|
29.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 818/2014
tal-24 ta' Lulju 2014
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tar-redfish fiż-żona NAFO 3M minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2014. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fiha eżawrew il-kwota ta' nofs il-perjodu allokata lilhom għall-2014. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2014 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fihom, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).
ANNESSI
|
Nru |
18/TQ43 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (Kull Stat Membru) |
|
Stokk |
RED/N3M |
|
Speċi |
Redfish (Sebastes spp) |
|
Żona |
NAFO 3M |
|
Data tal-għeluq |
10.7.2014 |