19.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9665 — Generali Real Estate/Apleona Real Estate/Property Management JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 56/06)

1.   

Fil-11 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Generali Real Estate S.p.A. (“Generali RE”, l-Italja), ikkontrollata mill-Assicurazioni Generali S.p.A (l-Italja);

—

Apleona Real Estate GmbH (“Apleona RE”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-Apleana Group (il-Ġermanja) u li hija indirettament ikkontrollata mill-EQT AB (l-Isvezja).

Generali RE u Apleona RE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ joint venture mwaqqfa ġdida dwar il-ġestjoni tal-proprjetà (“il-JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Generali RE: ġestjoni ta’ assi tal-proprjetà immobbli, li taħdem b’mudell kummerċjali integrat u li tipprovdi dak kollu li tinvolvi l-ġestjoni tal-assi inklużi servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà.

—

Apleona RE: toffri servizzi ta’ ġestjoni għal proprjetà immobbli ta’ kull tip ta’ użu. Apleona RE hija parti mill-Apleona Group, grupp Ewropew ta’ kumpaniji attiv fil-ġestjoni ta’ faċilità integrata, l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-ġestjoni tal-proprjetà immobbli bis-servizzi kummerċjali kollha, il-kummerċjalizzazzjoni tal-proprjetà immobbli u l-kiri. Apleona Group, min-naħa tiegħu, huwa proprjetà ta’ EQT VII (il-Lussemburgu), fond tal-investiment li huwa parti mill-grupp EQT, grupp ta’ fondi privati tal-investiment li finalment huwa kkontrollat minn EQT AB (l-Isvezja).

—

il-JV: il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà immobbli fl-Awstrija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9665 — Generali Real Estate/Apleona Real Estate/Property Management JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.