25.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10161 — The Goldman Sachs Group/Warburg Pincus/Good Host Spaces)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 65/09)

1.   

Fid-19 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

The Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Good Host Spaces Private Limited (“Good Host”, l-Indja).

Warburg Pincus, indirettament permezz ta’ Baskin Lake Investment Ltd, u Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Good Host, li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn Goldman Sachs u Housing Development Finance Corporation Limited.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Warburg Pincus: ditta ta’ ekwità privata globali li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York. Il-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u kummerċjali u t-teknoloġija,

—

Goldman Sachs: ditta globali ta’ investiment bankarju, garanziji u ġestjoni ta’ investimenti li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji, ta’ garanziji u ta’ investiment madwar id-dinja għal bażi ta’ klijenti sostanzjali u diversifikata li tinkludi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi b’valur nett għoli,

—

Good Host: kumpanija ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti li tipprovdi akkomodazzjoni ta’ kwalità għolja lil studenti fi bliet fl-Indja, inkluż fl-Università Manipal f’Jaipur. L-uffiċċju korporattiv tagħha jinsab f’Mumbai.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10161 — The Goldman Sachs Group/Waburg Pincus/Good Host Spaces

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.