<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑92/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0092</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:761">EU:C:2016:761</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20161012">12.10.2016</DATE> – KAWŻA C‑92/15</P><P>MATHYS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20161012">12 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/75/KE</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ noleġġ u ta’ formazzjoni tal-prezzijiet fil-qasam tat-trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(b)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti u ta’ nnegozjar ta’ prezzijiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑92/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Antwerpen, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141215">15 ta’ Diċembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150225">25 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sven Mathys</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">De Grave Antverpia NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, J. Malenovský u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal De Grave Antverpia NV, minn T. Kegels, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Nicolae u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(b) u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/75/KE, tad-<DATE ISO="19961119">19 ta’ Novembru 1996</DATE>, dwar is-sistemi ta’ kiri [noleġġ] u prezzar fit-trasport nazzjonali u internazzjonali bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 508).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Sven Mathys u De Grave Antverpia NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>DGA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-validità u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li permezz tiegħu DGA afdat lil S. Mathys bit-trasport, permezz ta’ bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, ta’ ramel bejn żewġ punti partikolari fit-territorju Belġjan, bejn l-l ta’ Marzu 2005 u l-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel, it-tielet u l-ħames premessi tad-Direttiva 96/75 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi l-problemi dejjem jiżdiedu tas-saturazzjoni fit-toroq u fuq il-linji tal-ferrovija, tas-sigurtà tat-trasport, ta’ l-ambjent, ta’ l-iffrankar ta’ enerġija u ta’ kwalità ta’ ħajja taċ-ċittadin jitolbu, fl-interess pubbliku, għal iktar żvilupp u użu aħjar tal-potenzjal tat-trasport offrut minn passaġġi fuq l-ilma interni, b’mod partikolari billi titjieb il-kompetittività tagħhom;</P></CONSID><P>[...]</P><CONSID><P>Billi l-funzjonament bla diffikultà tas-suq intern jitlob aġġustament fit-trasport permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni lejn l-organizzazzjoni ta’ kiri [noleġġ] b’rotazzjoni, biex wieħed jersaq lejn flessibiltà kummerċjali akbar u sistema ta’ ħelsien ta’ kiri u prezz;</P></CONSID><P>[...]</P><CONSID><P>Billi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, huwa kemm meħtieġ u kif ukoll adegwat li tkun stabbilita skeda uniformi ta’ żmien fil-livell tal-Komunità għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-suq, filwaqt li titħalla lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jimplimentaw din il-liberalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Konformement mad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 96/75, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>sistema ta’ kiri [noleġġ] b’rotazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tikkonsisti essenzjalment fil-ħolqien ta’ sistema ta’ skambju fejn it-talbiet għal trasport jinqasmu bejn l-operaturi ta’ bastimenti skont min ikun imissu u bi prezzijiet iffissati minn qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(b) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tfisser sid jew operatur ta’ bastiment wieħed jew iktar għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Fl-oqsma tat-trasport nazzjonali u internazzjonali permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità, għandhom ikunu konklużi kontratti b’mod liberu bejn il-partijiet ikkonċernati u prezzijiet għandhom ikunu nnegozjati b’mod liberu.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikoli 3 sa 6 tad-Direttiva 96/75 jirregolaw sistema tranżitorja, li ntemmet fl‑1 zta’ Jannar 2000. Minbarra fid-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sistema ta’ kiri [noleġġ] b’rotazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> li tinsab fl-Artikolu 1(a) ta’ din id-direttiva, huwa esklużivament fid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw din is-sistema tranżitorja li tintuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, speċifikament fit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 u fl-ewwel u fit-tieni inċiżi tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikoli 7 u 8 tal-istess direttiva jistabbilixxu u jirregolaw mekkaniżmu li permezz tiegħu, fil-każ ta’ tfixkil serju tas-suq tat-trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tieħu l-miżuri adegwati, b’mod partikolari miżuri maħsuba sabiex tiġi evitata kwalunkwe żieda fil-kapaċità ta’ trasport disponibbli fuq dan is-suq, u dan b’mod indipendenti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, tas-<DATE ISO="19890427">27 ta’ April 1989</DATE>, dwar it-titjib strutturali fin-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="116" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="1989">ĠU 1989, L 116, p. 25</REF.DOC.OJ>), li kien fis-seħħ dak iż-żmien u li kien intiż sabiex il-kapaċitajiet strutturali eċċessivi kkonstatati f’ċerti partijiet ta’ dan is-suq jiġu miġġielda bil-qerda ta’ bastimenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikoli 9 sa 11 tad-Direttiva 96/75 jispeċifikaw, rispettivament, il-modalitajiet ta’ traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha, id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u l-fatt li l-Istati Membri huma d-destinatarji tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola t-tilwima fil-kawża prinċipali hija essenzjalment ikkostitwita, minn naħa, mill-wet op de binnenbevrachting (liġi dwar in-noleġġ fuq ix-xmajjar), tal-<DATE ISO="19360505">5 ta’ Mejju 1936</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT> tal-<DATE ISO="19360610">10 ta’ Ġunju 1936</DATE>, p. 4190), u, min-naħa l-oħra, mill-wet betreffende het statuut van de tussenpersonen op het gebied van het goederenvervoer (liġi dwar l-istatus tal-persuni anċillari fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija), tas-<DATE ISO="19670626">26 ta’ Ġunju 1967</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Belgisch Staatsblad</HT> tas-<DATE ISO="19670927">27 ta’ Settembru 1967</DATE>, p. 10121).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-liġi tal-<DATE ISO="19360505">5 ta’ Mejju 1936</DATE> dwar in-noleġġ fuq ix-xmajjar tipprovdi, fl-Artikolu 1 tagħha, li kull kuntratt li jikkonċerna l-użu ta’ bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni għall-finijiet tat-trasport jew tal-ħażna ta’ merkanzija għandu jkun irregolat, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor, mid-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija liġi, għall-finijiet tal-applikazzjoni tagħha, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>noleġġatur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għandha tfisser dak li jagħmilha ta’ intermedjarju għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ noleġġ (iktar ’il quddiem ukoll l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>aġent tan-noleġġ<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>spedizzjonier<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> għandha tfisser dak li jgħabbi l-bastiment fil-port ta’ imbarkament u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>operatur ta’ bastiment<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> għandha tfisser is-sid tal-bastiment jew il-persuna responsabbli mqabbda mis-sid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mil-liġi tal-<DATE ISO="19360505">5 ta’ Mejju 1936</DATE> dwar in-noleġġ fuq ix-xmajjar jirriżulta li l-kummissjoni tal-aġent tan-noleġġ hija dovuta mill-operatur tal-bastiment hekk kif, malli jitlesta l-imbarkament, il-polza tal-kargu tiġi ppreżentata għall-firma tiegħu, irrispettivament min-nol li effettivament ikun ser jirċievi meta jitlesta t-trasport. Skont din l-istess liġi, din il-kummissjoni ma tistax taqbeż l-10 % tan-nol, għaliex altrimenti jintilef id-dritt għal kummissjoni tal-aġent tan-noleġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li l-liġi tas-<DATE ISO="19670626">26 ta’ Ġunju 1967</DATE> dwar l-istatus tal-persuni anċillari fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija ġiet invokata fil-kuntest tal-proċedura fil-kawża prinċipali. Konformement mal-Artikolu 1(1) u (2) ta’ din il-liġi, minn naħa, hija meqjusa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kummissjonant tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> kull persuna li, bi ħlas, tintrabat li twettaq trasport ta’ merkanzija u tqabbad f’isimha stess lil terzi sabiex iwettqu dan it-trasport u, min-naħa l-oħra, hija meqjusa bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>aġent tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> kull persuna li, bi ħlas, tressaq żewġ persuni jew iktar bil-għan li jikkonkludu bejniethom kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija u li eventwalment ma tintervjenix fil-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt ħlief bħala rappreżentant tal-mandanti tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20041201">1 ta’ Diċembru 2004</DATE>, DGA, ikklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, ikkonkludiet kuntratt ta’ trasport ma’ SCR Sibelco NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Sibelco<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), bħala klijent, li permezz tiegħu DGA ntrabtet li tittrasporta, permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, ramel bejn żewġ punti partikolari fit-territorju Belġjan għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20041201">1 ta’ Diċembru 2004</DATE> u l-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>. In-nol, jiġifieri l-prezz tat-trasport, miftiehem ma ġiex żvelat quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li DGA ma kellhiex fil-pussess tagħha bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-bidu tas-sena 2005, DGA nnegozjat ma’ S. Mathys, sid ta’ bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, in-nol li kellu jitħallas lil dan tal-aħħar għat-twettiq tat-trasport meħtieġ sabiex jiġi eżegwit l-imsemmi kuntratt, liema nol kien jiddependi minn jekk S. Mathys jaċċettax jew le li jintrabat ma’ DGA permezz ta’ kuntratt qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20050301">1 ta’ Marzu 2005</DATE>, wara perijodu ta’ prova, DGA kkonkludiet, bħala klijent, tali kuntratt qafas ma’ S. Mathys, bħala trasportatur, fir-rigward tat-twettiq minn dan tal-aħħar tat-trasport li, fil-verità, kien jikkorrispondi għall-impenji li DGA kienet daħlet għalihom fil-konfront ta’ Sibelco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntratt qafas in-nol kien iffissat għal EUR 3.37 għal kull tunnellata ta’ ramel ittrasportat, kollox inkluż, bla ħsara għal klawżola ta’ aġġustament skont l-evoluzzjoni fil-prezz tal-karburant, filwaqt li kummissjoni ta’ 4 % kienet dovuta lil DGA. F’dan il-kuntratt qafas kien speċifikat ukoll li dan il-kuntratt qafas kien qiegħed jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ merkanzija ddikjarati mill-ispedizzjonier, jiġifieri minn Sibelco, u li S. Mathys kien qiegħed jimpenja ruħu li juża l-bastiment tiegħu esklużivament għall-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li waqqaf unilateralment l-eżekuzzjoni tal-kuntratt qafas imsemmi iktar ’il fuq, S. Mathys fetaħ kawża kontra DGA sabiex tħallsu diversi somom, fosthom somma, li ma hijiex stmata fl-assenza ta’ għarfien tal-informazzjoni neċessarja kollha, jiġifieri, essenzjalment, l-ammont tan-nol miftiehem bejn DGA u Sibelco, li jikkorrispondi għad-differenza bejn in-nol imħallas minn Sibelco lil DGA u n-nol imħallas minn DGA lil S. Mathys, fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ ramel ittrasportati minn dan tal-aħħar, minbarra l-kummissjonijiet eventwalment imħallsa indebitament minnu lil DGA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kumpens marbut mad-differenza fin-nol<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Min-naħa tagħha, DGA ressqet talba inċidentali sabiex S. Mathys jiġi kkundannat iħallas kumpens għal terminazzjoni illegali ta’ dan il-kuntratt qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Is-sentenza mogħtija fl-ewwel istanza laqgħat parzjalment it-talba ta’ S. Mathys iżda ma tagħtux kumpens marbut mad-differenza fin-nol, u ddikjarat li hija fondata, bħala prinċipju, it-talba inċidentali ta’ DGA, filwaqt li ordnat li titwettaq perizja sabiex jiġi stmat id-dannu mġarrab minn din tal-aħħar minħabba t-terminazzjoni tal-imsemmi kuntratt qafas minn S. Mathys.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell li huwa ppreżenta kontra din is-sentenza, S. Mathys tenna t-talba tiegħu għal kumpens marbut mad-differenza fin-nol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa sostna, b’mod partikolari, li l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 96/75 jimplika li huwa biss is-sid jew l-operatur ta’ bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni li jista’ jikkonkludi kuntratt ta’ trasport fil-kwalità ta’ trasportatur. Għaldaqstant, persuna oħra li ma tkunx tali sid jew tali operatur ma tistax tikkonkludi tali kuntratt f’din il-kwalità u liġi nazzjonali, f’dan il-każ il-liġi tas-<DATE ISO="19670626">26 ta’ Ġunju 1967</DATE> dwar l-istatus tal-persuni anċillari fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija, ma tistax tawtorizza lil persuna li ma tkunx tali sid jew tali operatur sabiex tikkonkludi kuntratt ta’ trasport fil-kwalità ta’ trasportatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Huwa sostna wkoll li l-prassi fejn persuna li ma tkunx is-sid jew l-operatur ta’ bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni tikkonkludi kuntratt ta’ trasport ma’ spedizzjonier sabiex imbagħad tqabbad lis-sid jew lill-operatur ta’ bastiment għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni sabiex iwettaq il-prestazzjonijiet meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, u dan f’kundizzjonijiet differenti u għal nol inqas minn dak stipulat fl-imsemmi kuntratt, li barra minn hekk ma jkunux magħrufa minn dan is-sid jew minn dan l-operatur, tmur kontra l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/75.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont S. Mathys, minn dan jirriżulta li DGA ma għandhiex titqies li hija trasportatur iżda li hija aġent tan-noleġġ, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>noleġġatur<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fis-sens tal-Artikolu 3 tal-liġi tal-<DATE ISO="19360505">5 ta’ Mejju 1936</DATE> dwar in-noleġġ fuq ix-xmajjar, b’tali mod li kuntratt ta’ trasport kellu jitqies li ġie konkluż direttament bejnu u bejn Sibelco. DGA kienet illegalment ippretendiet li taġixxi fil-konfront ta’ Sibelco fil-kwalità ta’ trasportatur għas-sempliċi għan li tevita d-dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku li jillimitaw il-kummissjoni li tista’ tinkiseb minn aġent tan-noleġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti mressqa minn S. Mathys, il-qorti tar-rinviju tqis li s-soluzzjoni għat-tilwima li għandha quddiemha tista’ eventwalment tiddependi mill-kompatibbiltà tal-Artikolu 3 tal-liġi tal-<DATE ISO="19360505">5 ta’ Mejju 1936</DATE> dwar in-noleġġ fuq ix-xmajjar mad-Direttiva 96/75.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Antwerpen, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>L-Artikolu 3 tal-Liġi Belġjana tal-<DATE ISO="19360505">5 ta’ Mejju 1936</DATE> dwar [in-noleġġ fuq ix-xmajjar] huwa konformi mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 96/75/KE sa fejn dak li la huwa sid u lanqas operatur ta’ bastiment għall-passaġġi fuq l-ilma interni jikkonkludi bħala trasportatur kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni u ma jintervjenix bħala intermedjarju <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>nolleġġatur<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Liġi dwar [in-noleġġ fuq ix-xmajjar]?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk, fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 96/75, sa fejn jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala sid jew operatur ta’ bastiment wieħed jew iktar għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, u l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, sa fejn jipprovdi li, f’dan il-qasam, il-kuntratti għandhom jiġu konklużi b’mod liberu bejn il-partijiet ikkonċernati, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, li tippermetti li persuna li ma taqax taħt din id-definizzjoni tikkonkludi kuntratt ta’ trasport fil-kwalità ta’ trasportatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-ewwel, mit-tielet u mill-ħames premessi kif ukoll mill-Artikolu 1(a) u mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/75 jirriżulta li din tal-aħħar għandha l-għan prinċipali li ġġib fi tmiemha sistema speċifika ta’ skambju ta’ noleġġ li, billi timponi li l-operaturi tal-bastimenti jaħdmu skont min ikun imissu fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ trasport stabbiliti minn qabel, kienet tillimita d-dritt tagħhom li jikkonkludu kuntratt mal-klijenti. Din is-sistema kienet meqjusa bħala limitazzjoni għall-iżvilupp u għall-kompetizzjoni tat-trasport tal-merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni fl-Unjoni Ewropea, u l-imsemmija direttiva hija intiża li tilliberalizza s-suq intern f’dan il-qasam billi timponi, b’effett mill-<DATE ISO="20000101">1 ta’ Jannar 2000</DATE>, minn naħa, sistema ta’ libertà ta’ noleġġ li twarrab is-sistema ta’ noleġġ skont min ikun imissu u, min-naħa l-oħra, sistema ta’ libertà ta’ ffissar tal-prezzijiet tat-trasport li telimina kull sistema ta’ ffissar minn qabel ta’ prezzijiet tat-trasport vinkolanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li l-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/75 jistabbilixxi r-regola ta’ prinċipju ta’ din id-direttiva fis-sens li, fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>għandhom ikunu konklużi kontratti b’mod liberu bejn il-partijiet ikkonċernati u prezzijiet għandhom ikunu nnegozjati b’mod liberu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma tillimita ċ-ċirku ta’ persuni li jistgħu jikkonkludu tali kuntratti għal dawk il-persuni biss li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> prevista fl-Artikolu 1(b) tal-imsemmija direttiva. Billi juża l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>partijiet ikkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> mingħajr ma jiddefinixxihom b’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 2 ma jeskludix li persuna li ma jkollhiex il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 1(b), tista’ tikkonkludi kuntratt ta’ trasport f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 96/75, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>sid jew operatur ta’ wieħed jew iktar bastimenti għall-passaġġi fuq l-ilma interni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, għandu jingħad li l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bl-ebda mod ma tindika li wieħed għandu jkollu l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, sabiex ikun jista’ jikkonkludi kuntratt ta’ trasport fil-qasam tat-trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 96/75 tuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> biss fl-Artikoli 3 u 6 tagħha, li jikkonċernaw il-perijodu tranżitorju li jidderoga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva u li ntemm fl-<DATE ISO="20000101">1 ta’ Jannar 2000</DATE>. Għaldaqstant, id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 1(b) tal-imsemmija direttiva tilfet il-portata legali tagħha b’effett minn dik id-data u ma jista’ jkollha l-ebda valur legali rilevanti f’kuntest bħal dak fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-Direttiva 96/75 hija limitata speċifikament sabiex tipprojbixxi ż-żewġ elementi karatteristiċi tal-funzjonament tas-sistema tal-iskambju ta’ noleġġ skont min imissu, jiġifieri s-sistema ta’ tqassim skont l-ordni li fih il-bastimenti jkunu disponibbli u s-sistema tal-prezzijiet iffissati minn qabel. Għaldaqstant, hija ma hijiex intiża li tirregola b’mod ġenerali l-kuntratti ta’ trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, filwaqt li jiġi kkonstatat li d-Direttiva 96/75 bl-ebda mod ma ssemmi l-intervent ta’ parti fil-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>aġent tan-noleġġ<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>noleġġatur<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> f’kuntratti fil-qasam tat-trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, din id-direttiva bl-ebda mod ma tirregola l-intervent tal-aġenti tan-noleġġ jew dak ta’ persuni oħra li, mingħajr ma jkollhom huma stess il-mezzi tagħhom sabiex jeżerċitaw attività ta’ trasport fuq il-passaġġi ta’ ilma interni, xorta waħda jintrabtu personalment sabiex jeżegwixxu tali trasport billi jipprevedu li jużaw is-servizzi ta’ operatur ta’ bastiment. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni, fid-dritt nazzjonali, ta’ waħda mill-partijiet f’tali kuntratti bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>aġent tan-noleġġ<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>noleġġatur<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> hija irrilevanti għall-interpretazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>B’hekk, mill-premessi u mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 96/75 jirriżulta li din tal-aħħar ma tirregolax u, għaldaqstant, hija kompletament newtrali fir-rigward tal-elementi kollha mqajma permezz tad-domanda preliminari, jiġifieri jekk wieħed għandux ikollu bastiment sabiex ikun jista’ jikkonkludi legalment kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni fil-kwalità ta’ trasportatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li, fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 96/75, sa fejn jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> bħala sid jew operatur ta’ bastiment wieħed jew iktar għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, u l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, sa fejn jipprovdi li, f’dan il-qasam, il-kuntratti għandhom jiġu konklużi b’mod liberu bejn il-partijiet ikkonċernati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, li tippermetti li persuna li ma taqax taħt din id-definizzjoni tikkonkludi kuntratt ta’ trasport fil-kwalità ta’ trasportatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ trasport ta’ merkanzija permezz tal-passaġġi tal-ilma interni, l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/75/KE, tad-<DATE ISO="19961119">19 ta’ Novembru 1996</DATE>, dwar is-sistemi ta’ kiri [noleġġ] u prezzar fit-trasport nazzjonali u internazzjonali bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità, sa fejn jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> bħala sid jew operatur ta’ bastiment wieħed jew iktar għan-navigazzjoni fuq il-passaġġi tal-ilma interni, u l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, sa fejn jipprovdi li, f’dan il-qasam, il-kuntratti għandhom jiġu konklużi b’mod liberu bejn il-partijiet ikkonċernati, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, li tippermetti li persuna li ma taqax taħt din id-definizzjoni tikkonkludi kuntratt ta’ trasport fil-kwalità ta’ trasportatur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>