skont l-Artikolu 11(3) tagħha, il-Kostituzzjoni Rumena żżomm pożizzjoni ġerarkikament superjuri fid-dritt Rumen. Għaldaqstant, l-Artikolu 148 tal-Kostituzzjoni Rumena ma jagħtix lid-dritt tal-Unjoni s-supremazija fuq il-Kostituzzjoni, bir-riżultat li qorti nazzjonali ma għandhiex is-setgħa sabiex teżamina l-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt domestiku meqjusa kostituzzjonali skont l-Artikolu 148 tal-Kostituzzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara s-sentenza nru 390/2021, punt 83.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkunsidrat ukoll li l-obbligi imposti mid-Deċiżjoni 2006/928 huma vinkolanti fuq l-awtoritajiet Rumeni li huma kompetenti biex iwettqu kooperazzjoni istituzzjonali mal-Kummissjoni Ewropea (il-Parlament Rumen u l-Gvern Rumen). Peress li l-qrati ma humiex awtorizzati jikkooperaw mal-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni, huma ma humiex marbuta b’dan il-mod. Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ikkonstatat li l-applikazzjoni tal-punt 7 tad-dispożittiv tas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, li skontu qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>hija awtorizzata ma tapplikax, fuq inizjattiva tagħha stess, dispożizzjoni nazzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/928, li hija tqis, fid-dawl ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tmur kontra din id-deċiżjoni jew kontra t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ma għandha ebda bażi fil-Kostituzzjoni Rumena minħabba li l-Artikolu 148 tagħha jistabbilixxi s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni fuq dispożizzjonijiet kunfliġġenti tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Ir-rapporti tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-Progress li sar mir-Rumanija taħt il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika, stabbiliti fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 2006/928 (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>rapporti MKV<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), minħabba l-kontenut u l-effetti tagħhom, kif stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, fl-opinjoni tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), ma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>jikkostitwixxux regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati<?PAGE NO="6"?> għandhom jagħtuhom prijorità billi jwarrbu regoli ta’ dritt nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Il-qrati nazzjonali ma jistgħux jagħtu prijorità lill-applikazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet, għad-detriment tad-dritt nazzjonali, peress li r-rapporti MKV ma humiex atti leġiżlattivi u għalhekk ma jistgħux ikunu f’kunflitt mal-leġiżlazzjoni domestika. Id-deċiżjoni tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) tikkonferma għalhekk din il-konklużjoni li d-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali hija konformi mal-Kostituzzjoni Rumena b’riferiment għall-Artikolu 148 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza nru 390/2021, punt 85.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Peress li s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România ma tistax treġġa’ lura l-ġurisprudenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) dwar l-effett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-SIIJ tad-Deċiżjoni 2006/928 fuq l-istħarriġ tal-kostituzzjonalità u, impliċitament, ksur tal-Artikolu 148 tal-Kostituzzjoni, il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ċaħdet bħala infondata l-eċċezzjoni ta’ antikostituzzjonalità mqajma fir-rigward tal-Liġi Nru 304/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li d-domandi magħmula għandhom rabta diretta mas-soluzzjoni tal-kawża quddiemha. L-ilment dwar it-tul tal-proċeduri kriminali jikkonċerna l-proċeduri quddiem is-SIIJ. L-imħallef li qiegħed jisma’ dan l-ilment għandu jeżamina ċ-ċirkustanzi kollha li jaffettwaw it-tul tal-proċeduri kriminali. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni li tirregola l-attivitajiet tas-SIIJ, il-piż tax-xogħol tas-SIIJ fir-rigward tan-numru ta’ prosekuturi, ir-rata li biha jiġu deċiżi l-kawżi u jekk is-SIIJ toperax konformement mas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România. Dan l-eżerċizzju jippermetti lill-imħallef li qiegħed jisma’ l-ilment sabiex jiddetermina jekk ix-xogħol tas-SIIJ, fil-kuntest ġuridiku attwali u bil-persunal attwali tagħha, huwiex iġġustifikat minn rekwiżiti oġġettivi u verifikabbli relatati mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. B’mod partikolari, tqum il-kwistjoni dwar jekk is-SIIJ hijiex f’pożizzjoni li tmexxi proċeduri kriminali meta d-dritt ta’ kull persuna għal smigħ xieraq jiġi rrispettat b’mod korrett, inkluż it-tul ta’ dawn il-proċeduri. Il-qorti tar-rinviju tosserva li, fil-punt 221 tas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, fir-rigward tad-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta, huwa importanti li r-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament ta’ entità bħas-SIIJ ikunu maħsuba b’mod li jiżguraw li kawżi kontra mħallfin u prosekuturi jinstemgħu fi żmien raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha tiddeċiedi jekk il-proċess għandux jiġi rrinvijat għall-finijiet tat-tkomplija tal-prosekuzzjoni tal-proċeduri kriminali minn uffiċċju tal-prosekutur li, fid-dawl tas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, jista’ jitqies li qiegħed jaġixxi bi ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li hija obbligata tagħżel bejn l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România u l-applikazzjoni tas-sentenza nru 390/2021. Jekk l-imħallef jagħżel li japplika s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li jwarrab is-sentenza nru 390/2021, huwa jista’ jkun suġġett għal proċeduri dixxiplinari, skont l-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004, peress li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) jikkostitwixxi reat dixxiplinari. Tali proċeduri dixxiplinari jistgħu jwasslu sabiex l-imħallef jiġi sospiż mill-funzjonijiet tiegħu. Il-possibbiltà li jirriżultaw tali konsegwenzi hija kapaċi tinterferixxi mal-indipendenza tal-imħallef sabiex jiddeċiedi fuq il-kawża li jkollu quddiemu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment ukoll għall-kawża ta’ mħallef tal-Curtea de Apel Pitești (il-Qorti tal-Appell ta’ Pitești, ir-Rumanija), irrapportata fl-istampa. Fl-applikazzjoni tal-Artikoli 2 TUE u 19 TUE, id-Deċiżjoni 2006/928 u s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, l-imħallef tal-Curtea de Apel Pitești (il-Qorti tal-Appell ta’ Pitești) iddeċieda li s-SIIJ ma kinitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>iġġustifikata minn rekwiżiti oġġettivi u verifikabbli relatati mal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u ma [kinitx toffri] garanziji speċifiċi li, l-ewwel, [ipprekludew] kwalunkwe riskju li din it-taqsima tintuża bħala strument li permezz tiegħu [seta’] jiġi eżerċitat il-kontroll politiku fuq l-attivitajiet ta’ mħallfin u prosekuturi individwali b’mod li jimmina l-indipendenza tagħhom u, it-tieni, [żguraw] li s-setgħat tagħha [setgħu] jiġu eżerċitati fir-rigward ta’ tali individwi skont l-obbligi li jirriżultaw fl-Artikoli 47 u 48 tal-[Karta].<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> Għalhekk huwa obbliga lill-prosekutur sabiex jiċħad il-ġurisdizzjoni sabiex isolvi l-kawża, u għalhekk warrab id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88<HT TYPE="SUP">1</HT> tal-Liġi Nru 304/2004 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni. Bħala konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni, l-Inspecția Judiciară (l-Ispettorat Ġudizzjarju, ir-Rumanija) fetaħ proċeduri dixxiplinari kontra dan l-imħallef minħabba allegat nuqqas, li jikkonsisti fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> jew b’negliġenza gravi waqt it-trattament ta’ kawża li oriġinat minn ilment dwar it-tul tal-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi għalhekk jekk prattika li tikkonsisti fl-issuġġettar għal proċeduri dixxiplinari ta’ mħallef li, abbażi tas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, kien tal-fehma li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar is-SIIJ imorru kontra d-dritt tal-Unjoni, hijiex konformi mal-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi segwenti għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-[Karta], jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 148(2) tal-Constituția României (il-Kostituzzjoni Rumena), kif interpretata mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija) fis-sentenza Nru 390/2021, li tipprovdi li l-qrati nazzjonali ma għandhomx is-setgħa li janalizzaw il-konformità ta’ dispożizzjoni nazzjonali, meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-[Karta], jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 99(ș) tal-[Liġi Nru 303/2004], li tippermetti l-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari u l-impożizzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari fil-konfront ta’ mħallef għal nuqqas ta’ osservanza ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), meta l-imħallef huwa mitlub jistabbilixxi s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), dispożizzjoni nazzjonali din li ċċaħħad lill-imħallef mill-possibbiltà li japplika s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li huwa jqis li għandha prijorità?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-[Karta], jipprekludi prattiki ġudizzjarji nazzjonali li jipprojbixxu lill-imħallef, taħt piena ta’ responsabbiltà dixxiplinari, milli japplika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni<?PAGE NO="8"?> Ewropea fi proċeduri kriminali bħall-kontestazzjoni tat-tul raġonevoli tal-proċeduri kriminali, irregolat mill-Artikolu 488<HT TYPE="SUP">1</HT> tal-Cod de procedură penală (il-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali) tar-Rumanija?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova) talbet li din it-talba għal deċiżjoni preliminari tkun suġġetta għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari jew, sussidjarjament, għall-proċedura mħaffa skont <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, il-qorti tar-rinviju indikat li kienu nfetħu proċeduri dixxiplinari fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni skont l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România. Dawn il-proċeduri jimminaw serjament l-indipendenza tal-ġudikatura u l-istabbiltà tas-sistema ġudizzjarja. Barra minn hekk, l-inċertezzi maħluqa mid-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni jaffettwaw il-funzjonament tas-sistema ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20210730">30 ta’ Lulju 2021</DATE>, l-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li tiċħad it-talba tal-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova) sabiex it-talba għal deċiżjoni preliminari tiġi suġġetta għall-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talba għal proċedura mħaffa, l-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jiddeċiedi, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi suġġett għal proċedura mħaffa meta n-natura tal-kawża teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien. Barra minn hekk, meta kawża tqajjem inċertezzi serji li jikkonċernaw kwistjonijiet fundamentali tad-dritt kostituzzjonali nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni, jista’ jkun meħtieġ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ tali kawża, li din tiġi ttrattata f’qasir żmien<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181019">19 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:851">EU:C:2018:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20210812">12 ta’ Awwissu 2021</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li jilqa’ t-talba tal-qorti tar-rinviju sabiex din it-talba għal deċiżjoni preliminari tiġi suġġetta għal proċedura mħaffa, skont l-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura. Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-fatt li l-kwistjonijiet dwar is-supremazija tad-dritt tal-Unjoni mqajma minn dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari huma ta’ importanza fundamentali għar-Rumanija u għall-ordinament kostituzzjonali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxa d-data tal-preżentata tal-osservazzjonijiet bil-miktub fis‑<DATE ISO="20210927">27 ta’ Settembru 2021</DATE>. Skont l-Artikolu 105(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-data tas-seduta ġiet iffissata għat‑<DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen, tal-Pajjiżi l-Baxxi u Belġjan ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub, kif għamlet ukoll il-Kummissjoni. Intbagħtu mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet, lil partijiet ikkonċernati oħra u lill-Gvern Rumen għal tweġiba fis-seduta tat‑<DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali fis-seduta tat‑<DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju indikat li l-ħtieġa li titressaq din it-talba għal deċiżjoni preliminari tnisslet mill-kunflitt bejn is-sentenza nru 390/2021 tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) u s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România u, b’mod partikolari, mill-ħtieġa li jiġi aċċertat jekk fl-eżami tal-ilment li jinsab quddiemha, il-qorti tar-rinviju tistax, skont din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, teżamina d-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment u mal-funzjonament tas-SIIJ sabiex tiddetermina jekk dawn humiex kuntrarji għall-Artikolu 2 TUE, għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u għall-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet bil-miktub ma kien fihom ebda oġġezzjoni għall-ammissibbiltà tad-domandi magħmula. Fis-seduta tat‑<DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>, il-Gvern Rumen kif ukoll il-Kummissjoni aċċettaw li d-domandi magħmula huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkunsidrat li ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali huma differenti minn dawk li rriżultaw fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). L-ewwel, f’dik il-kawża, il-kawżi prinċipali ma kinux marbuta mad-dritt tal-Unjoni u l-imħallfin nazzjonali ma ntalbux japplikaw id-dritt tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, fil-kawża prinċipali attwalment inkwistjoni, l-imħallef nazzjonali qiegħed jintalab japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, id-Deċiżjoni 2006/928 u s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România. It-tieni, huwa ċar mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li l-proċeduri dixxiplinari kontra ż-żewġ imħallfin li ressqu t-talbiet għal rinviju għal deċiżjoni preliminari kienu magħluqa. It-theddida ta’ proċeduri dixxiplinari għaldaqstant kienet saret ipotetika. F’din il-kawża, it-theddida ta’ proċeduri dixxiplinari kontra l-imħallef li għamel ir-rinviju preliminari ma hijiex ipotetika peress li għadu ma applikax id-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, deċiżjoni li tmur kontra s-sentenza nru 390/2021 tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) tikkostitwixxi awtomatikament ksur tal-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004. It-tielet, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, it-tliet domandi magħmula huma marbuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen min-naħa tiegħu enfasizza r-rilevanza tal-Artikolu 19(1) TUE fir-rigward tal-legalità tat-tul tal-proċeduri quddiem is-SIIJ fil-kawża prinċipali. Huwa aċċetta wkoll li r-riskju li mħallef ikun espost għal sanzjonijiet dixxiplinari jista’ jkun fattur rilevanti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Nipproponi, għall-kompletezza, li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà ta’ kull domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta, jipprekludix dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 148(2) tal-Kostituzzjoni Rumena kif interpretata mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali)<?PAGE NO="10"?> fis-sentenza nru 390/2021, li skontha l-qrati nazzjonali ma għandhomx is-setgħa li janalizzaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li għalkemm id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula minn qorti nazzjonali jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza, l-għan tal-proċedura tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari fl-Artikolu 267 TFUE ma huwiex li tiffaċilita l-għoti ta’ opinjonijiet konsultattivi dwar domandi ġenerali jew ipotetiċi. Pjuttost, kif jirriżulta mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, din teħtieġ li d-deċiżjoni preliminari mitluba tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> sabiex tippermetti lill-qorti tar-rinviju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[tagħti] s-sentenza<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fil-kawża li għandha quddiemha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-Artikolu 267 TFUE għaldaqstant jagħti lill-qrati nazzjonali diskrezzjoni mill-iktar wiesgħa sabiex jagħmlu rinviju ta’ kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk huma jqisu li kawża pendenti quddiemhom tqajjem kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni neċessarji għar-riżoluzzjoni tat-tilwima mressqa quddiemhom. Huwa għalhekk, b’mod partikolari, li l-qorti li ma tiddeċidix fl-aħħar istanza għandha tkun libera, jekk hija tqis li l-evalwazzjoni ta’ dritt magħmula f’livell ogħla, anki fuq livell kostituzzjonali, tista’ twassal għal sentenza li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi li jħassbuha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, punt 133 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-eżami fuq il-mertu tal-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju, jidher li d-deċiżjoni tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021 tista’ twassal lill-qorti tar-rinviju sabiex tagħti sentenza kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, għad-dispożizzjonijiet imsemmija f’din id-domanda, jiġifieri l-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta. Għaldaqstant inqis li l-ewwel domanda hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tfittex li taċċerta jekk il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta, jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali jew prattika ġudizzjarja nazzjonali li tippermetti l-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari għal imħallef li japplika dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, u b’hekk jonqos milli josserva sentenza tal-Curtea Constituțială (il-Qorti Kostituzzjonali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalkemm il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni qablu waqt is-seduta li dawn id-domandi huma ammissibbli, fid-dawl tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), nikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina din il-kwistjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’dik il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mistoqsija jekk it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali milli żżid b’mod sinjifikattiv ir-riskju li tiġi mminata l-indipendenza tal-imħallfin jew li tneħħi l-garanzija ta’ proċeduri dixxiplinari indipendenti kontrihom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma deher li kien hemm ebda rabta bejn id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li d-domandi kienu relatati magħha, jiġifieri t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, u t-tilwim quddiem il-qorti tar-rinviju, li kienu jikkonsistu<?PAGE NO="11"?> fi proċeduri kontra t-Teżor Pubbliku għall-ħlas ta’ somom u għat-tnaqqis ta’ sentenzi kriminali għax-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>xhieda repentiti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat, l-ewwel, li t-tilwim fil-kawżi prinċipali ma kellhom, fir-rigward tal-mertu, l-ebda rabta mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE li kien is-suġġett tad-domandi preliminari. Il-qrati tar-rinviju għalhekk ma kinux mitluba japplikaw dan id-dritt, jew din id-dispożizzjoni, sabiex jistabbilixxu l-mertu tat-tilwim quddiemhom. It-tieni, hija sostniet li d-domandi magħmula ma kinux jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet proċedurali tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati tar-rinviju kienu obbligati japplikaw sabiex jagħtu deċiżjoni. It-tielet, risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi magħmula ma setgħetx tagħti lill-qrati tar-rinviju interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tippermettilhom jsolvu kwistjonijiet proċedurali tad-dritt nazzjonali qabel ma jkunu jistgħu jiddeċiedu fuq il-mertu tat-tilwim quddiemhom. Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li t-tilwim fil-kawżi prinċipali ma kienx relatat mal-fatt li l-imħallfin li ressqu t-talbiet għal deċiżjoni preliminari kienu, bħala riżultat tat-talbiet tagħhom, potenzjalment suġġetti għall-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari kontrihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minkejja li kkonstatat li d-domandi fil-kawżi li wasslu għal din is-sentenza kienu inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dispożizzjonijiet ta’ dritt nazzjonali li jesponu lill-qrati nazzjonali għal proċeduri dixxiplinari minħabba l-fatt li huma adixxew lill-Qorti tal-Ġustizzja b’rinviju għal deċiżjoni preliminari ma jistgħux jintlaqgħu. Is-sempliċi perspettiva li tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ proċeduri dixxiplinari minħabba li jkun sar tali rinviju hija ta’ natura li tippreġudika l-eżerċizzju effettiv mill-qrati nazzjonali tad-diskrezzjoni tagħhom li jagħmlu rinviju ta’ kwistjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja u tal-funzjonijiet tal-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat ukoll li, f’tali ċirkustanzi, il-miżura jew il-prassi nazzjonali setgħu jkunu l-bażi ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Flimkien mal-Kummissjoni, nikkunsidra li t-tliet domandi preliminari huma marbuta u jissovrapponu lil xulxin. It-tliet domandi kollha jirrigwardaw il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura u l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, kif interpretati mill-qorti kostituzzjonali nazzjonali, li jipprekludu jew jostakolaw l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mill-qorti tar-rinviju, b’mod partikolari l-Artikolu 2 TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, ir-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li dawn id-domandi jagħmlu riferiment għalihom, jiġifieri l-Artikolu 2 TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta, u t-tilwima fil-kawża prinċipali dwar il-legalità ta’ proċedura quddiem is-SIIJ wara s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România u s-sentenza nru 390/2021 tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), hija evidenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Nikkunsidra wkoll li l-ammissibbiltà tal-kwistjoni iktar speċifika mqajma fit-tieni u fit-tielet domanda dwar jekk l-imħallef jew l-imħallfin li għamlu dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jistgħux eventwalment jiġu esposti għal proċeduri dixxiplinari skont l-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004 talli applikaw id-deċiżjoni fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, jew fil-fatt id-deċiżjoni li tista’ finalment tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’din<?PAGE NO="12"?> il-proċedura għal deċiżjoni preliminari, minflok ma jżommu mas-sentenza nru 390/2021 tal-Curtea Constituță (il-Qorti Kostituzzjonali), hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>marbuta b’mod profond<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-approċċ propost fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IG <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:174">EU:C:2021:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> mas-sustanza tal-ewwel domanda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Repubblika</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑896/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:311">EU:C:2021:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, ikun artifiċjali li din ir-rabta tiġi injorata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fil-konklużjonijiet tiegħu f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IG <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑379/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:174">EU:C:2021:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) l-Avukat Ġenerali Bobek ikkunsidra li l-kwistjonijiet dwar ir-responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin nazzjonali li ressqu talba għal deċiżjoni preliminari huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għall-ġudizzju tal-kawża prinċipali fejn din ir-responsabbiltà tista’ tiskatta għaliex inkella jitressqu ftit talbiet. Ara b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑614/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:514">EU:C:2016:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għall-kuntrarju, fil-konklużjonijiet tiegħu f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IS (Illegalità tad-deċiżjoni tar-rinviju)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:292">EU:C:2021:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), l-Avukat Ġenerali Pikamäe kkunsidra li domanda preliminari dwar jekk l-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 267 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu liġi nazzjonali li tippermetti li jinbdew proċeduri dixxiplinari kontra mħallef, għar-raġuni li dan ressaq talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kienet inammissibbli meta l-kawża prinċipali la tirrigwarda t-tnedija ta’ proċedura dixxiplinari fil-konfront tal-imħallef tal-qorti tar-rinviju u lanqas ma tirrigwarda r-regolamenti tal-ġudikatura u d-dispożizzjonijiet tagħhom relatati mas-sistema dixxiplinari tal-imħallfin. Barra minn hekk, f’din il-kawża, l-att li nieda l-proċeduri dixxiplinari ġie rtirat u dawn ingħalqu. L-Avukat Ġenerali Pikamäe kkonċeda wkoll li l-kwistjoni dwar il-proċeduri dixxiplinari tista’ tkun ammissibbli meta ma tkunx tista’ tiġi sseparata minn kwistjoni oħra, ammissibbli, billi ż-żewġ kwistjonijiet jiġu ttrattati flimkien bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>grupp indiviżibbli<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Pikamäe f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>IS (Illegalità tad-deċiżjoni tar-rinviju)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:292">EU:C:2021:292</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minħabba l-kliem ċar u inekwivoku tal-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004, ir-riskju ta’ tali proċeduri dixxiplinari ma huwiex imbiegħed iżda huwa probabbiltà reali fir-rigward tal-imħallef jew tal-imħallfin fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fis-sentenza reċenti tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IS (Illegalità tad-deċiżjoni tar-rinviju)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:949">EU:C:2021:949</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni mis-sentenza preċedenti tagħha tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IS (Illegalità tad-deċiżjoni tar-rinviju)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:949">EU:C:2021:949</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja u l-possibbiltà fid-dritt nazzjonali li jinbdew proċeduri dixxiplinari kontra mħallef għat-tressiq ta’ talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE kienet ammissibbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat, l-ewwel nett, li kien hemm rabta mill-qrib bejn id-domanda preliminari dwar il-possibbiltà ta’ proċeduri dixxiplinari u domanda preliminari oħra li tfittex interpretazzjoni tal-Artikolu 267 TFUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkunsidrat li d-domanda dwar il-possibbiltà ta’ proċeduri dixxiplinari kienet qiegħda tfittex, essenzjalment, li taċċerta jekk, meta jiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża li għandu quddiemu, l-imħallef tal-qorti tar-rinviju jistax jastjeni milli jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni ta’ qorti superjuri mingħajr ma jkollu għalfejn jibża’ li l-proċeduri dixxiplinari li kien is-suġġett tagħhom jiġu rriattivati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-imħallef tal-qorti tar-rinviju kellu quddiemu ostakolu proċedurali, li jirriżulta minn applikazzjoni fil-konfront tiegħu ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandu jneħħi qabel ma jkun jista’ jiddeċiedi l-kawża prinċipali mingħajr interferenza esterna u b’indipendenza sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li hemm paraguni ċari dwar il-kwistjoni tal-ammissibbiltà ta’ domandi dwar il-possibbiltà ta’ proċeduri dixxiplinari kontra mħallef li jagħmel domanda preliminari u li jikkonforma mad-deċiżjoni sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża u fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IS (Illegalità tad-deċiżjoni tar-rinviju)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑564/19</NO.CASE>,<?PAGE NO="13"?> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:949">EU:C:2021:949</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara wkoll is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0140">140</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-Kawża C‑379/19, li qamet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali dwar <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> reati ta’ korruzzjoni, il-konvenuti fittxu li jeskludu l-provi skont id-deċiżjonijiet f’numru ta’ sentenzi tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali). Il-qorti tar-rinviju kellha dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dawk is-sentenzi – li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jista’ jesponi lill-imħallfin li jieħdu sehem fid-deċiżjoni għal sanzjonijiet dixxiplinari skont l-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004 – mar-rekwiżit tal-indipendenza tal-qrati. Il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, dwar l-interpretazzjoni ta’, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dawk id-domandi kienu ammissibbli.</P></NOTE>. Għaldaqstant nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tadotta approċċ realistiku lejn l-ammissibbiltà ta’ din il-kwistjoni fil-kuntest speċifiku ta’ din il-kawża. Peress li s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċeduri ta’ deċiżjoni preliminari torbot lill-qorti nazzjonali fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għall-finijiet tad-deċiżjoni li għandha tingħata fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Weiss <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑493/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1000">EU:C:2018:1000</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, nikkunsidra li d-domandi dwar ir-riskju ta’ responsabbiltà dixxiplinari tal-imħallfin nazzjonali li japplikaw kwalunkwe risposta li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti wara talba għal deċiżjoni preliminari huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il‑mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Id-domandi tal-qorti tar-rinviju jfittxu, essenzjalment, li jaċċertaw jekk il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta, jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru li skontha l-qrati nazzjonali ma għandhomx is-setgħa li jeżaminaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meqjusa kostituzzjonali mill-qorti kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru u, fil-każ ta’ tali eżami, l-imħallfin jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri dixxiplinari u għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is‑sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat b’mod ċar iċ-ċirkustanzi li fihom entità bħas-SIIJ ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2 TUE u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll tad-Deċiżjoni 2006/928<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, punt 223.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret ukoll il-ġurisprudenza stabbilita tagħha dwar il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni li skontu kull qorti nazzjonali, li tisma’ kawża fil-ġurisdizzjoni tagħha, għandha l-obbligu li twarrab kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali – kemm ta’ status leġiżlattiv kif ukoll ta’ dak kostituzzjonali, kif interpretata mill-qorti kostituzzjonali – li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Skont il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, l-invokazzjoni minn Stat Membru tar-regoli ta’ dritt nazzjonali, anki jekk ta’ ordinament kostituzzjonali, ma tistax titħalla timmina l-unità u l-effettività tad-dritt tal-Unjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita sew, l-effetti tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni huma vinkolanti fuq il-korpi kollha tal-Istati Membri, mingħajr ma jkunu ostakolati mid-dispożizzjonijiet tad-dritt domestiku, inklużi d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali. Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Winner Wetten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:503">EU:C:2010:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>W.Ż. (Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑487/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:798">EU:C:2021:798</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0157">157</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, punti 243 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. b’mod partikolari l-punt 251 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Peress li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u l-punti ta’ riferiment imsemmija fid-Deċiżjoni 2006/928 għandhom effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jimponi fuq l-Istati Membri obbligu ċar u preċiż fir-rigward tar-riżultat li għandu jinkiseb. Dan l-obbligu ma huwa suġġett għal ebda kundizzjoni dwar l-indipendenza li għandha tikkaratterizza l-qrati msejħa sabiex jinterpretaw u japplikaw id-dritt tal-Unjoni. Is-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, punt 250 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li qorti nazzjonali għandha, fil-limiti tal-ġurisdizzjoni tagħha, tiżgura l-effettività sħiħa tagħhom billi twarrab, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Is-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, punti 242 sa 252.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ma nipproponix li terġa’ tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-konformità ta’ entità bħas-SIIJ mad-dritt tal-Unjoni jew dwar l-applikazzjoni konkreta tal-effett dirett u tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România. Iż-żewġ parametri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Fuq il-bażi tal-Artikolu 2 TUE, tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u tad-Deċiżjoni 2006/928.</P></NOTE> stabbiliti fil-punt 223 ta’ dik is-sentenza sabiex tiġi evalwata l-konformità tas-SIIJ mad-dritt tal-Unjoni huma ċari. Barra minn hekk, l-obbligu, skont il-prinċipji ta’ effett dirett u ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, li jiġu mwarrba leġiżlazzjoni, prattiki amministrattivi jew ġurisprudenza nazzjonali li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni li japplika għall-korpi kollha tal-Istat – bħall-qrati nazzjonali, inklużi l-qrati kostituzzjonali nazzjonali, u awtoritajiet amministrattivi – li huma msejħa, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħat mogħtija lilhom, sabiex japplikaw id-dritt tal-Unjoni, huwa ċar ħafna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Trustees of the BT Pension Scheme</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑628/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:687">EU:C:2017:687</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>B’hekk huwa stabbilit sew li huma inkompatibbli mar-rekwiżiti inerenti għan-natura stess tad-dritt tal-Unjoni kull dispożizzjoni ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali jew kull prassi, leġiżlattiva, amministrattiva jew ġudizzjarja, kemm minn qorti kostituzzjonali u anki jekk le, li jkollha l-effett li tnaqqas l-effettività tad-dritt tal-Unjoni minħabba l-fatt li tirrifjuta lill-qorti kompetenti sabiex tapplika dan id-dritt is-setgħa li tagħmel, fil-mument stess ta’ din l-applikazzjoni, dak kollu li huwa neċessarju sabiex twarrab id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali jew ġurisprudenza nazzjonali li possibbilment jostakolaw l-effettività sħiħa tar-regoli direttament applikabbli tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, <NAME.CASE>Simmenthal</NAME.CASE> (<NO.CASE>106/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:49">EU:C:1978:49</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal tfakkira iktar reċenti ta’ din ir-regola, ara d-digriet tal-Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210714">14 ta’ Lulju 2021</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/21 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:593">EU:C:2021:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0173">173</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’kawża bħal din inkwistjoni, il-qorti nazzjonali, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mogħtija lilha mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE li tagħmel rinviju preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja hija marbuta, għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, bl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja u għandha, jekk ikun il-każ, twarrab l-evalwazzjoni tal-qorti superjuri jew fil-fatt tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali jekk tikkunsidra, fid-dawl ta’ din l-interpetazzjoni, li dawn ma jikkonformawx mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Elchinov</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑173/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:581">EU:C:2010:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-Gvern Rumen indika fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu li ż-żewġ kundizzjonijiet imposti mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021 sabiex id-dritt tal-Unjoni jkollu supremazija fuq il-Kostituzzjoni Rumena huma ssodisfatti fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE. Għalhekk, skont dan il-gvern, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE huwa ċar, preċiż u inekwivoku biżżejjed u għandu ċertu livell ta’ rilevanza kostituzzjonali, b’tali mod li l-kontenut regolatorju tiegħu jista’ jiġġustifika kwalunkwe ksur eventwali tal-Kostituzzjoni mid-dritt nazzjonali. Filwaqt li dan jista’ jkun minnu, dan ma<?PAGE NO="15"?> jirrikonoxxix li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 249 tas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, iddeċidiet li l-punti ta’ riferiment imsemmija fid-Deċiżjoni 2006/928 għandhom effett dirett. Għalhekk il-punt 251 ta’ dik is-sentenza stabbilixxa li fil-każ tal-ksur ikkonstatat tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jew tad-Deċiżjoni 2006/928, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-qorti tar-rinviju ma tapplikax id-dispożizzjonijiet kuntrarji, kemm jekk ikunu ta’ oriġini leġiżlattiva jew kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-obbligu li titwarrab il-leġiżlazzjoni, il-prattiki amministrattivi jew il-ġurisprudenza nazzjonali, ta’ kwalunkwe natura, kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni, huwa manifestazzjoni konkreta tal-prinċipju ta’ għoti tal-kompetenzi li jirriżulta mill-Artikoli 4(1) TUE u 5 TUE kif ukoll mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali skont l-Artikolu 4(3) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>A.B. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Ħatra tal-imħallfin fil-Qorti Suprema – Rikors)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑824/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:153">EU:C:2021:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-punt 173 tal-Opinjoni 2/13 (Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-KEDB) tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2454">EU:C:2014:2454</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li l-Istati Membri, b’mod partikolari, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE, huma responsabbli sabiex jiżguraw, fit-territorji rispettivi tagħhom, l-applikazzjoni u l-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, skont it-tieni subparagrafu tal-istess artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jiżguraw li jitwettqu l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</P></NOTE>. Ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, dan l-obbligu ma jaffettwax l-identità nazzjonali ta’ Stat Membru, inerenti pereżempju għall-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Inkluż, pereżempju, il-forma Repubblikana tal-Istat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE> <NAME.CASE>f’Sayn-Wittgenstein</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑208/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:806">EU:C:2010:806</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u l-qsim ta’ kompetenzi fi Stat Membru flimkien mar-riorganizzazzjoni interna ta’ dawn is-setgħat (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Remondis</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑51/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:985">EU:C:2016:985</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200618">18 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Porin kaupunki</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑328/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:483">EU:C:2020:483</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)).</P></NOTE>, li għandhom jiġu osservati skont l-Artikolu 4(2) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u t-tielet paragrafu tal-preambolu tal-Karta. Fil-każijiet fejn Stat Membru jinvoka l-identità nazzjonali sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina jekk dawn id-dispożizzjonijiet fil-fatt jikkostitwixxux theddida ġenwina u suffiċjentement serja li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà, jew l-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali ta’ Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Għalkemm il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) speċifikament tagħmel riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>identità kostituzzjonali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fil-fehma tiegħi, il-kunċett ta’ identità nazzjonali msemmi fl-Artikolu 4(2) TUE huwa kunċett komprensiv li jista’ jkopri kemm l-identità soċjetali/kulturali kif ukoll l-identità politika/kostituzzjonali. Madankollu, l-invokazzjoni tal-identità nazzjonali skont l-Artikolu 4(2) TUE ma tippermettix lil Stat Membru li jitbiegħed mill-valuri ċentrali u fundamentali inklużi fl-Artikolu 2 TUE, inkluż l-Istat tad-dritt. Il-protezzjoni tal-identità nazzjonali għaldaqstant ma tistax tiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dawn il-valuri. Barra minn hekk, l-identità nazzjonali, taħt il-kopertura tal-identità kostituzzjonali, ma tistax tikkostitwixxi eċċezzjoni jew riżerva assoluta għall-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni.</P></NOTE>. Affermazzjonijiet vagi, ġenerali u astratti ma jissodisfawx dan il-limitu. Fil-fatt, jidher mit-talba għal deċiżjoni preliminari li l-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) stess ma identifikatx liema aspett tal-identità nazzjonali jinkiser permezz tas-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk id-dikjarazzjoni ġenerali tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) li l-qorti tar-rinviju tiddeskrivi fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, li d-dritt tal-Unjoni ma għandux supremazija fuq il-Kostituzzjoni Rumena bir-riżultat li l-qrati Rumeni ma għandhomx is-setgħa li jeżaminaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt domestiku meqjusa bħala kostituzzjonali mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), hija wisq wiesgħa u ġenerali sabiex tirrifletti manifestazzjoni kkunsidrata ta’ identità nazzjonali minn Stat Membru tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(2) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, id-dikjarazzjonijiet kollha tal-identità nazzjonali għandhom josservaw il-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 2 TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Hija ġurisprudenza stabbilita, kif jirriżulta mill-Artikolu 49 TUE, li jipprevedi l-possibbiltà għal kull Stat Membru tal-Unjoni li jitlob li jsir membru tal-Unjoni, li l-Unjoni hija komposta minn Stati impenjati b’mod liberu u volontarju għall-valuri komuni msemmija fl-Artikolu 2 TUE, li josservaw dawn il-valuri u li jimpenjaw ruħhom li jippromwovuhom. Id-dritt tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-premessa fundamentali li kull Stat Membru jikkondividi mal-Istati Membri l-oħra kollha, u jirrikonoxxi li dawn tal-aħħar jikkondividu miegħu, dawn l-istess valuri. Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza mill-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> u għandhom ikunu bbażati fuq il-valuri indiviżibbli u universali msemmija fit-tieni paragrafu tal-preambolu tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali Kokott f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>V.М.А.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑490/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:296">EU:C:2021:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dawn il-każijiet, l-Istat tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Il-fatt li l-Komunità Ewropea/l-Unjoni hija bbażata fuq l-Istat tad-dritt issemma għall-ewwel darba fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Les Verts vs Il‑Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>294/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva jinsabu fiċ-ċentru. Hija din il-kwistjoni li ser nindirizza issa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Qabel ma nagħmel dan, nosserva li l-kontenut tas-sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021 huwa ta’ natura li jqajjem dubji serji fir-rigward tal-osservanza minn dik il-qorti tal-prinċipji essenzjali tad-dritt tal-Unjoni kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România. Barra minn hekk, il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) ma ressqitx talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE sabiex tevita r-riskju ta’ interpretazzjoni żbaljata tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Franza (Taxxa minn ras il-għajn)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑416/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:811">EU:C:2018:811</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0107">107</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ta’ Stat Membru jista’, bħala prinċipju, jiġi kkonstatat skont l-Artikolu 258 TFUE tkun liema tkun l-aġenzija Statali li l-azzjoni jew in-nuqqas ta’ azzjoni tagħha jwasslu għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, inklużi l-istituzzjonijiet kostituzzjonalment indipendenti. Fejn ma jeżisti ebda rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, din tal-aħħar għandha l-obbligu bħala prinċipju li tagħmel rinviju fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE meta kwistjoni dwar l-interpretazzjoni tat-Trattat FUE titressaq quddiemha. Dan l-obbligu tar-rinviju huwa intiż b’mod partikolari sabiex jipprekludi milli tiġi stabbilita fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri linja ta’ ġurisprudenza li ma hijiex konformi mar-regoli tad-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, peress li l-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) naqas milli jagħmel rinviju skont il-proċedura prevista fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE sabiex jiddeċiedi kwistjoni partikolari li ma kinitx daqshekk evidenti li ma tħalli lok għal ebda dubju, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fis-seduta tat‑<DATE ISO="20211123">23 ta’ Novembru 2021</DATE>, il-Gvern Rumen ikkonferma li l-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) hija qorti tal-aħħar istanza meta tiddeċiedi dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-Kostituzzjoni Rumena.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dispożizzjonijiet applikabbli tad‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni f’dawn l-aħħar snin li tiddeċiedi dwar il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u fuq ir-rabta bejn l-Artikolu 2 TUE, l-Artikolu 19(1) TUE, l-Artikolu 267 TFUE u l-Artikolu 47<?PAGE NO="17"?> tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Għal ħarsa sistematika u aġġornata tal-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, ara Pech, L. u Kochenov, D., <HT TYPE="ITALIC">Respect for the Rule of Law in the Case Law of the European Court of Justice: A Casebook Overview of Key Judgments since the Portuguese Judges Case</HT>, SIEPS, Stokkolma, 2021:3.</P></NOTE>. L-oriġini reċenti ta’ din il-ġurisprudenza tmur lura għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Associação Sindical dos Juízes Portugueses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:117">EU:C:2018:117</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Għalkemm dik is-sentenza hija stadju importanti fl-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, fil-fehma tiegħi, hija ma stabbilixxietx kunċetti ġodda iżda pjuttost irriproduċiet ċertu numru ta’ prinċipji fundamentali diġà preżenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, huwa stabbilit sew li l-Artikolu 19 TUE jagħti espressjoni konkreta lill-valur tal-Istat tad-dritt kif stabbilit fl-Artikolu 2 TUE. Għaldaqstant, ma hemmx għalfejn li l-Artikolu 2 TUE jiġi kkunsidrat separatament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200709">9 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Land Hessen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑272/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:535">EU:C:2020:535</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-Artikolu 19 TUE jafda r-responsabbiltà tal-istħarriġ ġudizzjarju lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-qrati nazzjonali. Il-garanzija ta’ indipendenza, inerenti għall-kompitu li tittieħed deċiżjoni u essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja inkluża fl-Artikolu 267 TFUE, hija meħtieġa għalhekk fiż-żewġ livelli tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Għalkemm id-domandi magħmula jagħmlu riferiment għall-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, ma hemm ebda indikazzjoni fil-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-indipendenza tal-qorti tar-rinviju kienet ġiet kompromessa b’xi mod lil hinn mil-limitazzjoni mqiegħda mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021 u mill-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004 dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mill-qorti tar-rinviju. Għalkemm it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE ma jirrigwardax speċifikament l-indipendenza ġudizzjarja, hija ġurisprudenza stabbilita li sabiex jiġi ggarantit li istanzi li jistgħu jintalbu jiddeċiedu dwar kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni jew mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jkunu jistgħu jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva meħtieġa minn din id-dispożizzjoni, iż-żamma tal-indipendenza tagħhom hija primordjali, kif jikkonferma t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jsemmi l-aċċess għal qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fost ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv. Dan ir-rekwiżit ta’ indipendenza tal-qrati, li huwa inerenti għall-kompitu li tittieħed deċiżjoni, jagħmel parti mill-kontenut essenzjali tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq, li għandu importanza kardinali sa fejn jiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet kollha li l-partijiet fil-kawża jgawdu taħt id-dritt tal-Unjoni u l-ħarsien tal-valuri komuni għall-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, b’mod partikolari dak tal-Istat tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Is-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, punti 194 u 195 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Din il-kwistjoni tikkonċerna l-fakultà tal-qorti tar-rinviju li tistabbilixxi rimedji li huma biżżejjed sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni kif previst mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, din id-dispożizzjoni tkopri l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>oqsma koperti mid-dritt ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, indipendentement mis-sitwazzjoni li fiha l-Istati Membri jimplimentaw dan id-dritt, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta. Għaldaqstant, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE huwa intiż li japplika fir-rigward ta’ kull qorti nazzjonali li tista’ tiddeċiedi dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u li għalhekk jaqgħu fl-oqsma koperti minn dan id-dritt (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE> <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu tal-Karta, sa fejn hija kkonċernata l-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jgħid li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lejn l-Istati Membri meta huma jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni. Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Online Games <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑685/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:452">EU:C:2017:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fid-dawl tal-limitazzjonijiet imposti fuqha mill-Artikolu 148(2) tal-Kostituzzjoni Rumena, kif interpretat mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 TUE jagħti lill-qrati nazzjonali u lill-Qorti tal-Ġustizzja r-responsabbiltà li jiggarantixxu l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha kif ukoll il-protezzjoni ġudizzjarja li l-individwi għandhom taħt dan id-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0167">167</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. L-Artikolu 19 TUE jipprevedi għalhekk sistema ddevoluta ta’ ġustizzja fejn ir-responsabbiltà għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija kondiviża bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Issa, il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni, li għalih jirreferi t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li attwalment jinsab affermat fl-Artikolu 47 tal-Karta, b’tali mod li l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tobbliga lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu r-rimedji legali neċessarji sabiex tiġi żgurata, fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fis-sens b’mod partikolari tat-tieni waħda mill-imsemmija dispożizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191119">19 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>A. K. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Indipendenza tal-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑585/18, C‑624/18 u C‑625/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:982">EU:C:2019:982</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0168">168</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni, imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, huwa prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, stabbilit fl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, u kkonfermata mill-ġdid fl-Artikolu 47 tal-Karta. Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210302">2 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>A.B. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Ħatra tal-imħallfin fil-Qorti Suprema – Rikors)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑824/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:153">EU:C:2021:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0219">219</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tal‑<DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, Repubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Repubblika</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑896/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:311">EU:C:2021:311</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, iddeċidiet li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE huwa intiż li japplika fil-kuntest ta’ rikors li għandu l-għan li jikkontesta l-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li, allegatament, jistgħu jaffettwaw l-indipendenza ġudizzjarja. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 47 tal-Karta jistabbilixxi d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti għal kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha żgurati mid-dritt tal-Unjoni jiġu miksura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Peress li mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżultax b’mod ċar jekk RS, fit-tilwima fil-kawża prinċipali, huwiex qiegħed jinvoka dritt mogħti lilu minn dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jidher li, skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Li jobbliga li l-Istati Membri jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni sabiex il-Karta tkun applikabbli.</P></NOTE>, l-Artikolu 47 tagħha ma huwiex, bħala tali, applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali. Madankollu, peress li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jobbliga lill-Istati Membri kollha jistabbilixxu r-rimedji suffiċjenti sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, fis-sens b’mod partikolari tal-Artikolu 47 tal-Karta, din l-aħħar dispożizzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Repubblika</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑896/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:311">EU:C:2021:311</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Filwaqt li l-Artikolu 47 tal-Karta jikkontribwixxi għar-rispett tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta’ kull individwu li jinvoka, f’kawża partikolari, dritt li huwa jgawdi bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE huwa intiż, min-naħa tiegħu, li jiżgura li s-sistema ta’ rimedji stabbilita minn kull Stat Membru tiżgura l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210420">20 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Repubblika</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑896/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:311">EU:C:2021:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Protezzjoni ġudizzjarja effettiva minn ġudikatura indipendenti</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jidher li l-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova), li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tad-drittijiet u tal-libertajiet, għandha quddiemha lment imressaq minn RS dwar it-tul tal-proċeduri kriminali quddiem is-SIIJ. Xejn fil-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jindika li l-qorti tar-rinviju ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tittratta dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Jidher ukoll li, skont l-Artikolu 148(2) tal-Kostituzzjoni Rumena, kif interpretat mill-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021, il-qrati nazzjonali ma jistgħux janalizzaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali). Għalhekk id-dritt nazzjonali effettivament jipprekludi lill-qorti tar-rinviju milli tevalwa jekk l-istabbiliment u l-funzjonament tas-SIIJ humiex konformi mad-dritt tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ u xieraq, konformement <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> mal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Asociaţia Forumul Judecătorilor din România, li twarrab id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali inkwistjoni skont il-prinċipji ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni u ta’ effett dirett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni hija aggravata mit-theddida potenzjali, skont l-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004, li jinfetħu proċeduri dixxiplinari u li jiġu applikati sanzjonijiet dixxiplinari kontra mħallef għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ deċiżjoni tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Il-ġurisprudenza reċenti tidher li ssostni li s-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja ma teskludi l-ebda possibbiltà li mħallef jista’, f’ċerti każijiet eċċezzjonali ħafna, ikun suġġett għal dixxiplina bħala konsegwenza tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu: sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0238">238</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0240">240</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-impatt tal-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004, li jipprevedi li l-imħallfin nazzjonali ta’ qorti ordinarja jkunu suġġetti għad-dixxiplina għan-nuqqas ta’ osservanza tad-deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), ma huwiex limitat għal tali każijiet eċċezzjonali ħafna. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk iddeċidiet li l-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u d-Deċiżjoni 2006/928 jipprekludu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 99(ș) tal-Liġi Nru 303/2004 sa fejn jipprevedi li kwalunkwe ksur tad-deċiżjonijiet ta’ qorti kostituzzjonali nazzjonali minn imħallfin nazzjonali ta’ qorti ordinarja jimponi responsabbiltà dixxiplinarja fuqhom. Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0241">241</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0242">242</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li s-supremazija tad-dritt tal-Unjoni tipprekludi li jiġu imposti sanzjonijiet dixxiplinarji fuq l-imħallfin nazzjonali fejn, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni ordinarja tagħhom, huma jqisu, meta jirċievu risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, li l-ġurisprudenza tal-qorti kostituzzjonali nazzjonali tagħhom tmur kontra d-dritt tal-Unjoni u jwarrbuha. Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211221">21 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Euro Box Promotion <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑357/19, C‑379/19, C‑547/19, C‑811/19 u C‑840/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1034">EU:C:2021:1034</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0260">260</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li għalkemm l-organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri taqa’ fil-kompetenza ta’ dawn tal-aħħar, dawn huma meħtieġa josservaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Miasto Łowicz u Prokurator Generalny</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/18 u C‑563/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:234">EU:C:2020:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet konsistentement li kull qorti nazzjonali adita fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha, bħala korp ta’ Stat Membru, għandha l-obbligu, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, li tapplika b’mod sħiħ id-dritt tal-Unjoni direttament applikabbli u li tipproteġi d-drittijiet li dan jagħti lill-individwi, billi ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali li tikser il-liġi nazzjonali, irrispettivament minn jekk tkunx preċedenti jew sussegwenti għar-regola tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Whiteland Import Export</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:47">EU:C:2021:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-istess obbligu jirriżulta direttament mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, li jobbliga<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Irrid nenfasizza l-użu tar-rekwiżit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għandhom<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fit-test tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.</P></NOTE> lill-Istati Membri li jipprovdu rimedji suffiċjenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Il-qrati nazzjonali għandhom għalhekk jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha u jipprovdu rimedji suffiċjenti sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Achmea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għar-rabta bejn l-Artikolu 4(3) TUE u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Associação Sindical dos Juízes Portugueses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:117">EU:C:2018:117</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. In-natura tar-rimedju li għandu jiġi pprovdut mill-qrati nazzjonali tiddependi mill-kwistjoni dwar jekk l-att jew il-miżura tal-Unjoni għandhomx effett dirett. Meta l-att jew il-miżura ma jkollhomx effett dirett, in-natura vinkolanti tagħhom madankollu twassal għal obbligu fuq il-qrati nazzjonali li jinterpretaw id-dritt nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210121">21 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Whiteland Import Export</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑308/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:47">EU:C:2021:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’ċerti ċirkustanzi, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu jista’ jkun il-bażi ta’ azzjoni għad-danni kontra l-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE huwa għalhekk manifestazzjoni konkreta tal-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>L-Artikolu 19(1) TUE jirrifletti wkoll in-natura awtonoma tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180306">6 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Achmea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:158">EU:C:2018:158</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jeżiġi wkoll li l-qrati nazzjonali mitluba jiddeċiedu dwar kwistjonijiet marbuta mal-interpretazzjoni u mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandhom ikunu indipendenti. Dan huwa kkonfermat mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, li jsemmi l-aċċess għal qorti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fost ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għal rimedju effettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191105">5 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-qrati ordinarji)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑192/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:924">EU:C:2019:924</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0104">104</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0105">105</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-qrati kkonċernati għandhom għalhekk ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’mod awtonomu, mingħajr ma jkunu suġġetti għal ebda rabta ġerarkika jew għal subordinazzjoni fir-rigward ta’ xi ħadd u mingħajr ma jirċievu ordnijiet jew istruzzjonijiet minn kwalunkwe sors. Huwa biss permezz ta’ dan li dawn huma protetti kontra interventi jew pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw is-sentenza indipendenti tal-ġudizzju u l-kontenut u r-riżultati tad-deċiżjonijiet tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Polonja (Indipendenza tal-Qorti Suprema)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑619/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:531">EU:C:2019:531</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fost dawn l-interventi jew pressjonijiet esterni pprojbiti hemm id-deċiżjonijiet ta’ qorti kostituzzjonali nazzjonali, bħal dik tal-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali) fis-sentenza nru 390/2021, li hija intiża sabiex tipprekludi li qrati nazzjonali oħra – li jaġixxu fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilhom skont id-dritt nazzjonali – jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-individwi li jirriżultaw minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Il-Curtea Constituțională (il-Qorti Kostituzzjonali), fis-sentenza nru 390/2021, fil-fehma tiegħi, illegalment tat lilha nnifisha kompetenza bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, bi ksur tal-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni u bi ksur tar-rekwiżit fundamentali ta’ ġudikatura indipendenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Regola jew prattika tad-dritt nazzjonali, li fuq il-bażi tagħha d-deċiżjonijiet ta’ qorti kostituzzjonali jorbtu lil qorti nazzjonali oħra li għandha ġurisdizzjoni, konformement mad-dritt nazzjonali, sabiex tapplika d-dritt tal-Unjoni, ma jistgħux iċaħħdu lil din l-aħħar qorti mill-mandat awtonomu tagħha li tapplika dan id-dritt u milli tiżgura protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Tali regoli u prattiki jippreġudikaw l-effettività tad-dritt tal-Unjoni u huma inkompatibbli mal-essenza stess tad-dritt tal-Unjoni, inkluż l-Istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Winner Wetten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑409/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:503">EU:C:2010:503</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tagħha tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Associação Sindical dos Juízes Portugueses</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑64/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:117">EU:C:2018:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-eżistenza nnifisha ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv intiż li jiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni hija inerenti għall-eżistenza tal-Istat tad-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Għaldaqstant nikkunsidra li l-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta, jipprekludi dispożizzjoni jew prattika tad-dritt nazzjonali li skontha l-qrati nazzjonali ta’ Stat Membru ma għandhomx is-setgħa li jeżaminaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-qorti kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru. <HT TYPE="ITALIC">A fortiori</HT>, dan l-istess prinċipju jipprekludi l-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari fir-rigward ta’ mħallef li jirriżultaw minn tali eżami.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Curtea de Apel Craiova (il-Qorti tal-Appell ta’ Craiova, ir-Rumanija) kif ġej:</TXT><P>Il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura, stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, moqri flimkien mal-Artikolu 2 TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludi dispożizzjoni jew prattika tad-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru li skontha l-qrati nazzjonali ma għandhomx is-setgħa li jeżaminaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meqjusa kostituzzjonali permezz ta’ sentenza tal-qorti kostituzzjonali ta’ dan l-Istat Membru. Dan l-istess prinċipju jipprekludi l-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari fir-rigward ta’ mħallef li jirriżultaw minn tali eżami.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>