<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑493/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0493</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:174">EU:C:2016:174</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL — KAWŻA C‑493/14</P><P>DILLY’S WELLNESSHOTEL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fi <DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑493/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Dilly’s Wellnesshotel GmbH</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (tribunal federali tal-finanzi, l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Regolament KE Nru 800/2008</KEYWORD><KEYWORD>Kategoriji ta’ għajnuna li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq komuni</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna intiża għall-protezzjoni tal-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa ambjentali</KEYWORD><KEYWORD>Natura vinkolanti tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit sew li l-obbligu ta’ notifika minn qabel ta’ kull miżura intiża sabiex tistabbilixxi jew sabiex temenda għajnuna ġdida, impost fuq l-Istati Membri bis-saħħa tat-trattati, jikkostitwixxi wieħed mill-elementi fundamentali tas-sistema ta’ sorveljanza fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>France Télécom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑81/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:811">EU:C:2011:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minn dan isegwi neċessarjament li kull temperament ta’ dan l-obbligu, li jirriżulta mix-xewqa li tiġi ffaċilitata f’każijiet definiti tajjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea, bl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni amministrattiva fil-kuntest tal-għoti ta’ eżenzjoni lil kategorija, għandu jinftiehem strettament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit huwa fil-qalba ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, l-ewwel waħda li tressqet mill-Bundesfinanzgericht (tribunal federali tal-finanzi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Għandu jiġi nnotat li dik il-qorti ssuċċediet lil Unabhängiger Finanzsenat (kamra Indipendenti tal-Finanzi) u li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat ruħha, f’diversi okkażjonijiet kompetenti sabiex tirrispondi għad-domandi li jsirulha minn din tal-aħħar.</P></NOTE>, li tqajjem diversi kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni ta-Regolament (KE) Nru 800/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-<DATE ISO="20080806">6 ta’ Awwissu 2008</DATE> li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="214" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU L 214, p. 3</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża toffri b’mod partikolari lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tiċċara l-kundizzjonijiet formali u materjali li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex Stat membru jkun jista’ jibbenefika minn eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika tal-miżuri ta’ għajnuna skont dan ir-regolament. B’mod iktar ġenerali hija toffri l-opportunità li jiġi enfasizzat li l-obbligi speċifiċi kollha imposti f’dan il-kuntest fuq l-Istati Membri, kemm jekk ikunu ta’ natura formali kemm jekk materjali, għandhom natura vinkolanti u li l-ksur tagħhom iwassal għat-telf mill-benefiċċju tal-eżenzjoni mitluba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 109 TFUE (li kien l-Artikolu 94 tat-Trattat KE) jawtorizza b’mod partikolari lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li jiffissa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni sabiex jiddetermina l-kategoriji ta’ għajnuna li għandhom ikunu eżentati mill-proċedura ta’ informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE (li kien Artikolu 93(3) tat-Trattat KE).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Huwa b’applikazzjoni tal-Artikolu 94 tat-Trattat KE li huwa adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98, tas-<DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 312. Ir-Regolament Nru 994/1998 kien ġie emendat bir-<HT TYPE="BOLD">Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 733/2013, tat-22</HT> <HT TYPE="BOLD">ta’ Lulju 2013</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="1998">ĠU L 204, p. 11</REF.DOC.OJ>), u, iktar tard, irrevokat bir-<HT TYPE="BOLD">Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588, tat-<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli [107 TFUE u 108 TFUE] għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU L 248 p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Trasparenza u sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, kien jispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>[m]eta tkun qed taddotta regolamenti skont l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha timponi regoli dettaljati fuq l-Istati Membri sabiex tassigura trasparenza u sorveljanza tal-għajnuna eżentata minn notifikazzjoni f’konformità ma’ dawk ir-regolamenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tar-Regolament Nru 994/1998, kien ġie adottat ir-Regolament Nru 800/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ir-Regolament Nru 800/2008 kien ġie emendat bir-<HT TYPE="BOLD">Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2013, tad-29</HT> <HT TYPE="BOLD">ta’ Novembru 2013</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="320" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2013">ĠU L 320, p. 22</REF.DOC.OJ>). Il-perijodu tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 800/2008 kien b’hekk ġie estiż sat-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>. Dan ir-Regolament kien imbagħad ġie rrevokat bir-<HT TYPE="BOLD">Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014, tas-17</HT> <HT TYPE="BOLD">ta’ Ġunju 2014, li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 TFUE u 108</HT> [TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU L 187, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1)(d) tal-Kapitolu I tar-Regolament Nru 800/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ambitu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, dan ir-regolament huwa applikabbli b’mod partikolari għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>għajnuna għall-protezzjoni ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan il-Kapitolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kundizzjonijiet għal eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għajnuna għall-iskemi, li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ Kapitolu 1 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ Kapitolu II għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni fis-sens ta’ l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat u għandha tiġi eżentata mill-ħtieġa tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat sakemm kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija taħt dawn l-iskemi jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, u l-iskema jkun fiha referenza espliċita għal dan ir-Regolament, billi tikkwota t-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> .<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 ta’ dan il-Kapitolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>It-Trasparenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien għoxrin jum tax-xogħol minn meta tidħol fis-seħħ skema ta’ għajnuna jew l-għotja ta’ għajnuna <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, li tkun ġiet eżentata skond dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni sommarju ta’ l-informazzjoni dwar din il-miżura ta’ għajnuna. Dan is-sommarju għandu jkun ipprovdut f’forma elettronika, permezz ta’ l-applikazzjoni stabbilita ta’ l-IT tal-Kummissjoni u fil-forma stabbilita fl-Anness III.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tgħarraf bla dewmien li tkun irċeviet is-sommarju.</ALINEA><ALINEA>Is-sommarji għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> u fuq il-websajt tal-Kummissjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Malli tidħol fis-seħħ skema ta’ għajnuna jew l-għotja ta’ għajnuna <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, li tkun eżentata minn dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika fuq l-internet it-test sħiħ ta’ din il-miżura ta’ għajnuna. Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna, dan it-test għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet mniżżla fil-liġi nazzjonali li tiżgura li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jiġu rrispettati. l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li t-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna jkun aċċessibbli fuq l-internet sakemm il-miżura ta’ għajnuna kkonċernata tibqa’ fis-seħħ. L-informazzjoni tas-sommarju pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat skond il-paragrafu 1 għandu jispeċifika indirizz ta’ l-internet li jkun fih it-test sħiħ tal-miżura ta’ l-għajnuna.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan l-istess Kapitolu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-Monitoraġġ<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tissorvelja regolarment il-miżuri ta’ għajnuna li tkun ġiet infurmata dwarhom skond l-Artikolu 9.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fuq talba miktuba, l-Istati Membri kkonċernati jridu jipprovdu lill-Kummissjoni, f’perjodu ta’ 20 jum ta’ ħidma jew perjodu itwal kif jista’ jiġi stabbilit fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa sabiex tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Fejn l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba fil-perjodu preskritt mill-Kummissjoni jew f’perjodu li jkun maqbul b’mod komuni, jew meta l-Istat Membru ma jipprovdix l-informazzjoni sħiħa, il-Kummissjoni għandha tibgħat tfakkira li fiha tistabbilixxi skadenza ġdida għas-sottomissjoni ta’ l-informazzjoni. Jekk, minkejja din it-tfakkira, l-Istat Membru kkonċernat ma jipprovdix l-informazzjoni mitluba, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun ipprovdiet lill-Istat Membru kkonċernat bil-possibbiltà li jispjega fehmtu, tadotta deċiżjoni li tgħid li l-miżuri kollha ta’ għajnuna fil-futur li għalihom japplika dan ir-Regolament jew parti minnhom għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 800/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, kien jinsab fit-Taqsima 4 tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Għajnuna għall-protezzjoni ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, u kien jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għandhom japplikaw it-tifsiriet li gejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>protezzjoni ta<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> l-ambjent’ tfisser kwalunkwe azzjoni mfassla biex tirrimedja jew tevita ħsara lill-ambjenti fiżiċi tal-madwar jew lir-riżorsi naturali mill-attivitajiet tal-benefiċjarju stess, biex tnaqqas ir-riskju ta’ din il-ħsara jew biex twassal għal użu aktar effiċjenti ta’ riżorsi naturali, inklużi miżuri għall-iffrankar ta’ l-enerġija u l-użu ta’ riżorsi ta’ enerġija li jistgħu jiġġeddu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>10)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>taxxa ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser taxxa li l-bażi taxxabbli speċifika għaliha jkollha effett negattiv ċar fuq l-ambjent jew li tfittex li tintaxxa ċerti attivitajiet, prodotti jew servizzi biex l-ispejjeż ambjentali jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-prezz tagħhom u/jew biex il-produtturi u l-konsumaturi jkunu orjentati lejn attivitajiet li jirrispettaw aħjar l-ambjent;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 ta’ din it-Taqsima 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skemi ta’ għajnuna ambjentali fil-forma ta’ tnaqqis mit-taxxi ambjentali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-[Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405),] għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit tan-notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jiġu sodisfatti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-benefiċjarji tat-tnaqqis għandhom [iħallsu] ta’ l-anqas l-livell minimu tat-taxxa tal-Komunità stipulat fid-[Direttiva 2003/96].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis fit-taxxa għandu jingħata għal perjodi massimi ta’ għaxar snin. Wara dan il-perjodu ta’ għaxar snin, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw kemm hu xieraq it-tnaqqis fit-taxxa kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Dritt Awstrijak</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-liġi ta’ implimentazzjoni tal-baġit (Budgetbegleitgesetz), tat-<DATE ISO="20101230">30 ta’ Diċembru 2010</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>BGBl. I, 111/2010, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>BBG 2011<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</P></NOTE>, l-impriżi li jipprovdu servizzi kellhom jiġu esklużi mill-ġdid mir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-Liġi dwar ir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija (Energieabgabenvergütungsgesetz, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>EAVG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), fil-verżjoni emendata tagħha mill-Artikolu 72 tal-BBG 2011, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Id-dritt għar-rimbors huwa mogħti biss lill-impriżi li jippruvaw li l-attività prinċipali tagħhom hija l-manifattura ta’ beni materjali u jekk huma jippruvaw li ma pprovdewx ir-riżorsi tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 1(3), jew is-sħana (fwar jew ilma sħun) prodotta mir-riżorsi tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 1(3).<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-Artikolu 2 hija ffissata fl-Artikolu 4(7) tal-Liġi fuq ir-Rimbors tat-Taxxa fuq l-Enerġija (Energieabgabenvergütungsgesetz, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>EAVG<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>L-Artikoli 2 u 3 [tal-EAVG] għandhom ikunu applikabbli, bla ħsara għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, għat-talbiet għal rimbors li jirrigwardaw perijodu wara l-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ix-xogħlijiet preparatorji tal-abbozz ta’ liġi jindikaw dan li ġej fir-rigward tal-Artikolu 4(7) tal-EAVG:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet emendati għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Din l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-użu tal-enerġija qabel il-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>. Għaldaqstant, it-talbiet tal-impriżi ta’ servizz dwar perijodi wara l-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> ma jistgħux jiġu aċċettati. Jekk l-emenda tal-EAVG tiġi approvata mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat awtorizzata, il-limitazzjoni legali għall-impriżi ta’ produzzjoni għandha tapplika b’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, b’tali mod li, wara dik id-data, l-impriżi ta’ servizzi ma jibqalhomx dritt għar-rimbors tat-taxxa fuq l-enerġija għall-enerġija użata. Jekk l-emenda ma tiġix approvata mill-Kummissjoni, is-sitwazzjoni legali attwali għandha tibqa’ mhux mibdula u kemm l-impriżi ta’ produzzjoni kif ukoll l-impriżi ta’ servizzi jkunu eliġibbli għal rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20111229">29 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Dilly’s Wellnesshotel GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Dilly’s Wellnesshotel<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) ippreżentat talba għal rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija għas-sena 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Din it-talba kienet ġiet miċħuda b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120221">21 ta’ Frar 2012</DATE> bħala infondata fid-dawl tal-liġi l-ġdida kontenuta fil-BBG 2011, li tipprovdi li, b’effett mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, ir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija għandu jingħata biss lil impriżi ta’ produzzjoni. Rikors quddiem l-Unabhängiger Finanzsenat (kamra tal-finanzi indipendenti), li għaliha ssuċċediet il-Bundesfinanzgericht (tribunal federali tal-finanzi), kien ġie miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tad-<DATE ISO="20130319">19 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva) iddeċidiet li, wara sentenza mogħtija minn dik il-qorti fit-<DATE ISO="20120822">22 ta’ Awwissu 2012</DATE>, ir-rimbors tat-taxxa fuq l-enerġija kellu jibqa’ jingħata lill-impriżi ta’ servizzi għax-xahar ta’ Jannar 2011. Fil-fehma tal‑Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva), għal dak ix-xahar, il-Kummissjoni kienet għadha ma tatx l-approvazzjoni tagħha għal-leġiżlazzjoni ġdida dwar id-dikjarazzjoni maħruġa b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 800/2008 li kienet tirrigwarda biss il-perijodu wara l-<DATE ISO="20110201">1 ta’ Frar 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Dilly’s Wellnesshotel ippreżentat rikors amministrattiv komplementari quddiem l-Unabhängiger Finanzsenat (kamra tal-finanzi indipendenti), fejn dik il-kumpannija talbet, essenzjalment, b’mod partikolari, li tintlaqa’ t-talba kollha ta’ rimbors tat-taxxa fuq l-enerġija għall-perijodu mix-xahar ta’ Jannar sax-xahar ta’ Diċembru 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Dilly’s Wellnesshotel telqet mill-prinċipju li, fil-każ li l-applikazzjoni magħquda tal-Artikoli 2(1) u 4(7) tal-EAVG tkun tikser id-dritt tal-Unjoni, il-leġiżlazzjoni ġdida introdotta bil-BBG 2011 ma għandhiex tkun applikabbli u l-impriżi ta’ servizzi jistgħu jibqgħu jitolbu r-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija għas-sena 2011 kollha u warajha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-verżjoni inizjali tal-EAVG kienet tipprovdi, fl-Artikolu 2(1) tagħha, għal rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija favur l-impriżi li jikkonċentraw essenzjalment fuq il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>manifattura ta’ beni materjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Il-provvista ta’ servizzi kienu esklużi mir-rimbors tat-taxxa. Il-qorti tar-rinviju tinnota li l-għan tal-EAVG kien, skont ix-xogħlijiet preparatorji, li tevita li l-industriji ta’ produzzjoni Awstrijaċi li jikkonsmaw ħafna enerġija jkunu żvantaġġati fil-livell kompetittiv meta mqabbla mal-impriżi ta’ pajjiżi oħra fejn, bħala regola, ma hemmx taxxa fuq l-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Sussegwentement il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija kienet ġiet emendata diversi drabi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tar-rinviju kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni ġdida dwar ir-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija introdotta bil-BBG 2011 mar-Regolament Nru 800/2008. Din il-qorti tistaqsi fil-fatt jekk ir-Repubblika tal-Awstrija tistax tapprofitta mill-proċedura speċjali prevista bl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, peress li, apparentement, diversi kundizzjonijiet tal-Kapitolu I ta’ dan ir-regolament ma humiex osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Bundesfinanzgericht (tribunal federali tal-finanzi) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1)</NO.P><TXT>Huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li leġiżlazzjoni fil-qasam tal-għajnuna tibbenefika mill-proċedura speċjali prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 sabiex tkun eżentata mill-obbligu ta’ notifika taħt l-Artikolu 108(3) TFUE, meta ma jkunux issodisfatti diversi obbligi previsti fil-Kapitolu I [ta’ dan i]r-Regolament u meta barra minn hekk ma jsir ebda riferiment għal [imsemmi] regolament?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni li leġiżlazzjoni fil-qasam tal-għajnuna tkun ibbażata fuq il-proċedura speċjali prevista fl-Artikolu 25 tar-Regolament [Nru 800/2008], applikabbli għall-għajnuna favur il-protezzjoni tal-ambjent, meta ma jkunux issodisfatti l-obbligi previsti fil-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament — jiġifieri l-promozzjoni ta’ miżuri ta’ protezzjoni tal-ambjent u/jew l-ekonomija ta’ enerġija skont l-Artikolu 17(1) [tal-imsemmi r]egolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tinkludix limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> u lanqas riferiment għall-perijodu indikat fid-dikjarazzjoni ta’ eżenzjoni, b’tali mod li l-limitazzjoni għal għaxar snin tar-rimbors tat-taxxa fuq l-enerġija prevista fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament [Nru 800/2008] tirriżulta biss mid-dikjarazzjoni ta’ eżenzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn Dilly’s Wellnesshotel, il-Gvernijiet tal-Awstrija u tal-Estonja u mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Saret seduta fit-<DATE ISO="20160112">12 ta’ Jannar 2016</DATE>, li fiha pparteċipaw Dilly’s Wellnesshotel, il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari fuq is-sitwazzjoni msemmija fil-kawża prinċipali u fuq l-obbligu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ notifika tal-proġetti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ għoti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ għajnuna ġdida</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Sitwazzjoni msemmija fil-kawża prinċipali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Dan ir-rinviju preliminari jqajjem diversi kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni dwar il-kundizzjonijiet formali (l-ewwel domanda preliminari) kif ukoll dwar il-kundizzjonijiet sostanzjali (it-tieni u t-tielet domanda preliminari) li għandha tissodisfa miżura nazzjonali ta’ għajnuna sabiex tkun tista’ tapprofitta minn eżenzjoni tal-obbligu ta’ notifika b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 800/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, il-kawża prinċipali għandha l-oriġini tagħha fir-rifjut tal-amministrazzjoni fiskali Awstrijaka li tilqa’ talba għal rimbors ta’ taxxi fuq l-enerġija għas-sena 2011 imressqa mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Dilly’s Wellnesshotel, impriża li tipprovdi servizzi. Dan ir-rifjut kien immotivat miċ-ċirkustanza li, wara l-emenda introdotta bil-BBG 2011, l-EAVG jeskludi lil min jippresta servizzi mill-benefiċċju tar-rimbors tat-taxxi fuq l-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tibbaża ruħha fuq il-verżjoni preċedenti ta’ din l-leġiżlazzjoni nazzjonali, verżjoni li kienet issemmi wkoll lil min jippresta servizzi. Hija targumenta li, minħabba n-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet vinkolanti tar-Regolament Nru 800/2008, din il-leġiżlazzjoni ġdida ma kinitx eżentata mill‑obbligu ta’ notifika stabbilita bl-Artikolu 108(3) TFUE u għaldaqstant ma setgħetx tiġi implementata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk minħabba l-obbligu tagħha li tfassal il-konsegwenzi kollha ta’ possibbli ksur tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, invokata mill-akkużati taħt id-drittijiet proċedurali tagħhom, li l-Qorti tar-rinviju ressqet din it-talba għal deċiżjoni preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑345/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:440">EU:C:1991:440</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑39/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:285">EU:C:1996:285</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>[l]-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ<?PAGE NO="7"?> il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="629" DATE.PUB="2006">ĠU L 352M, p. 629</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Regolament Nru 659/1999<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>).</P></NOTE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Klawsola ta’ waqfien totali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jispeċifika f’dan ir-rigward li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>[g]ħajnuna notifikabbli skond l-Artikolu 2(1) m’għandhiex tiddaħħal fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni ma tkun ħadet, jew tinftiehem li tkun ħadet, deċiżjoni li tawtorizza din l-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tar-rinviju indikat li l-verżjoni inizjali tal-EAVG kienet ġiet innotifikata bħala għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni fl-2002 u li din qisitha kompatibbli mas-suq intern. Iżda l-verżjoni tal-EAVG, rilevanti fil-kawża prinċipali, min-naħa l-oħra, ma kinitx ġiet innotifikata, fit-terminu stabbilit, bħala għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni, għaliex il-Ministru tal-Finanzi Awstrijak kien qies li din l-emenda kienet eżenti min-notifika, skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll mill-proċess li, fis-<DATE ISO="20110207">7 ta’ Frar 2011</DATE>, kienet saret notifika lill-Kummissjoni dwar il-verżjoni ġdida tal-EAVG, li kienet tavża b’estensjoni ġdida tal-iskema mill-<DATE ISO="20110201">1 ta’ Frar 2011</DATE> sal-<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Sommarju tal-miżura, b’referenza għal dak il-perijodu, kien ġie ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tat-<DATE ISO="20110930">30 ta’ Settembru 2011</DATE>. L-indirizz tal-internet li jinsab f’din il-pubblikazzjoni u li jipprovdi aċċess għat-test sħiħ tal-miżura kien żbaljat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidher li hemm qbil li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma kinitx innotifikata lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 659/1999, u li l-unika eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika li tista’ tkun applikabbli hija dik stabbilita bl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Importanza tal-obbligu ta’ notifika tal-proġetti ta’ għajnuna ġdida u ħtieġa ta’ interpretazzjoni ristrettiva tal-obbligi imposti fuq l-Istati Membri bis-saħħa ta’ regolament ta’ eżenzjoni għal kategorija</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-domandi li saru mill-qorti tar-rinviju innegabbilment jinvolvu ċerta novità, peress li sa issa r-Regolament Nru 800/2008 għadu ma ġiex interpretat fuq l-aspetti speċifiċi msemmija f’dan il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Għalkemm l-imsemmi regolament kien ġie invokat f’ċerti kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wam Industriale vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑560/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:726">EU:C:2013:726</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:33">EU:C:2014:33</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-indikazzjonijiet ipprovduti minn dan tal-aħħar jidhirli li ma humiex utli f’din il-kawża.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Qabel ma nindirizza d-domandi li sarulna suċċessivament, jidhirli f’loku li nfakkar ċertu numru ta’ regoli u ta’ prinċipji gwida li ser jiggwidaw l-eżami kollu tiegħi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, kif speċifikat bl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 659/1999, l-obbligu ta’ notifika ta’ kull proġett ta’ għajnuna ġdida jikkostitwixxi r-regola. Fil-fatt għandu jiġi enfasizzat li l-obbligu ta’ notifika minn qabel hija l-bażi fundamentali tas-sistema kollha ta’ sorveljanza stabbilita mit-Trattat, għaliex tpoġġi lill-Kummissjoni f’qagħda li tmexxi b’mod effikaċi u sistematiku eżami preventiv tal-proġetti kollha ta’ għoti ta’ għajnuna ġdida jew ta’ emenda tal-għajnuna diġà eżistenti. Kif indika l-Avukat Ġenerali Jacobs, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>l-obbligu ta’ notifika tal-għajnuna proġettata għandha importanza tant evidenti għall-funzjonament tas-suq komuni li, fin-nuqqas ta’ xi regolament tal-Kunsill fil-qasam, l-obbligu għandu ovvjament jiġi osservat rigorożament kemm fuq il-livell tal-kontenut kif ukoll fuq dak tal-forma, u b’mod partikolari huwa essenzjali li jirriżulta b’mod ċar min-notifika li taħseb sabiex tpoġġi lill-Kummissjoni f’qagħda li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha taħt l-Artikolu 93(3) u, jekk ikun il-każ, tiftaħ il-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(2) qabel ma l-għajnuna proġettata tiġi implementata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑301/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:357">EU:C:1989:357</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Sa minn kmieni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi informata bil-proġetti intiżi sabiex jistabbilixxu jew jemendaw għajnuna ma japplikax biss għall-proġett inizjali, imma jestendi wkoll għall-emendi li jsiru sussegwentement lil dan il-proġett, billi speċifikat li tali informazzjoni tista’ tingħata lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet li tkun wasslet għalihom in-notifika inizjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Heineken Brouwerijen</NAME.CASE> (<NO.CASE>91/83 u 127/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:307">EU:C:1984:307</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3.</P></NOTE>, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jinkludi b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>xi bidla, minbarra modifikazzjonijiet ta’ natura purament formali jew amministrattiva li ma jistux jeffettwaw l-evalwazzjoni tal-kompatibilità tal-miżura ta’ l-għajnuna mas-suq komuni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4( 2)(c) tar-Regolament Nru 794/2004, l-issikkar ta’ ċerti kriterji għall-applikazzjoni ta’ skema awtorizzata ta’ għajnuna, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li taħseb għal tnaqqis fiċ-ċirku tal-impriżi benefiċjarji msemmija fis-sistema preċedentement innotifikata, jikkwalifika bħala emenda li tagħha, bħala regola, hija obbligatorja n-notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ notifika ta’ xi emenda għal sistema ta’ għajnuna preċedentement innotifikata hija applikabbli irrispettivament mill-kwistjoni jekk, bħala tali, is-sistema l-ġdida tinkludix benefiċċji selettivi inkompatibbli mas-suq komuni. Fil-fatt huwa biss b’referenza għad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-għoti tal-għajnuna, għall-modalitajiet tagħhom u għal-limiti tagħhom li għajnuna tista’ tiġi kklassifikata bħala novità jew emenda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Namur-Les assurances du crédit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑44/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:311">EU:C:1994:311</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ir-rigorożità imposta fuq l-Istati Membri fil-qasam tapplika wkoll, fil-fehma tiegħi, għad-determinazzjoni tal-kundizzjoni li taħthom huma jistgħu, bis-saħħa ta’ regolament ta’ eżenzjoni, jilliberaw ruħhom mill-obbligu tagħhom ta’ notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk jien tal-fehma li f’każ ta’ adozzjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 108(4) TFUE, ta’ regolament ta’ eżenzjoni għal kategorija, għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta’ notifika biss il-miżuri li jissodisfaw il-punti kollha tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-imsemmi regolament ta’ eżenzjoni. Fil-każ fejn ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet kollha ta’ eżenzjoni, l-obbligu ta’ notifika tibqa’ fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u bħala prolungament ta’ dak li ser infakkar, peress li l-prinċipju ta’ bażi huwa l-inkompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni, id-derogazzjonijiet li jissemmew f’dan il-qasam għandhom jiġu interpretati ristrettivament. Tali prinċipju jimplika li l-oneru tal-prova li l-kundizzjonijiet kemm formali kif ukoll sostanzjali li fuqhom tiddependi l-kompatibbiltà ta’ għajnuna huma ssodisfatti huwa impost fuq l-Istat Membru kkonċernat. B’mod partikolari, għandu jkun dan l-Istat li jipprovdi l-elementi rilevanti kollha li jistgħu jistabbilixxu li l-kundizzjonijiet tad-deroga mitluba huma ssodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L-Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑372/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:234">EU:C:2004:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fil-każ fejn, bħal f’dan il-każ, eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika hija possibbli bis-saħħa ta’ regolament ġenerali ta’ eżenzjoni adottat bis-saħħa tar-Regolament Nru 994/98, l-obbligi ta’ trasparenza u effikaċja li fuqhom tiddependi l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament (ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 3 u l-premessi 4, 6, 7 u 10 tiegħu) kif ukoll il-ħtieġa ta’ ċertezza legali fil-konfront tat-terzi jimponu li l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom mar-regoli speċifiċi stabbiliti mir-regolament ta’ eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Peress li l-obbligu ta’ notifika hija ċentrali fis-sistema ta’ sorveljanza tal-proġetti ta’ għajnuna mill-Istat, ir-regoli speċifiċi <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> msemmija f’regolament ta’ eżenzjoni, bl-għan li possibbilment ikun hemm eżenzjoni minn dan l-obbligu, għandhom jiġu debitament osservati. B’differenza minn dak li possibbilment jista’ jkun il-każ fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri bl-għan li tiġi stabbilita l-kompatibbiltà ta’ proġett ta’ għajnuna mas-suq komuni, ma hemmx lok li tiġi applikata ordni ta’ prevalenza bejn il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti minn regolament ta’ eżenzjoni bl-għan li jkun hemm ħelsien mill-obbligu ta’ notifika tal-proġetti ta’ għajnuna ġdida msemmi fl-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’tali kuntest, ma għandhiex issir distinzjoni bejn il-kundizzjonijiet differenti ta’ eżenzjoni — il-kundizzjonijiet li għandu jkollhom natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>sostanzjali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u l-oħrajn — stabbiliti mir-Regolament Nru 800/2008 u, għaldaqstant, bejn il-konsegwenzi legali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni partikolari meta mqabbla ma’ oħra. L-unika distinzjoni li tista’ tiġi applikata fir-rigward ta’ dan ir-regolament hija dik eżistenti bejn il-kundizzjonijiet msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ta’ eżenzjoni ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, imsemmija fil-Kapitolu I tal-imsemmi regolament (Artikoli 1 sa 12), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Dispożizzjonijiet komuni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, u l-kundizzjonijiet speċjali msemmija fil-Kapitolu II (Artikoli 13 sa 42), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji differenti ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk ma jistax jiġi nnegat li, f’oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni, tista’ ssir distinzjoni bejn id-difetti proċedurali ta’ natura sostanzjali u l-oħrajn, fil-fehma tiegħi, din id-distinzjoni ma’ tistax issir fil-każ fejn il-kundizzjonijiet kollha imposti fuq l-Istati Membri huma ta’ natura vinkolanti, bħalma huwa l-każ fil-kuntest tal-proċeduri ta’ notifika tal-proġetti ta’ għajnuna ġdida, u jekk ikun il-każ ta’ eżenzjoni minn dik il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Hekk, fis-sentenza Heintz van Landewijck<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑494/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:407">EU:C:2006:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, mitluba tippronunzja ruħha fuq il-portata tal-obbligu ta’ notifika impost fuq l-Istati Membri skont l-Artikolu 27( 5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) kienet, ċertament, iddeċidiet li n-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ notifika tal-miżuri intiżi sabiex jissemplifikaw il-ġbir ta’ taxxi ma jikkostitwixxix difett proċedurali sostanzjali li għandu jwassal għall-inapplikabbiltà tal-miżura derogatorja nnotifikata tardivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk nissupponu li hija permessa analoġija mal-problema tal-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni — ħaġa li tidhirli dubjuża minħabba n-natura eminentement mandatorja, imfakkra qabel, tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni stabbiliti bir-regolament inkwistjoni — ninnota li l-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li fakkret ir-regola li miżura ta’ deroga tas-Sitt Direttiva meħuda bi ksur tad-dmir ta’ notifika imposta fuq l-Istati Membri bl-Artikolu 27(2) tagħha ma tistax tiġi prekluża fil-konfront ta’ persuna taxxabbli, ħadet ħsieb li tindika li din il-konklużjoni kienet motivata bil-fatt li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>f’din il-kawża, din [ma kinitx] miżura ta’ deroga ġdida li għandha tiġi awtorizzata mill-Kunsill, iżda miżura partikolari li teżisti mill-<DATE ISO="19770101">1 ta’ Jannar 1977</DATE> u li l-Istat Membru xtaq iżomm, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 27(5) tas-Sitt Direttiva, minkejja l-implimentazzjoni ta’ din<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Heintz van Landewijck</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑494/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:407">EU:C:2006:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Ovvjament, tali konfigurazzjoni tikkontrasta ma’ dik fejn, bħal f’dan il-każ, tkun involuta għajnuna ġdida, għalkemm riżultanti minn emenda ta’ att leġiżlattiv nazzjonali preċedentement innotifikat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’kull każ, fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, għandu jiġi kkunsidrat, fil-preżenza ta’ dispożizzjonijiet ċari, bħalma huma dawk dwar l-obbligu ta’ notifika u fl-istess ħin dwar il-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni minn tali obbligu, li l-kundizzjonijiet previsti minn tali dispożizzjonijiet ma jikkostitwixxux sempliċi formalitajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, b’anoloġija, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banco Privado Português et Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑93/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:703">EU:C:2015:703</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għandu jkun hekk, b’mod partikolari, anki fir-rigward tal-kundizzjonijiet obbligatorji previsti minn regolament ġenerali ta’ eżenzjoni skont il-kategorija bħal dawk imsemmija fil-Kapitolu I tar-Regolament Nru 800/2008. L-effett ta’ ħelsien mill-obbligu ta’ notifika formali ta’ miżura ta’ għajnuna pprospettata ma jistax, fil-fehma tiegħi, jeżisti fil-każ ta’ ksur ta’ waħda jew iktar minn dawn il-kundizzjonijiet. Il-miżuri li ma jkunux issodisfaw il-kundizzjonijiet kollha rikjesti jibqgħu suġġetti, kif jinsab stabbilit fil-premessa 7 ta’ dan ir-regolament, għall-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda: rekwiżiti ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ forma li jirriżultaw mir-Regolament Nru 800/2008</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha dwar ir-rekwiżiti ta’ forma, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett, l-ewwel nett, tan-nuqqas ta’ referenza għar-Regolament Nru 800/2008 fil-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, it-tieni, tat-trażmissjoni tardiva lill-Kummissjoni ta’ sommarju tal-informazzjoni dwar din il-miżura u, t-tielet, ta’ żball fl-indirizz tal-internet li jipprovdi aċċess għat-test integrali tal-imsemmija miżura.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Rekwiżit ta’ referenza espressa għar-Regolament Nru 800/2008</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jidhirli li n-natura indispensabbli ta’ tali referenza, li tikkostitwixxi waħda mill-kundizzjonijiet stretti li għalihom hija suġġetta l-eżenzjoni mill-obbligu msemmi fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 800/2008, kjarament tista’ tiġi dedotta mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 800/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Kundizzjonijiet għal eżenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jipprovdi li l-iskemi ta’ għajnuna li jissodisfaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>il-kundizzjonijiet kollha<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> tal-Kapitolu I, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu II tal-imsemmi regolament għandhom ikunu kompatibbli mas-suq komuni u għandhom ikunu eżentati mill-obbligu ta’ notifika, sakemm kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija taħt dawn l-iskemi jissodisfaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>il-kundizzjonijiet kollha<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tar-Regolament, u l-iskema jkun fiha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>referenza espliċita għar-[Regolament Nru 800/2008], billi tikkwota t-titolu tiegħu u r-referenza tal-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT><QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 800/2008 kien ġie adottat fuq il-bażi tar-Regolament Nru 994/98, li kien jipprovdi, fl-Artikolu 3(1) intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>Trasparenza u sorveljanza<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>[m]eta tkun qed taddotta regolamenti skond l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha timponi regoli dettaljati fuq l-Istati Membri sabiex tassigura trasparenza u sorveljanza tal-għajnuna eżentata minn notifikazzjoni f’konformità ma’ dawk ir-regolamenti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-premessa 5 tar-Regolament Nru 800/2008 li tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>[d]an ir-Regolament għandu jeżenta kwalunkwe għajnuna li tissodisfa l-<HT TYPE="ITALIC">kundizzjonijiet kollha</HT> rilevanti ta’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe skema ta’ għajnuna […] Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, kif ukoll sorveljanza aktar effiċjenti ta’ l-għajnuna, kwalunkwe miżura ta’ għajnuna individwali mogħtija skond dan ir-Regolament għandu jkun fiha <HT TYPE="ITALIC">referenza espressa</HT> għad-dispożizzjoni applikabbli tal-Kapitolu II u għal-liġi nazzjonali li fuqha hi bbażata l-għajnuna individwali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (enfasi miżjud minni).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit għandu jinftiehem ukoll fid-dawl tar-rekwiżit ta’ trasparenza mfakkar preċedentement, li jissemma b’mod partikolari fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 994/2008. Fil-fatt, kif issostni l-Kummissjoni, referenza għal dan ir-regolament f’miżura ta’ għajnuna partikolari tippermetti lill‑benefiċjarji, kif ukoll lill-kompetituri tagħhom, li jifhmu r-raġunijiet li għalihom dik il-miżura tista’ tiġi implementata, minkejja li ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lanqas awtorizzata minnha. Fi kliem ieħor, din ir-referenza mhux biss tippermetti lill-Kummissjoni li teżerċita s-sorveljanza tagħha, imma wkoll lit-terzi interessati li jkunu informati bil-miżuri ta’ għajnuna pprospettati, sabiex eventwalment ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li tali interpretazzjoni, li hija kompletament konformi mal-kliem tar-Regolament Nru 800/2008, tirriżulta li hija formalistika żżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Qabel xejn, l-inklużjoni f’miżura ta’ għajnuna ta’ referenza espressa għar-Regolament Nru 800/2008 ma timponix diffikultà partikolari fuq l-Istati Membri. Din il-faċilità tikkontrasta mad-diffikultà eventwali, kemm għall-Kummissjoni kif ukoll għal terzi, sabiex jidentifikaw tali skema fin-nuqqas ta’ tali referenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Imbagħad, jidhirli li t-trażmissjoni tas-sommarju tal-informazzjoni dwar il-miżura ta’ għajnuna u l-pubblikazzjoni tagħha f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 800/2008, tista’ tikkumpensa parzjalment biss għan-nuqqas ta’ referenza espressa għall-imsemmi regolament. Jidhirli li dawn id-dispożizzjonijiet ifittxu għanijiet differenti u osservanza tal-kundizzjonijiet previsti f’waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet ma tistax tikkumpensa għan-nuqqas ta’ osservanza tal-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Jekk, kif nissuġġerixxi, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li hemm ħtieġa indispensabbli ta’ riferenza espressa għar-Regolament Nru 800/2008 fil-miżura ta’ għajnuna, mhuwiex ser ikun neċessarju li ngħaddi biex neżamina l-aspetti l-oħra tal-ewwel domanda, u lanqas it-tieni u t-tielet domanda preliminari li saru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għal każ kuntrarju, sejjer neżamina l-aspetti l-oħra hawn taħt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Rekwiżit ta’ trażmissjoni ta’ sommarju tal-informazzjoni dwar il-miżura ta’ għajnuna skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 800/2008</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, it-trażmissjoni lill-Kummissjoni ta’ sommarju tal-miżura ta’ għajnuna, skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 800/2008 u f’terminu ta’ 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ għajnuna, hija importanti ħafna bl-għan li tippermetti lill-Kummissjoni li twettaq sorveljanza effikaċi u f’waqtha tal-osservanza, mill-Istat Membru kkonċernat, tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Innegabbilment din hija kundizzjoni ta’ effettività tal-eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Billi din hija kundizzjoni stabbilita fil-Kapitolu I tar-Regolament Nru 800/2008, in-nuqqas ta’ osservanza tagħha jimplika l-ineffettività tal-eżenzjoni indikata. Fil-każ li din l-irregolarità tiġi rrimedjata tardivament, bħalma jidher li kien il-każ fil-kawża prinċipali, jidhirli li l-eżenzjoni indikata jista’ jkollha effett għall-futur biss, jiġifieri għaż-żmien wara r-regolarizzazzjoni — li huwa l-perijodu mix-xahar ta’ Frar sax-xahar ta’ Diċembru 2011<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Jekk, kif indikat il-qorti tar-rinviju, in-notifika tal-informazzjoni fil-qosor kienet saret fis- ta’ 2011, jista’ leġittimament jitqies li x-xahar kollu ta’ Frar 2011 kien kopert bl-eżenzjoni, għaliex l-Istat Membru kkonċernat jista’, bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 800/2008, fi żmien għoxrin jum tax-xogħol minn meta tidħol fis-seħħ l-iskema ta’ għajnuna jibgħat lill-Kummissjoni sommarju tal-informazzjoni dwar din il-miżura ta’ għajnuna. Ninnota li r-rimbors tat-taxxa fuq l-enerġija għal xahar wieħed biss jidher possibbli bis-saħħa tad-dritt Awstrijak, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof tad-<DATE ISO="20130319">19 Marzu 2013</DATE> (ara l-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE> — u mhux għall-perijodu ta’ qabel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Rekwiżit ta’ indikazzjoni ta’ indirizz tal-internet li jipprovdi aċċess dirett għat-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 800/2008, l-Istat Membru għandu jippubblika fuq l-internet it-test sħiħ tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. Bis-saħħa tat-tielet sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 800/2008, l-Istat Membru kkonċernat għandu, barra minn hekk, jiżgura li t-test sħiħ ta’ din il-miżura jkun aċċessibbli għall-perijodu kollu li hija tibqa’ fis-seħħ. F’dan il-każ, il-Qorti tar-rinviju indikat li r-Repubblika tal-Awstrija ma kinitx ikkonformat ruħha mal-punti kollha ta’ dawn l-obbligi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Nru 800/2008, li jirrikjedi li s-sommarju nnotifikat mill-Istat Membru għandu jinkludi indirizz tal-Internet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>li jkun fih it-test sħiħ tal-miżura ta’ l-għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, il-qorti tar-rinviju indikat li mhuwiex possibbli li jinsab l-indirizz tal-internet innotifikat lill-Kummissjoni u li jidher fis-sommarju ppubblikat f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Kif fakkart preċedentement, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 800/2008 jobbliga lill-Istati Membri li josservaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-Kapitolu I tiegħu. Dan huwa partikolarment għaliex huma involuti dispożizzjonijiet li jirrispondu għax-xewqa tal-leġiżlatur li jiżgura trasparenza u ċertezza legali fil-proċess ta’ eżami tal-miżuri ta’ għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 800/2008 hija rikjesta bl-istess rigorożità bħal dik li tikkonċerna r-referenza espressa għall-imsemmi regolament. Fl-opinjoni tiegħi, deċiżjoni differenti tkun tfisser li tiġi stabbilita ġerarkija bejn il-kundizzjonijiet differenti, b’mod partikolari ta’ natura formali, imposti fuq l-Istati Membri bis-saħħa tar-regolament ta’ eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, jidhirli li r-rekwiżiti ta’ trasparenza huma ssodisfatti meta, minkejja disfunzjonament tal-indirizz tal-internet ipprovdut fis-sommarju msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 800/2008, disfunzjonament li jista’ jkun dovut għal ħsara teknika, jirriżulta b’mod ċar li, meħuda inkunsiderazzjoni l-informazzjoni pprovduta fis-sommarju nnotifikat lill-Kummissjoni b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, it-test sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni kien faċilment aċċessibbli kemm lis-servizzi tal-Kummissjoni kif ukoll lil terzi eventwalment interessati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Madankollu, tajjeb jiġi enfasizzat, bħala prolungament ta’ dak li għadni kif indikajt, li n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet rikjesti mir-Regolament Nru 800/2008 ma jistax jiġi kkumpensat bil-possibbli osservanza ta’ xi oħra minn dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda: rekwiżit sostanzjali, stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 800/2008, rigward l-eżistenza ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ skema ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ għajnuna</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ambjentali</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tispeċifika l-kundizzjonijiet sostanzjali li għandhom jiġu osservati sabiex jittieħed benefiċċju mill-eżenzjoni ta’ notifika previst fl-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament. Fil-fatt, il-Qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-għoti ta’ eżenzjoni taħt l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 jirrikjedix li, flimkien mal-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni, jintwera li l-iskema nazzjonali ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jikkontribwixxix effettivament għall-protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandna żewġ opinjonijiet kontrastanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tal-Gvernijiet Awstrijak u Estonjan, kif ukoll il-Kummissjoni, huwa suffiċjenti li miżura ta’ għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet elenkati espressament f’dan l-artikolu, jiġifieri l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/96/KE, il-kundizzjoni li l-benefiċjarji tat-tnaqqis tat-taxxa jħallsu tal-inqas il-livell minimu komunitarju ta’ taxxa previst minn din id-direttiva u l-kundizzjoni li tali riduzzjonijiet jingħataw għal perijodi massimi ta’ għaxar snin, sabiex tingħatalha eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Dilly’s Wellnesshotel targumenta, min-naħa l-oħra, li l-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa ambjentali għandha tikkostitwixxi wkoll l-għajnuna għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>protezzjoni ta’ l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fis-sens tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 800/2008, li jipprovdi definizzjoni apposita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Jekk issir referenza, b’mod partikolari, għal ċertu tagħlim tal-ġurisprudenza qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 800/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adria-Wien Pipeline u Wietersdorfer &amp; Peggauer Zementwerke</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑143/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:598">EU:C:2001:598</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tiddikjara li kien evidenti li l-għoti ta’ kundizzjonijiet vantaġġużi lis-settur ta’ impriżi li jimmanifatturaw beni materjali kien iktar maħsub sabiex jissalvagwarda l-kompetittività ta’ dan is-settur milli mmotivat minn kunsiderazzjonijiet ekoloġiċi.</P></NOTE>, id-dubji li wriet il-Qorti tar-rinviju fir-rigward tal-kwistjoni jekk il-miżuri tat-tnaqqis ta’ taxxi inkwistjoni għandhomx ikunu effettivament intiżi sabiex itejbu l-protezzjoni tal-ambjent faċilment jinftiehmu. Huwa diffiċli, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, li jinftiehem kif dawn il-miżuri jistgħu jissarrfu f’inqas ħsara għall-ambjent, billi jwasslu għal inqas vjolazzjonijiet jew ukoll għal użu razzjonali tar-riżorsi naturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Madankollu, interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 twassalni sabiex nesprimi ruħi ferm iktar favorevoli għall-opinjoni tal-maġġoranza tal-intervenjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Minn perspettiva litterali, jidher li l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 jipprovdi tliet kundizzjonijiet biss sabiex miżura ta’ għajnuna tkun tista’ tiġi eżentata, jiġifieri l-osservanza tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/96, ir-rekwiżit ta’ livell minimu ta’ taxxa u l-għoti ta’ tnaqqis tat-taxxa għal perijodu massimu ta’ għaxar snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni hija limitata għal sempliċi referenza għal skemi ta’ għajnuna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>favur l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u ma tagħmel ebda rinviju għad-definizzjoni ta’ għajnuna kontenuta fl-Artikolu 17(1) ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 25 tal-imsemmi regolament huwa espressament marbut mal-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2003/96. Il-premessa 31 tar-Regolament Nru 800/2008 tindika, f’dan ir-rigward li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>[t]naqqis fit-taxxi ambjentali li jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96 […] u kopert minn dan ir-Regolament għandu jiġi preżunt li għandu effett ta’ inċentiv minħabba l-fatt li r-rati mnaqqsa jikkontribwixxu għall-inqas b’mod indirett għal titjib fil-protezzjoni ambjentali billi jippermettu l-adozzjoni tat-tkomplija ta’ l-iskema globali ta’ taxxa kkonċernata, u b’hekk jinċentivaw l-impriżi li huma suġġetti għat-taxxa ambjentali biex ibaxxu il-livell tagħhom ta’ tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Minn perspettiva teleoloġika u sistematika, jidher li l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008, li għandu t-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, isemmi taxxi ambjentali li huma armonizzati bid-Direttiva 2003/96<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L-Awstrija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑251/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1060">EU:T:2014:1060</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0202">202</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li għalhekk huwa differenti mill-artikoli 17 sa 20 ta’ dan ir-Regolament, li jistabbilixxu kundizzjonijiet supplimentari marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-motivi tagħha (ara, b’mod partikolari, il-premessi 6, 7 u 12 tagħha), din id-direttiva tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent. Peress li l-imsemmija direttiva, li hija stess tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent, tikkostitwixxi l-bażi li fuqha huma armonizzati t-taxxi fuq l-enerġija, dawn it-taxxi jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>taxxi ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, l-iskemi ta’ għajnuna li jitqiesu konformi mal-Artikolu 25 — jiġifieri li jissodisfaw: 1) ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/96, 2) il-livell minimu ta’ taxxa, u 3) il-limitu ta’ għaxar snin — indirettament jieħdu inkunsiderazzjoni l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent u għandhom jiġu kklassifikati bħala taxxi ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, fir-rigward tat-tnaqqis fit-taxxi ambjentali, bħal f’dan il-każ, il-premessa 31 tar-Regolament Nru 800/2008 tindika li dan għandu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>effett ta’ inċentiv minħabba l-fatt li r-rati mnaqqsa jikkontribwixxu għall-inqas b’mod indirett għal titjib fil-protezzjoni ambjentali billi jippermettu l-adozzjoni tat-tkomplija ta’ l-iskema globali ta’ taxxa kkonċernata, u b’hekk jinċentivaw l-impriżi li huma suġġetti għat-taxxa ambjentali biex ibaxxu il-livell tagħhom ta’ tniġġis<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>B’hekk dan jiġġustifika wkoll ir-referenza li ssir għall-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008 għall-osservanza tal-livelli minimi komunitarji previsti mid-Direttiva 2003/96.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk ċar mill-ekonomija tar-Regolament Nru 800/2008 li tnaqqis fit-taxxa fuq l-enerġija li tosserva l-livelli minimi ta’ taxxa ffissati mid-Direttiva 2003/96 probabbilment jaqa’ fil-kamp tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda: rekwiżit li l-miżura inkwistjoni ma tistax tingħata għal terminu ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ iktar minn għaxar snin [Artikolu 25(3) tar-Regolament Nru 800/2008] u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ referenza għal dan it-terminu fl-imsemmija miżura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ eventwali risposta għat-tielet domanda, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 25(3) tar-Regolament Nru 800/2008 jirrikjedix li l-miżura ta’ għajnuna nnifisha tinkludi referenza espressa għat-tul tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Jiena jidhirli li għandha tingħata risposta negattiva għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, it-tnaqqis fit-taxxa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>għandu jingħata għal perjodi massimi ta’ għaxar snin<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Il-premessa 47 ta’ dan ir-Regolament tindika li, wara dan il-perijodu, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw jekk it-tnaqqis tat-taxxa kkonċernat ikunx opportun, bla ħsara għall-possibbiltà għall-Istati membri li jerġgħu jadottaw dawn il-miżuri jew miżuri simili skont dan ir-Regolament wara li jkunu wettqu din ir-rivalutazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tar-rinviju nnotat li l-emenda inkwistjoni, jiġifieri l-Artikolu 4(7) tal-EAVG, ma tillimitax <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> id-dritt għar-rimbors tat-taxxi ambjentali u lanqas ma tinkludi referenza għall-perijodu msemmi fid-dikjarazzjoni ta’ eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Ċertament, il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-għoti tal-miżuri espressament previsti mir-Regolament Nru 800/2008, moqrija fid-dawl tal-premessa 47 tiegħu u tal-linji gwidi li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 82, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, għall-perijodu 2008-2014 għandha importanza kbira u natura vinkolanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa stabbilit sewwa li, bħala deroga għall-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-għajnuna mill-Istat, dikjarazzjoni ta’ kompatibbiltà, bħal dik li tirriżulta impliċitament minn eżenzjoni skont il-kategorija, għandha neċessarjament tkun limitata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nuova Agricast u Cofra vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑67/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:607">EU:C:2010:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ir-rekwiżit jippermetti, barra minn hekk, li l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-miżuri ta’ għajnuna tkun trasparenti, kemm għall-benefiċjarji potenzjali tal-iskema ta’ għajnuna kif ukoll għall-kompetituri tagħhom, u dan skont wieħed mill-għanijiet imsemmija mill-Kummissjoni fit-tfassil tar-regoli speċifiċi imposti fuq l-Istati Membri bis-saħħa ta’ regolamenti ta’ eżenzjoni skont il-kategorija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Madankollu, tali rekwiżit ma jobbligax lill-Istat Membru kkonċernat li jsemmi tali limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> fit-test stess tal-iskema nazzjonali ta’ tnaqqis jew ħelsien mit-taxxi ambjentali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li sempliċi referenza għar-Regolament Nru 800/2008 — li, kif indikajt preċedentement, hija vinkolanti — tillimita <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> l-għoti tal-għajnuna inkwistjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 994/1998 jipprovdi li l-għajnuna eżentata mill-obbligu ta’ notifika bis-saħħa ta’ regolament ta’ eżenzjoni skont il-kategorija, bħalma huwa r-Regolament Nru 800/2008, għandha tkun eżentata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>għall-perjodu ta’ validità ta’ dak ir-regolament u għall-perjodu ta’ aġġustament li hemm provdut għalih fil-paragrafi 2 u 3<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidhirli li din il-konklużjoni hija kompletament konformi mal-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Nuova Agricast u Cofra vs Il‑Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑67/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:607">EU:C:2010:607</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Mitluba tippronunzja ruħha dwar l-osservanza tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ċertezza legali fir-rigward ta’ skema ta’ għajnuna awtorizzata preċedentement b’deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, minħabba l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> li kienet tindika d-data tat-tmiem ta’ applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna inkwistjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>operatur ekonomiku prudenti u informat<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> seta’ jsib id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>anki jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-modalitajiet tal-imsemmija skema u [ċerti] atti [rilevanti għaliha] ma kinux jindikaw espressament data ta’ skadenza [tagħha]<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Għalhekk jiena tal-opinjoni li n-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-perijodu massimu ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 25(3) tar-Regolament Nru 800/2008 fit-test innifsu tal-iskema nazzjonali inkwistjoni ma għandux minnu nnifsu jeskludi dik l-iskema mill-benefiċċju tal-eżenzjoni skont il-kategorija previst mill-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Minbarra l-fatt li tali rekwiżit ma jirriżultax mill-kliem tal-Artikolu 25(3) tar-Regolament Nru 800/2008, jidhirli li dan ma jkunx prammatiku fir-rigward ta’ miżuri ta’ natura fiskali li jkunu emendati perjodikament u li, sa fejn naf jien, ma jkunux implementati għal perijodu daqstant twil. Xhieda ta’ din l-iskema msemmija fil-kawża prinċipali, li kienet emendata diversi drabi u li, skont l-informazzjoni li tinsab fis-sommarju mibgħut lill-Kummissjoni fis-<DATE ISO="20110207">7 ta’ Frar 2011</DATE>, kienet maħsuba għal perijodu mill-<DATE ISO="20110201">1 ta’ Frar 2011</DATE> sal-<DATE ISO="20111231">31 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (tribunal federali tal-finanzi) bil-mod li ġej:</TXT><P>Skema ta’ għajnuna li, bi ksur tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-<DATE ISO="20080806">6 ta’ Awwissu 2008</DATE> li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), ma tinkludix riferiment għal dan ir-Regolament billi tikkwota t-titolu tiegħu u indikazzjoni għar-referenza tal-pubblikazzjoni tagħha f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tkun tista’ tibbenefika minn eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika previst fl-Artikolu 108(3) TFUE [li kien Artikolu 88(3) tat-Trattat KE].</P><?PAGE NO="16"?><P>Skema ta’ għajnuna li tieħu l-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa fuq l-enerġija fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE> li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, li fil-kuntest tagħha l-benefiċjarju jħallas tal-inqas il-livell minimu komunitarju ta’ taxxa ffissat fl-imsemmija direttiva u li għandha l-perijodu ta’ validità tagħha limitat għal għaxar snin, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 800/2008.</P><P>Skema ta’ għajnuna li ma tosservax it-tul massimu ta’ għaxar snin ta’ għoti rikjest mill-Artikolu 25(3) tar-Regolament Nru 800/2008 ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mill-eżenzjoni prevista minn dak ir-regolament. Tali rekwiżit ma jimplikax neċessarjament li dan it-tul massimu jissemma fit-test innifsu tal-iskema inkwistjoni.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>