02013R0075 — MT — 01.10.2017 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2013 tal-25 ta’ Jannar 2013 (ĠU L 026 26.1.2013, p. 19) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1278/2014 tal-1 ta' Diċembru 2014 |
L 346 |
26 |
2.12.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1409 tal-1 ta' Awwissu 2017 |
L 201 |
21 |
2.8.2017 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2013
tal-25 ta’ Jannar 2013
li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ prezzijiet rappreżentattivi u dazji addizzjonali tal-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 li jistabbilixxi l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2012/2013
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, id-dazji addizzjonali tal-importazzjoni ma għandhomx japplikaw għall-prodotti msemmija f’dak l-Artikolu sat- ►M2 30 ta' Settembru 2022 ◄ .
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 892/2012 huwa mħassar. Madankollu, għandu jibqa’ japplika għal dazji addizzjonali imposti qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.