<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑275/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0275</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:144">EU:C:2017:144</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>mamostecjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20170301">1.3.2017</DATE> – KAWŻA C-275/15</P><P>ITV BROADCASTING <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għall-cable tas-servizzi tax-xandir</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>cable<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Trażmissjonijiet mill-ġdid minn terz permezz tal-Internet tal-programmi tax-xandara tat-televiżjoni kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Live streaming<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑275/15:</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili), ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150602">2 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150608">8 ta’ Ġunju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ITV Broadcasting Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ITV2 Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ITV Digital Channels Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Channel Four Television Corporation,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">4 Ventures Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Channel 5 Broadcasting Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ITV Studios Limited</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">TVCatchup Limited</HT> (f’amministrazzjoni ġudizzjarja),</P><P><HT TYPE="BOLD">TVCatchup (UK) Limited,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Media Resources Limited,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">The Secretary of State for Business, Innovation and Skills,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Virgin Media Limited,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corporation, 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited, minn J. Mellor, QC, u Q. Cregan, barrister, fuq mandat minn P. Stevens u J. Vertes, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għal TVCatchup (UK) Limited u Media Resources Limited, minn M. Howe, QC, fuq mandat minn L. Gilmore, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għal Virgin Media Limited, minn T. de la Mare, QC, fuq mandat minn B. Allgrove, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, inizjalment minn V. Kaye, bħala aġent, assistita minn C. May, QC, u minn J. Riordan, barrister, sussegwentement minn J. Kraehling, bħala aġent, assistita minn A. Robertson, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn T. Scharf u J. Samnadda, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corporation, 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited u ITV Studios Limited, minn naħa, u TVCatchup Limited, f’amministrazzjoni ġudizzjarja (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>TVC<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u TVCatchup (UK) Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>TVC UK<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), u Media Resources Limited, min-naħa l-oħra, dwar it-trażmissjoni minn dawn tal-aħħar permezz tal-Internet tal-programmi televiżivi mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 20, 23, 32 u 60 tad-Direttiva 2001/29 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(4)</NO.P><TXT>Qafas armonizzat legali dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati, permezz ta’ ċertezza legali akbar u waqt li jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, jinkoraġġixxi investiment sostanzjali fil-kreattività u innovazzjoni, inkluż infrastruttura ta’ network, u li min-naħa tiegħu jwassal għal tkabbir u kompetittività akbar ta’ l-industrija Ewropea, […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva hija bbażata fuq prinċipji u regoli diġà stipulati fid-Direttivi preżentement fis-seħħ f’dan il-qasam, b’mod partikolari d-Direttivi [91/250/KEE, 92/100/KEE, 93/83/KEE tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19930927">27 ta’ Settembru 1993</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u trasmissjoni mill-ġdid bil-cable (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134), 93/98/KEE u 96/9/KE], u tiżviluppa dawk il-prinċipji u regoli u tpoġġihom fil-kuntest tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ dawn id-Direttivi, kemm-il darba ma jkunx hemm provdut mod ieħor f’din id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tarmonizza aktar id-dritt ta’ l-awtur li jikkomunika mal-pubbliku. Dan id-dritt għandu jiftiehem f’sens wiesa’ li jirregola l-komunikazzjoni kollha lill-pubbliku mhux preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tipprovdi għal elenku eżawrjenti ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għad-dritt ta’ riproduzzjoni u d-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(60)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni li hemm provdut dwarha skond din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet legali nazzjonali jew tal-Komunità f’dawn l-oqsma, bħal proprjetà industrijali, aċċess kondizzjonat, aċċess għal dokumenti pubbliċi, u r-regola ta’ kronoloġija ta’ l-isfruttar tal-media, li jistgħu jaffettwaw il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet relatati.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ġħan u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tirrigwarda l-protezzjoni legali tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fil-qafas tas-suq intern, [b’] enfasi partikolari fuq is-soċjetà ta’ informazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ħlief għall-każi msemmija fl-Artikolu 11, din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara u m’għandha bl-ebda mod taffettwa d-disposizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati applikabbli għax-xandir ta’ programmi bis-satellita u trasmissjoni mill-ġdid bil-cable;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dritt ta’ riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv li jawtorizza jew jipprojbixxi riproduzzjoni diretta jew indiretta, temporanja jew permanenti b’kull mezz u f’kull forma, kollha jew parti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għall-awturi, tax-xogħolijiet tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, ta’ l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawk ix-xandirijiet huma trasmessi bil-fili sew jekk bl-arja, magħduda bil-cable jew bis-satellita.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett ieħor<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt esklussiv biex jawtorizzaw jew jipprojbixxu li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, permezz tal-fili jew mingħajr fili, b’mod li l-membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, ta’ l-iffissar tax-xandiriet tagħhom, sew jekk dawn ix-xandirijiet ikunu trasmessi bil-fili jew bl-arja, magħduda bil-cable jew bis-satellita.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikoli 2 u 3 fil-każi li ġejjin:</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet li hemm provdut dwarhom fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom ikunu applikati biss f’ċerti każi speċjali li ma jmorrux kontra l-isfruttament normali tax-xogħol jew suġġett ieħor u ma jippreġudikawx b’mod bla raġuni l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Applikazzjoni kontinwa ta’ disposizzjonijiet legali oħra<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Din id-Direttiva għħ ndha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet dwar drittijiet ta’ privattivi partikolari, trade marks, drittijiet ta’ disinni, mudelli ta’ utilità, topografiji ta’ prodotti ta’ semikondutturi, type faces, aċċess kondizzjonat, aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir, protezzjoni ta’<?PAGE NO="5"?> teżori nazzjonali, ħtiġiet ta’ depożiti legali, liġijiet dwar prattiċi restrittivi u kompetizzjoni inġusta, sigrieti professjonali, sigurtà, kunfidenzalità, protezzjoni u privatezza ta’ data, aċċess għal dokumenti pubbliċi, il-liġi tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Copyright, Designs and Patents 1988 [liġi tal-1988 fuq id-drittijiet tal-awtur, id-disinni u l-privattivi) kif emendata bil-Copyright and Related Rights Regulations 2003 (digriet tal-2003 fuq id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>CDPA<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), ittraspona id-Direttiva 2001/29, jipprovdi fl-Artikolu 73 tiegħu intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Riċezzjoni ta’ xandira u trażmissjoni mill-ġdid tagħha bil-cable<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="073.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-artikolu japplika meta xandira mir-Renju Unit tiġi rċevuta u trażmessa mill-ġdid immedjatament bil-cable.</ALINEA><ALINEA><P>Id-dritt tal-awtur fuq ix-xandira ma jinkisirx:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk it-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable ssegwi rekwiżit li jittieħed inkunsiderazzjoni, jew inkella</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk u sa fejn ix-xandira tiġi trażmessa sabiex tiġi rċevuta fiż-żona fejn hija trażmessa mill-ġdid bil-cable u jekk u sa fejn din tagħmel parti mis-servizz li jikkwalifika.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="073.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt tal-awtur fuq ix-xandir kollu inkluż fil-kontenut imxandar ma jinkisirx jekk u sa fejn il-miżura jew dak il-kontenut jixxandar sabiex jiġi rċevut fiż-żona minn fejn jiġi tramess mill-ġdid bil-cable. […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali huma xandara tat-televiżjoni kummerċjali li għandhom drittijiet tal-awtur, abbażi tad-dritt nazzjonali, fuq il-programmi tat-televiżjoni tagħhom kif ukoll fuq il-films u l-elementi l-oħra inklużi fil-programmi tagħhom. Huma jiġu ffinanzjati mir-reklami miksuba mill-programmi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>TVC toffri fuq l-Internet servizzi tax-xandir ta’ programmi televiżivi li jippermettu lill-utenti li jirċievu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>b’mod dirett<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> permezz tal-Internet, flussi ta’ programmi televiżivi mingħajr ħlas, inklużi l-programmi televiżivi mxandra mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Wara t-tqegħid ta’ TVC f’amministrazzjoni ġudizzjarja, l-attività kummerċjali u s-servizzi tagħha huma issa eżerċitati minn TVC UK, bis-saħħa ta’ liċenzja mogħtija minn Media Resources Limited.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali assenjaw lil TVC quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division [qorti għolja tal-ġustizzja (Ingilterra u Wales), taqsima taċ-Chancery, ir-Renju Unit] għall-ksur tad-drittijiet tal-awtur tagħhom. Dik il-qorti adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>ITV Broadcasting <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑607/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:147">EU:C:2013:147</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division [qorti għolja tal-ġustizzja (l-Ingilterra u Wales), taqsima taċ-Chancery] ikkonstatat li TVC kienet kisret id-drittijiet tal-awtur tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali b’komunikazzjoni lill-pubbliku. Fir-rigward tat-tliet kanali tat-televiżjoni, jiġifieri ITV, Channel 4 u Channel 5, dik il-qorti madankollu kkunsidrat li TVC setgħet tinvoka motiv ta’ difiża bbażat fuq l-Artikolu 73(2)(b) u (3) tas-CDPA.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell quddiem il-qorti tar‑rinviju. TVC UK u Media Resources Limited ġew miżjuda bħala konvenuti quddiem din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-Artikolu 73 tas-CDPA jipprevedi motiv ta’ difiża kontra azzjoni għall-ksur tad-dritt tal-awtur fuq xandira jew fuq kull biċċa xogħol inkluża f’xandira applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>meta xandira mir-Renju Unit tiġi rċevuta u trażmessa mill-ġdid immedjatament bil-cable<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Hija tippreċiża li l-motiv ta’ difiża li ġiet adita biha tirrigwarda mhux l-Artikolu 73(2)(a) u (3) tas-CDPA, li minnu jirriżulta, b’mod partikolari, li d-dritt tal-awtur fuq xandira ma jinkisirx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jekk it-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable ssegwi rekwiżit li jittieħed inkunsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, iżda biss fuq l-Artikolu 73(2)(b) u (3) ta’ din il-liġi, li jistabbilixxi li dan id-dritt ma jinkisirx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jekk u sa fejn ix-xandira tiġi trażmessa sabiex tiġi rċevuta fiż-żona fejn hija trażmessa mill-ġdid bil-cable u jekk u sa fejn din tagħmel parti mis-servizz li jikkwalifika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi qieset li għandu jiġi interpretat l-Artikolu 73 tas-CDPA fid-dawl tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili), ir-Renju Unit] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-[Direttiva 2001/29] u b’mod partikolari l-formulazzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[d]in id-Direttiva għħ ndha [għandha] tkun mingħajr preġudizzju [b’mod partikolari] għad-disposizzjonijiet dwar […] aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/>:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni ċċitata iktar ’il fuq tawtorizza ż-żamma ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiddefinixxi l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>cable<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/>, jew inkella l-portata ta’ din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 9 hija ddeterminata minn tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>cable<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li hija ddefinita mid-dritt tal-Unjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>cable<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> li jinsab fl-Artikolu 9 huwa ddefinit mid-dritt tal-Unjoni, x’inhi t-tifsira? B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Għandu tifsira marbuta ma’ teknoloġija speċifika, limitata għan-netwerks tal-cable klassiċi operati minn fornituri tradizzjonali ta’ servizzi bil-cable?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ kuntrarju, għandu tifsira newtrali fuq il-livell teknoloġiku li tinkludi servizzi funzjonalment simili trażmessi permezz tal-internet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>F’kull każ, jinkludi t-trażmissjoni ta’ enerġija microwave bejn punti terrestri fissi?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni ċċitata iktar ’il fuq tapplika (1) għad-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li netwerks tal-cable jittrażmettu mill-ġdid ċerti xandiriet, jew inkella (2) għad-dispożizzjonijiet li jawtorizzaw it-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable ta’ xandiriet (a) meta t-trażmissjonijiet mill-ġdid huma simultanji u limitati għaż-żoni li għalihom ix-xandiriet kienu intiżi u/jew (b) meta x-xandiriet huma trażmessi mill-ġdid fuq kanali suġġetti għal ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>cable<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> li jinsab fl-Artikolu 9 hija ddefinita mid-dritt nazzjonali, id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali hija suġġetta għall-osservanza tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità u ta’ bilanċ ġust bejn id-drittijiet ta’ detenturi ta’ drittijiet tal-awtur, ta’ proprjetarji tal-cable u l-interess pubbliku?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 jkopri biss id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fis-seħħ fid-data li fiha d-Direttiva [2001/29] ġiet approvata, fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jew fid-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha, jew inkella japplika wkoll għad-dispożizzjonijiet sussegwenti tad-dritt nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess għall-cable ta’ servizzi tax-xandir?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata immedjatament, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, u b’mod partikolari l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, għandux jiġi interpretat fis-sens li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni u huwa awtorizzat minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza tal-ksur tad-dritt tal-awtur f’każ ta’ trażmissjoni mill-ġdid immedjata bil-cable, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz tal-Internet, f’żona ta’ xandir inizjali, ta’ xandiriet fuq il-kanali tat-televiżjoni suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, fl-assenza ta’ riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li jidher fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, għandu jsib, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, tal-kuntest li fih hija tidħol kif ukoll għanijiet tal-leġiżlazzjoni li tagħha hija tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Padawan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑467/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:620">EU:C:2010:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Private Equity Insurance Group</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑156/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:851">EU:C:2016:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jirriżulta mill-istess kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>aċċess għal cable<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li dan il-kunċett huwa differenti minn dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>trażmissjoni mill-ġdid bil-cable<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, huwa biss l-aħħar kunċett li jindika, fil-kuntest tad-Direttiva 2001/29, ix-xandir ta’ kontenut awdjoviżiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, din diġà tinkludi, fl-Artikolu 1(2)(ċ) tagħha, dispożizzjoni li titratta espressament it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>trasmissjoni mill-ġdid bil-cable<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, biex teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirregolaw din il-kwistjoni, f’dan il-każ dawk tad-Direttiva 93/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sa fejn hemm bżonn, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/83 huma mingħajr rilevanza għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, din tal-aħħar tikkonċerna trażmissjoni mill-ġdid fi ħdan l-Istat Membru wieħed biss minkejja li d-Direttiva 93/83 tipprevedi armonizzazzjoni minima ta’ ċerti aspetti tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati biss f’każ ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku minn satellita jew ta’ trażmissjoni mill-ġdid bil-cable ta’ programmi ġejjin minn Stati Membri oħrajn (sentenza tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, SGAE, C‑306/05, EU:2006:764, punt 30).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, inkwantu għall-iskop tad-Direttiva 2001/29, din għandha bħala għan prinċipali li tistabbilixxi livell għoli ta’ protezzjoni favur l-awturi, li tippermetti lil dawn li jiksbu remunerazzjoni xierqa għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom, b’mod partikolari fl-okkażjoni ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111004">4 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Football Association Premier League <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/08 u C‑429/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:631">EU:C:2011:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0186">186</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan il-livell għoli ta’ protezzjoni favur l-awturi, il-Qorti tal-Ġustizzja, adita b’talba għal domanda preliminari fil-kuntest tal-kawża prinċipali fl-ewwel istanza, diġà ġġudikat li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku li jidher fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 għandu jinftiehem f’sens wiesa’, kif tistabbilixxi b’mod espliċitu l-premessa 23 ta’ din id-direttiva, u li trażmissjoni mill-ġdid permezz ta’ fluss ta’ Internet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi tali komunikazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>ITV Broadcasting <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑607/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:147">EU:C:2013:147</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li, fl-assenza ta’ kunsens tal-awtur ikkonċernat, tali trażmissjoni mill-ġdid ma hijiex, fil-prinċipju, permessa, ħlief jekk taqa’ taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, li tipprevedi lista eżawrjenti ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għad-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku stabbilita fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, bħalma tikkonferma l-premessa 32 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li t-trażmissjoni mill-ġdid inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqa’ taħt l-ebda eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet previsti b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 37 u 38 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta minn din id-dispożizzjoni, moqrija fid-dawl tal-premessa 60 ta’ din id-direttiva, li din hija intiża li żżomm dispożizzjonijiet applikabbli f’oqsma oħrajn barra minn dak armonizzat mill-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29 li tgħid li dan jippermetti trażmissjoni mill-ġdid bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali mingħajr il-kunsens tal-awturi f’każijiet oħra minn dawk previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jmur kontra mhux biss l-għan ta’ dan l-Artikolu 9, iżda wkoll tan-natura eżawrjenti ta’ dan l-Artikolu 5 u jagħmel ħsara, b’hekk għat-twettiq tal-għan prinċipali tal-imsemmija direttiva li tistabbilixxi livell għoli ta’ protezzjoni favur l-awturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa mingħajr effett li x-xandir inizjali tax-xogħlijiet protetti intervjena, jew le, fuq il-kanali tat-televiżjoni suġġetti għal obbligi ta’ servizz pubbliku. Fil-fatt, ma teżistix bażi fid-Direttiva 2001/29 li tiġġustifika li tingħata protezzjoni inqas lill-kontenut ta’ dawn il-kanali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata lit-tielet domanda li l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29, u b’mod partikolari l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni u ma hijiex awtorizzata minnha leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza tal-ksur tad-dritt tal-awtur f’każ ta’ trażmissjoni mill-ġdid immedjata bil-cable, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz tal-Internet, f’żona ta’ xandir inizjali, ta’ xandiriet fuq il-kanali tat-televiżjoni suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel, it-tieni, ir-raba</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’ u l-ħames domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel, it-tieni, r-raba’ u għall-ħames domandi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2001/29/KE, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni u b’mod partikolari l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni u ma hijiex awtorizzata minnha leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-assenza tal-ksur tad-dritt tal-awtur f’każ ta’ trażmissjoni mill-ġdid immedjata bil-cable, inkluż, jekk ikun il-każ, permezz tal-Internet, f’żona ta’ xandir inizjali,</HT></P><?PAGE NO="9"?><P><HT TYPE="BOLD">ta’ xandiriet fuq il-kanali tat-televiżjoni suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>