<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-341/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0341</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:634">EU:T:2021:634</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20210929">29.9.2021</DATE> – Kawża T‑341/18 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Nec vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P><DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Suq tal-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tal-prezzijiet fiż-ŻEE kollha</KEYWORD><KEYWORD>Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006</KEYWORD><KEYWORD>Gravità tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni sħiħa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑341/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nec Corp</HT>., stabbilita f’Tokjo (il-Ġappun), irrappreżentata minn O. Brouwer, A. Pliego Selie, avukati, u R. Bachour, solicitor,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Cleenewerck de Crayencour, L. Wildpanner u F. van Schaik, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1768 final tal-<DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE> li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 – Kapasiters), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonstata li r-rikorrenti pparteċipat personalment fil-ksur u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuqha,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża),</P><P>komposta minn M. J. Costeira (Relatriċi), Presidenta, D. Gratsias, M. Kancheva, B. Berke u T. Perišin, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Artemiou, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20201012">12 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-rikorrenti u s-settur ikkonċernat</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Nec Corp., hija kumpannija stabbilita fil-Ġappun, li timmanifattura u tbigħ kapaċitaturi elettrolitiċi tat-tantalju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Mill-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> sal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, ir-rikorrenti kellha 100 % tal-kapital ta’ Nec Tokin Corporation, li saret Tokin Corp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-ksur inkwistjoni jikkonċerna l-kapaċitaturi elettrolitiċi magħmula mill-aluminju u mit-tantalju. Il-kapaċitaturi huma komponenti elettriċi li jaħżnu l-enerġija b’mod elettrostatiku f’kamp elettriku. Il-kapaċitaturi elettrolitiċi huma użati fi kważi l-prodotti elettroniċi kollha, bħalma huma kompjuters personali, tablets, telefons, airconditioners, friġġijiet, washing machines, prodotti awtomobilistiċi u tagħmir industrijali. Għalhekk, il-klijentela hija ddiversifikata ħafna. Il-kapaċitaturi elettrolitiċi, u b’mod iktar preċiż il-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju, huma prodotti li l-prezz tagħhom jikkostitwixxi parametru kompetittiv importanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura amministrattiva</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131004">4 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Panasonic u s-sussidjarji tagħha ressqu, quddiem il-Kummissjoni Ewropea, talba għall-għoti ta’ marker skont il-paragrafi 14 u 15 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), filwaqt li pprovdew informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur preżunt fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-Kummissjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), talbet informazzjoni lil diversi impriżi li joperaw fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi, b’mod partikolari r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140521">21 ta’ Mejju 2014</DATE>, ir-rikorrenti, flimkien ma’ Toking, ressqet quddiem il-Kummissjoni talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li hija bagħtet b’mod partikolari lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fosthom ir-rikorrenti, instemgħu mill-Kummissjoni waqt is-seduta li seħħet mit-12 sal-<DATE ISO="20160914">14 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2018) 1768 final li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.40136 – Kapasiters) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ksur</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) fis-settur tal-kapaċitaturi elettrolitiċi, li fih ipparteċipaw disa’ impriżi jew gruppi ta’ impriżi, jiġifieri Elna, Hitachi AIC, Holy Stone, Matsuo, Nichicon, Nippon Chemi-Con, Rubycon, Sanyo (li tirreferi għal Sanyo u Panasonic flimkien), Tokin u r-rikorrenti, flimkien imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>NEC Tokin<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>parteċipanti fl-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) (premessa 1 u Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rrilevat, essenzjalment, li l-ksur inkwistjoni seħħ bejn is-<DATE ISO="19980626">26 ta’ Ġunju 1998</DATE> u t-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, fit-territorju kollu taż-ŻEE, u kien ikkonsista fi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma li kellhom bħala għan il-koordinazzjoni tal-politiki tal-prezzijiet fir-rigward tal-provvista ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju (premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-akkordju kien essenzjalment organizzat permezz ta’ laqgħat multilaterali, li ġeneralment kienu jinżammu fil-Ġappun, kull xahar jew kull xahrejn, fil-livell maniġerjali għoli responsabbli għall-bejgħ, u kull sitt xhur fil-livell tad-diretturi, inklużi l-presidenti (premessi 63, 68 u 738 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-laqgħat multilaterali ġew, l-ewwel, organizzati, bejn l-1998 u l-2003, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ċirku tal-kapaċitaturi elettrolitiċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>konferenza tal-kapaċitaturi elettrolitiċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>laqgħat ECC<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Sussegwentement, dawn ġew organizzati, bejn l-2003 u l-2005, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>konferenza aluminju-tantalju<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>grupp tal-kapaċitaturi tal-aluminju jew tat-tantalju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>laqgħat ATC<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Fl-aħħar nett, huma ġew organizzati, bejn l-2005 u l-2012, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>grupp ta’ studju tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>grupp ta’ marketing<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>laqgħat MK<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. B’mod parallel mal-laqgħat MK, u flimkien ma’ dawn il-laqgħat, ġew organizzati laqgħat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>żieda fl-ispejjeż<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>żieda tal-kapaċitaturi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>laqgħat CUP<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), bejn l-2006 u l-2008 (premessa 69 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minbarra dawn il-laqgħat multilaterali, il-parteċipanti fl-akkordju kellhom ukoll, skont il-bżonn, kuntatti bilaterali u trilaterali <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> (premessi 63, 75 u 739 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-iskambji antikompetittivi, il-parteċipanti fl-akkordju, essenzjalment, kienu jiskambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-prezzijiet futuri pprattikati, dwar it-tnaqqis futur fil-prezz u l-firxa ta’ dan it-tnaqqis, fuq l-offerta u d-domanda, inkluż fuq l-offerta u d-domanda futuri, u, f’ċerti każijiet, kienu jikkonkludu, japplikaw u jimmonitorjaw il-ftehimiet dwar il-prezzijiet (premessi 62, 715, 732 u 741 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li l-aġir tal-parteċipanti fl-akkordju kien jikkostitwixxi forma ta’ ftehim u/jew ta’ prattika miftiehma, li kellu għan komuni, jiġifieri li tiġi evitata l-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet u jiġi kkoordinat l-aġir futur tagħhom fir-rigward tal-bejgħ ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi, u b’hekk li titnaqqas l-inċertezza fis-suq (premessi 726 u 731 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonkludiet li dan l-aġir kellu għan antikompetittiv uniku (premessa 743 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-responsabbiltà ta’ Tokin u tar-rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonstatat ir-responsabbiltà ta’ Tokin minħabba l-parteċipazzjoni diretta tagħha fl-akkordju mid-<DATE ISO="20030129">29 ta’ Jannar 2003</DATE> sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, ħlief f’dak li jikkonċerna l-laqgħat CUP (premessi 944 u 1022 u l-Artikolu 1(e) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti fil-kwalità tagħha ta’ kumpannija omm, li kellha l-kapital kollu ta’ Tokin, għall-perijodu mill-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, ħlief f’dak li jikkonċerna l-laqgħat CUP (premessi 945 u 1022 u l-Artikolu 1(e) tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-multi imposti fuq ir-rikorrenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(f) u (h) tad-deċiżjoni kkontestata jimponi, minn naħa, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5036000</FT> fuq Tokin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> mar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2595000</FT> fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kalkolu tal-ammont tal-multi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kkalkolat l-ammont tal-multi, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija esposta fil-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Linji gwida tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) (premessa 980 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sabiex tiddetermina l-ammont bażiku tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ matul l-aħħar sena sħiħa ta’ parteċipazzjoni fil-ksur, skont il-paragrafu 13 tal-Linji gwida tal-2006 (premessa 989 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkalkolat il-valur tal-bejgħ abbażi tal-bejgħ ta’ kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u tat-tantalju ffatturati lil klijenti stabbiliti fiż-ŻEE (premessa 990 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkalkolat il-valur rilevanti tal-bejgħ b’mod separat għaż-żewġ kategoriji ta’ prodotti, jiġifieri l-kapaċitaturi elettrolitiċi tal-aluminju u l-kapaċitaturi elettrolitiċi tat-tantalju, u applikat fil-konfront tagħhom koeffiċjenti multiplikaturi differenti skont it-tul ta’ żmien (premessa 991 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikorrenti, il-Kummissjoni użat koeffiċjent multiplikatur għat-tul ta’ żmien ta’ 2.72, li jikkorrispondi għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> u t-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE> (it-tabella 1 fil-premessa 1007 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ffissat il-proporzjon tal-valur tal-bejgħ li għandu jintuża skont il-gravità tal-ksur għal 16 %. F’dan ir-rigward, hija qieset li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>arranġamenti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> orizzontali ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet kienu, min-natura tagħhom stess, fost l-iktar ksur gravi tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u li l-akkordju kien ikopri t-territorju kollu taż-ŻEE (premessi 1001 sa 1003 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni applikat ammont addizzjonali ta’ 16 %, abbażi tal-paragrafu 25 tal-Linji gwida tal-2006, sabiex tiżgura ruħha min-natura suffiċjentement dissważiva tal-multa imposta (premessa 1009 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ffissat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">6108000</FT> l-ammont bażiku tal-multa li kellha tiġi imposta fuq Tokin flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti (it-tabella 2 fil-premessa 1010 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-aġġustamenti tal-ammont bażiku tal-multi, minn naħa, il-Kummissjoni tat lil Tokin u lir-rikorrenti, abbażi ta’ ċirkustanzi attenwanti, tnaqqis ta’ 3 % tal-ammont bażiku tal-multa, minħabba li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat CUP ma kinitx stabbilita u li xejn ma kien jagħti prova li huma kienu jafu bihom (premessa 1022 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni qieset li, fil-mument meta kien twettaq il-ksur inkwistjoni, ir-rikorrenti kienet diġà nżammet responsabbli għal aġir antikompetittiv li jirrigwarda l-koordinazzjoni tal-prezzijiet fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>fornituri l-kbar (OEM) speċjalizzati fil-PC/servers<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> matul il-perijodu mill-<DATE ISO="19980701">1 ta’ Lulju 1998</DATE> sal-<DATE ISO="20020615">15 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Dan l-ewwel ksur kien ġie kkonstatat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 180/09 finali tad-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE> fir-rigward ta’ proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38.511 – DRAMs) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>deċiżjoni DRAMs<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li, għar-rikorrenti, l-ammont bażiku tal-multa kellu jiżdied b’50 % minħabba ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva (premessi 1011 sa 1013 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għall-kooperazzjoni tagħhom skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, il-Kummissjoni tat lil Tokin u lir-rikorrenti tnaqqis ta’ 15 % tal-ammont ta’ kwalunkwe multa li, fin-nuqqas tagħha, kienet tiġi imposta fuqhom għall-ksur (premessi 1104 sa 1105 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ffissat għal EUR <FT TYPE="NUMBER">16445000</FT> l-ammont totali tal-multi imposti fuq Tokin u fuq ir-rikorrenti (it-tabella 3 fil-premessa 1139 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ att iddepożitat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180926">26 ta’ Settembru 2018</DATE>, ir-risposta tal-Kummissjoni ġiet iddepożitata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-replika u l-kontroreplika ġew iddepożitati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20181122">22 ta’ Novembru 2018</DATE> u fid-<DATE ISO="20190129">29 ta’ Jannar 2019</DATE> rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fuq proposta tat-Tieni Awla tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tibgħat il-kawża lura quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Imħallef Relatriċi ġiet assenjata lid-Disa’ Awla Estiża, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatriċi, il-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla Estiża) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Il-partijiet wieġbu dawn il-mistoqsijiet fit-termini stabbiliti u t-trattazzjonijiet tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20201012">12 ta’ Ottubru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Wara l-mewt tal-Imħallef Berke fl-<DATE ISO="20210801">1 ta’ Awwissu 2021</DATE>, it-tliet imħallfin li ffirmaw din is-sentenza komplew bid-deliberazzjonijiet, skont l-Artikoli 22 u 24(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla l-Artikolu 1(e) tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu dan jikkonstata li hija personalment ipparteċipat fil-ksur imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2(h) tad-deċiżjoni kkontestata, inkwantu jimponi, fuqha biss, multa li tikkorrispondi għaż-żieda minħabba reċidiva;</P></ITEM><ITEM><P>iktar sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multi imposti fuqha permezz tal-Artikolu 2(f) u (h) tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi insostenn kemm tat-talbiet prinċipali tagħha, intiżi għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll tat-talbiet sussidjarji tagħha, intiżi għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi li ġew imposti fuqha. Dawn il-motivi huma bbażati fuq diversi żbalji u ksur imwettqa mill-Kummissjoni li jirrigwardaw, rispettivament, f’dak li jikkonċerna l-ewwel motiv, iż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba<?PAGE NO="7"?> reċidiva, f’dak li jirrigwarda t-tieni motiv, il-kwalifikazzjoni tar-responsabbiltà tar-rikorrenti fil-ksur, u, f’dak li jikkonċerna t-tielet motiv, il-kalkolu tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, dwar iż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, inkwantu jimponi fuqha żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva, l-Artikolu 2(h) tad-deċiżjoni kkontestata huwa vvizzjat minn żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni u minn nuqqas ta’ motivazzjoni, u jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ reċidiva, hekk kif mifhum f’ċertu numru ta’ ordinamenti ġuridiċi nazzjonali, jimplika li persuna tkun wettqet ksur ġdid wara li tkun ġiet issanzjonata għal ksur simili (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141212">12 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Eni vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑558/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1080">EU:T:2014:1080</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0275">275</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jiżdied meta l-Kummissjoni tikkonstata l-eżistenza ta’ ċirkustanzi aggravanti. Waħda miċ-ċirkustanzi aggravanti hija r-reċidiva, iddefinita mill-ewwel inċiż tal-paragrafu 28 tal-Linji gwida tal-2006 bħala l-kontinwazzjoni jew ir-ripetizzjoni ta’ ksur identiku jew simili wara li l-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tkun ikkonstatat li l-impriża inkwistjoni kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE jew tal-Artikolu 102 TFUE. F’tali każ, l-ammont bażiku tal-multa jista’ jiżdied sakemm jilħaq 100 % għal kull ksur ikkonstatat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>It-teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva huwa intiż li jħeġġeġ lill-impriżi li jkunu wrew it-tendenza li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni sabiex ibiddlu l-aġir tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’, f’kull każ, tikkunsidra l-indizji li jistgħu jwasslu għall-konferma ta’ tali tendenza, inkluż, pereżempju, iż-żmien li jkun għadda bejn il-każijiet ta’ ksur inkwistjoni (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Arkema France <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑217/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:251">EU:T:2011:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0294">294</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, kif jirriżulta mill-Artikolu 2(h) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva. F’dan ir-rigward, mill-premessi 1011 sa 1013 tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni kkonstatat li, fil-mument meta twettaq il-ksur inkwistjoni, ir-rikorrenti kienet diġà nżammet responsabbli għal aġir antikompetittiv fid-deċiżjoni DRAMs. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li, għar-rikorrenti, l-ammont bażiku tal-multa kellu jiżdied b’50 % minħabba r-reċidiva (ara l-punt 30 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq żball ta’ liġi, inkwantu ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva hija kuntrarja għan-natura dderivata tar-responsabbiltà tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva tmur kontra n-natura dderivata tar-responsabbiltà tagħha bħala kumpannija omm ta’ Tokin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-responsabbiltà tal-kumpannija omm hija purament idderivata peress li din tiġi imputata biss minħabba l-parteċipazzjoni diretta tas-sussidjarja tagħha fil-ksur. F’dan il-każ, din ir-responsabbiltà toriġina mill-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-imsemmija sussidjarja, li jiġi attribwit lill-kumpannija omm fid-dawl tal-unità ekonomika li dawn il-kumpanniji jikkostitwixxu. Konsegwentement, ir-responsabbiltà tal-kumpannija omm tiddependi neċessarjament fuq il-fatti li jikkostitwixxu l-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha u li magħhom ir-responsabbiltà tagħha hija marbuta mill-qrib (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:314">EU:C:2017:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Huwa għal din ir-raġuni li l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li f’sitwazzjoni fejn ir-responsabbiltà tal-kumpannija omm tkun purament idderivata minn dik tas-sussidjarja tagħha u fejn ebda fattur ieħor ma kien jikkaratterizza individwalment l-aġir li bih ġiet ikkritikata l-kumpannija omm, ir-responsabbiltà ta’ din il-kumpannija omm ma tistax teċċedi dik tas-sussidjarja tagħha (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Total u Elf Aquitaine</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:27">EU:C:2017:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għal raġunijiet identiċi, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, f’sitwazzjoni fejn ebda fattur ma kien jikkaratterizza individwalment l-aġir li bih ġiet ikkritikata l-kumpannija omm, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mal-kumpannija omm kellu, bħala prinċipju, meta l-kundizzjonijiet proċedurali meħtieġa kienu ssodisfatti, jiġi estiż għall-kumpannija omm (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:314">EU:C:2017:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Madankollu, minn din il-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li fatturi partikolari għall-kumpannija omm jistgħu jiġġustifikaw li r-responsabbiltà tagħha u dik tas-sussidjarja tiġi evalwata b’mod differenzjat, minkejja li r-responsabbiltà tal-ewwel tkun esklużivament ibbażata fuq l-aġir li jikkostitwixxi ksur tat-tieni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:314">EU:C:2017:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’kawża li kienet tqiegħed inkwistjoni r-responsabbiltà tal-kumpannija ewlenija ta’ grupp ta’ kumpanniji li wħud minnhom kienu pparteċipaw direttament fl-akkordji, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li ċerti kumpanniji ma setgħux jiġu suġġetti iktar għal sanzjonijiet minħabba l-preskrizzjoni ma kienx jipprekludi li jinbdew proċeduri fil-konfront ta’ kumpannija oħra, ikkunsidrata bħala responsabbli personalment u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> magħhom għall-istess aġir antikompetittiv, u li fir-rigward tagħha l-preskrizzjoni ma hijiex miksuba (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170427">27 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑516/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:314">EU:C:2017:314</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar preċiż, taż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva, il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li, għalkemm l-unità tal-aġir ta’ impriża fis-suq kienet tiġġustifika li, fil-każ ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, id-diversi kumpanniji li jkunu għamlu parti mill-impriża matul il-ksur ikunu, bħala prinċipju, kollha miżmuma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas tal-istess ammont tal-multa, kellha tiġi aċċettata eċċezzjoni fil-każ ta’ ċirkustanzi<?PAGE NO="9"?> aggravanti jew attenwanti, u b’mod iktar ġenerali, fil-każ ta’ ċirkustanzi li jiġġustifikaw bidla fl-ammont bażiku tal-multa li jkunu preżenti biss fir-rigward ta’ wħud minnhom u mhux ta’ oħrajn. B’hekk, minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li entità li fir-rigward tagħha ma ġietx stabbilita ċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva ma tistax tinżamm responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, flimkien ma’ entità oħra li fir-rigward tagħha din iċ-ċirkustanza ġiet stabbilita, fir-rigward tal-parti tal-multa korrispondenti għaż-żieda minħabba reċidiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑391/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:22">EU:T:2014:22</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0271">271</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet ukoll li ċirkustanzi partikolari għas-sitwazzjoni tal-kumpannija omm jew tas-sussidjarja jistgħu jwasslu għal ammonti ddifferenzjati, bħal fil-każ tat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanza aggravanti ta’ reċidiva meqjusa fil-konfront ta’ kumpannija omm u mhux fil-konfront tas-sussidjarja tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>UTi Worldwide <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑264/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:112">EU:T:2016:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0332">332</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, il-Kummissjoni kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti biss bħala kumpannija omm, għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarja tagħha, li magħha hija kienet tifforma impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE (ara l-punt 63 iktar ’il fuq). Min-naħa l-oħra, fl-Artikolu 2(h) tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ffissat żieda minħabba reċidiva biss fir-rigward tar-rikorrenti, minħabba li, permezz tad-deċiżjoni DRAMs, hija kienet diġà nżammet responsabbli għal aġir antikompetittiv simili (ara l-punti 30 u 78 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li ċ-ċirkustanza aggravanti kkonstatata mill-Kummissjoni, minħabba r-reċidiva, tikkorrispondi għal ċirkustanza li hija partikolari għas-sitwazzjoni tar-rikorrenti u li ma tapplikax għas-sussidjarja tagħha. Għalhekk kien iġġustifikat li l-Kummissjoni tevalwa r-responsabbiltà tar-rikorrenti u dik tas-sussidjarja b’mod iddifferenzjat, peress li din l-evalwazzjoni setgħet twassal għal ammont tal-multa differenti minn dak tas-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 83 sa 87 iktar ’il fuq jirriżulta li r-reċidiva tista’ tikkostitwixxi fattur li jikkaratterizza individwalment l-aġir ta’ kumpannija omm, li jiġġustifika li l-portata tar-responsabbiltà tagħha teċċedi dik tas-sussidjarja tagħha li minnha hija interament idderivata (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑827/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:930">EU:T:2018:930</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0506">506</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi konkluż li ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva ma tmurx kontra n-natura dderivata tar-responsabbiltà tar-rikorrenti.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq żball ta’ liġi inkwantu ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva, li tkopri perijodu preċedenti għad-deċiżjoni DRAMs, tmur kontra l-għan dissważiv tal-kunċett ta’ reċidiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Għandhom isiru xi preċiżazzjonijiet preliminari fir-rigward tal-allegazzjoni li ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>tkopri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> perijodu preċedenti għad-deċiżjoni DRAMs.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi kkonstatat li, qabel kollox, il-Kummissjoni kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti bħala kumpannija omm ta’ Tokin, għall-perijodu mill-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, ħlief f’dak li jikkonċerna l-laqgħat CUP (ara l-punt 19 iktar ’il fuq). Konsegwentement, sabiex jiġi kkalkolat l-ammont bażiku tal-multa li kellha tiġi imposta fuq Tokin flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti, il-Kummissjoni ffissat il-koeffiċjent multiplikatur skont it-tul tal-ksur għal 2.72, li jikkorrispondi għall-imsemmi perijodu ta’ ksur (ara l-punt 25 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat iċ-ċirkustanza aggravanti tar-reċidiva kontra r-rikorrenti minħabba l-kundanna tagħha permezz tad-deċiżjoni DRAMs, tad-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>, li kienet tikkonċerna ksur imwettaq bejn l-<DATE ISO="19980701">1 ta’ Lulju 1998</DATE> u l-<DATE ISO="20020615">15 ta’ Ġunju 2002</DATE> u, sussegwentement, iddeċidiet li l-ammont bażiku tal-multa li kellha tiġi imposta fuq ir-rikorrenti kellu jiżdied b’50 % minħabba r-reċidiva (ara l-punt 30 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sabiex tikkalkola ż-żieda minħabba reċidiva, il-Kummissjoni applikat l-imsemmija perċentwali ta’ 50 % fuq l-ammont bażiku tal-multa, skont il-paragrafu 28 tal-Linji gwida tal-2006. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset li r-reċidiva kienet fost l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-analiżi tal-gravità tal-ksur inkwistjoni u li, bħala tali, ir-reċidiva ma kinitx assoċjata mat-tul tal-ksur. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva ma għandhiex tiġi kkalkolata biss fuq il-bażi tal-perijodu li matulu ppersistiet din iċ-ċirkustanza aggravanti, iżda li l-perċentwali ta’ żieda li tirriżulta mir-reċidiva kellha tiġi applikata għall-perijodu kollu tar-responsabbiltà tar-rikorrenti għall-ksur (ara l-premessi 1013 u 1021 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel ksur tar-rikorrenti, imwettaq qabel il-ksur tal-kawża preżenti, ġie ssanzjonat meta dan l-aħħar ksur kienet qiegħed jitwettaq. Barra minn hekk, inkwantu l-perċentwali taż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva ġiet applikata għall-ammont bażiku tal-multa, l-imsemmija żieda tieħu inkunsiderazzjoni l-perijodu tal-ksur użat għall-kalkolu ta’ dan l-ammont bażiku. Minn dan jirriżulta li r-reċidiva, bħala żieda fl-ammont bażiku tal-multa, tkopri l-perijodu tal-ksur imputat lir-rikorrenti kollu kemm hu, li jinkludi perijodu ta’ kważi disa’ xhur qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni DRAMs, li seħħet fid-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Madankollu, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, iż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, ma tmurx kontra l-loġika sottostanti l-kunċett ta’ reċidiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali f’dak li jirrigwarda l-għażla tal-elementi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multi, bħalma huma, b’mod partikolari, iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi, u dan mingħajr ma huwa neċessarju li hija tillimita ruħha għal lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji li jridu bilfors jittieħdu inkunsiderazzjoni (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:88">EU:C:2007:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Issa, il-konstatazzjoni u l-evalwazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ reċidiva jagħmlu parti mill-imsemmija setgħa tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Danone vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:88">EU:C:2007:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 77 iktar ’il fuq, it-teħid inkunsiderazzjoni tar-reċidiva huwa intiż li jħeġġeġ lill-impriżi li jkunu wrew it-tendenza li jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni sabiex ibiddlu l-aġir<?PAGE NO="11"?> tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tista’, f’kull każ, tikkunsidra l-indizji intiżi li jwasslu għall-konferma ta’ tali tendenza, inkluż, pereżempju, iż-żmien li jkun għadda bejn il-każijiet ta’ ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-żmien massimu għall-konstatazzjoni ta’ reċidiva fir-rigward ta’ impriża, diġà ġie deċiż li perijodu ta’ żmien ta’ inqas minn għaxar snin bejn il-konstatazzjonijiet ta’ żewġ ksur kien jixhed tendenza ta’ impriża li ma tislitx il-konsegwenzi xierqa minn konstatazzjoni fil-konfront tagħha ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Groupe Danone vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑3/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:88">EU:C:2007:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward taż-żmien minimu għall-konstatazzjoni ta’ reċidiva, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 105 iktar ’il fuq kienet tapplika iktar u iktar f’każ fejn id-deċiżjoni li tikkonstata l-ewwel ksur u t-tieni ksur kienu konkomitanti. B’hekk, fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>BPB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑53/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:254">EU:T:2008:254</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Lafarge vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑54/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:255">EU:T:2008:255</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali qieset li l-lista ta’ ksur preċedenti kkonstatati fil-konfront tar-rikorrenti kienet tixhed it-tendenza tagħhom li ma jisiltux il-konsegwenzi xierqa minn konstatazzjoni fil-konfront tagħhom ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni peress li, għalkemm kienu diġà suġġetti għal miżuri preċedenti min-naħa tal-Kummissjoni permezz tad-deċiżjonijiet li jikkonstataw l-ewwel ksur, ir-rikorrenti kienu komplew jipparteċipaw b’mod attiv fl-akkordju inkwistjoni għal iktar minn erba’ snin wara li dawn id-deċiżjonijiet ġew innotifikati lilhom (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>BPB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑53/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:254">EU:T:2008:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0385">385</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Lafarge vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑54/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:255">EU:T:2008:255</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0727">727</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, huwa minnu li l-ewwel ksur tar-rikorrenti ġie ssanzjonat wara l-bidu tal-ksur inkwistjoni f’din il-kawża. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat ukoll li, matul il-perijodu mid-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE> sat-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrenti kompliet tipparteċipa fl-akkordju wara li d-deċiżjoni li tikkonstata l-ewwel ksur ġiet innotifikata lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li t-tkomplija, mir-rikorrenti, ta’ aġir li jikkostitwixxi ksur wara li ġiet imposta fuqha l-ewwel sanzjoni, kienet xhieda tat-tendenza tagħha li ma tislitx il-konsegwenzi xierqa minn konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-konfront tagħha. Fil-fatt, ir-rikorrenti, filwaqt li kienet diġà s-suġġett ta’ miżuri preċedenti tal-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni DRAMs, kompliet tipparteċipa fl-akkordju inkwistjoni għal kważi sentejn wara li din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lilha. Din il-konklużjoni ma hijiex kontradetta mis-sempliċi fatt li r-rikorrenti, flimkien ma’ Tokin, ressqet quddiem il-Kummissjoni talba għat-tnaqqis l-ammont tal-multa skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, sa fejn din iċ-ċirkustanza ma teskludix il-fatt li r-rikorrenti, wara li ġiet imposta fuqha l-ewwel sanzjoni, kienet involuta fit-tieni ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-konklużjoni ma tistax tiġi invalidata mill-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kkonstatat ir-responsabbiltà tar-rikorrenti biss bħala kumpannija omm, minħabba l-parteċipazzjoni tas-sussidjarja tagħha fl-akkordju, kif jirriżulta mill-punt 91 iktar ’il fuq. Fil-fatt, l-għan li jiġi ssanzjonat l-aġir kuntrarju għar-regoli tal-kompetizzjoni u li jiġi evitat it-tiġdid tiegħu permezz ta’ sanzjonijiet dissważivi jkun kompromess li kieku impriża kkonċernata mill-ewwel ksur tkun f’pożizzjoni, billi tibdel l-istruttura ġuridika tagħha permezz tal-akkwist ta’ sussidjarja li ma tistax titressaq kawża fil-konfront tagħha għal dan l-ewwel ksur iżda li tkun involuta fit-twettiq<?PAGE NO="12"?> tal-ksur il-ġdid, li tirrendi impossibbli jew partikolarment diffiċli u, għaldaqstant, li tevita s-sanzjoni tar-reċidiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Versalis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/13 P u C‑123/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:150">EU:C:2015:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Thyssen Stahl vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑141/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:48">EU:T:1999:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti, ma tagħti ebda appoġġ għall-pożizzjoni tagħha. F’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali qieset li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn il-parti l-kbira tal-perijodu tal-ksur ikkonstatat fil-konfront tar-rikorrenti kien preċedenti għad-deċiżjoni li kienet issanzjonatha għal ksur simili (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑141/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:48">EU:T:1999:48</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0617">617</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0618">618</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Issa, kuntrarjament għall-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990311">11 ta’ Marzu 1999</DATE>, <NAME.CASE>Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑141/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:48">EU:T:1999:48</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), f’dan il-każ, sa fejn ir-rikorrenti pparteċipat fil-ksur inkwistjoni bejn l-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> u t-<DATE ISO="20120423">23 ta’ April 2012</DATE> u sa fejn id-deċiżjoni DRAMs ġiet adottata fid-<DATE ISO="20100519">19 ta’ Mejju 2010</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li l-parti l-kbira tal-ksur inkwistjoni seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, u dan peress li r-rikorrenti kompliet tipparteċipa fil-ksur għal kważi sentejn wara li din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lilha (ara l-punti 107 u 108 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi meta qieset li l-fatt li r-rikorrenti kienet diġà s-suġġett ta’ konstatazzjoni ta’ ksur u li, minkejja din il-konstatazzjoni u s-sanzjoni imposta, hija kienet kompliet tipparteċipa għal kważi sentejn fi ksur ieħor simili għall-istess dispożizzjoni tat-Trattat FUE, kien jikkostitwixxi reċidiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, minħabba li ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva kienet tkopri perijodu preċedenti għad-deċiżjoni DRAMs</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu taż-żieda minħabba r-reċidiva, għandu jiġi rrilevat li l-applikazzjoni, mill-Kummissjoni, taż-żieda minħabba reċidiva fuq l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti hija konformi mal-Linji gwida tal-2006. Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod inekwivoku mill-punti 28 u 29 ta’ dawn il-linji gwida, kemm iċ-ċirkustanzi aggravanti, bħar-reċidiva, kif ukoll iċ-ċirkustanzi attenwanti huma ċirkustanzi li jiġġustifikaw aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa, jiġifieri żieda jew tnaqqis tal-imsemmi ammont. Ir-reċidiva tikkostitwixxi għalhekk ċirkustanza aggravanti li tiġġustifika ż-żieda fl-ammont bażiku tal-multa li tirriżulta f’perċentwali ta’ żieda f’dan l-ammont bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proporzjonalità ta’ din iż-żieda, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ kull multa, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali u ma hijiex marbuta tapplika, għal dan il-għan, formula matematika preċiża (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Trioplast Wittenheim vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑26/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:387">EU:T:2010:387</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0142">142</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-reċidiva hija ċirkustanza li tiġġustifika żieda kunsiderevoli tal-ammont bażiku tal-multa. Fil-fatt, din tikkostitwixxi l-prova li s-sanzjoni imposta qabel ma kinitx dissważiva biżżejjed (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080708">8 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>BPB vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑53/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:254">EU:T:2008:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0398">398</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li ż-żmien li jgħaddi bejn il-ksur inkwistjoni u nuqqas ta’ osservanza preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni jitqies meta tiġi evalwata t-tendenza tal-impriża li tikser dawn ir-regoli. Fil-kuntest tal-istħarriġ ġudizzjarju eżerċitat fuq l-atti tal-Kummissjoni fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, il-Qorti Ġenerali u, jekk ikun il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu għalhekk jintalbu jivverifikaw jekk il-Kummissjoni osservatx l-imsemmi prinċipju meta, minħabba r-reċidiva, żiedet il-multa imposta, u, b’mod partikolari, jekk tali żieda ġietx imposta b’mod partikolari minħabba ż-żmien li għadda bejn il-ksur inkwistjoni u n-nuqqas ta’ osservanza preċedenti tar-regoli tal-kompetizzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Lafarge vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-413/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:346">EU:C:2010:346</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-argument tar-rikorrenti intiż sabiex juri li ż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva ma kinitx proporzjonata huwa bbażat, fl-ewwel lok, fuq il-fatt li hija diġà ġiet issanzjonata għall-ksur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu jiġi miċħud mill-ewwel. Kif tfakkar fil-punti 75 u 77 iktar ’il fuq, iż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba r-reċidiva, minn naħa, timplika li persuna wettqet ksur ġdid wara li tkun ġiet issanzjonata għal ksur simili u, min-naħa l-oħra, hija intiża preċiżament sabiex tiżgura l-effett dissważiv tal-azzjoni tal-Kummissjoni. Konsegwentement, iż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba r-reċidiva hija miżjuda mal-ammont tal-multa imposta għall-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti huwa bbażat, fit-tieni lok, fuq iż-żmien qasir li għadda bejn il-mument meta r-rikorrenti saret il-kumpannija omm ta’ Tokin u l-adozzjoni tad-deċiżjoni DRAMs, jiġifieri disa’ xhur, b’tali mod li r-rikorrenti ma kinitx f’pożizzjoni li tevita l-parteċipazzjoni tal-kumpannija sussidjarja tagħha fl-akkordju. Bl-istess mod, ir-rikorrenti hija responsabbli għall-akkordju biss minħabba l-akkwist tas-sussidjarja tagħha u pparteċipat f’dan il-ksur biss għal perijodu qasir, filwaqt li s-sussidjarja tagħha kienet ilha diversi snin tipparteċipa fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, peress li r-rikorrenti kellha l-ishma kollha ta’ Tokin mill-<DATE ISO="20090801">1 ta’ Awwissu 2009</DATE> sal-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, hija kienet preżunta li teżerċita influwenza determinanti fuq din is-sussidjarja matul l-imsemmi perijodu, b’tali mod li r-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha kienu jifformaw impriża waħda fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE (ara l-punt 62 iktar ’il fuq). F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma tikkontestax, barra minn hekk, il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq is-sussidjarja tagħha matul il-perijodu tal-ksur inkwistjoni (ara l-punt 58 iktar ’il fuq). B’hekk, ir-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tevita l-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ Tokin fl-akkordju wara d-deċiżjoni DRAMs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punt 108 iktar ’il fuq, it-tkomplija, mir-rikorrenti, tal-aġir li jikkostitwixxi ksur inkwistjoni tixhed it-tendenza tagħha li ma tislitx il-konsegwenzi xierqa minn konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni fil-konfront tagħha, peress li hija diġà kienet is-suġġett ta’ miżuri preċedenti tal-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni DRAMs u peress li madankollu hija kompliet għal kważi sentejn tipparteċipa fl-akkordju inkwistjoni wara li hija ġiet innotifikata b’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif tfakkar fil-punt 109 iktar ’il fuq, l-għan li jiġi ssanzjonat l-aġir kuntrarju għar-regoli tal-kompetizzjoni jiġi kompromess li kieku impriża kkonċernata mill-ewwel ksur kellha tkun f’pożizzjoni, billi tibdel l-istruttura ġuridika tagħha permezz tal-akkwist ta’ sussidjarja li fil-konfront tagħha ma jistgħux jinbdew proċeduri fir-rigward ta’ dan l-ewwel ksur, iżda hija involuta fit-twettiq tal-ksur il-ġdid, li tirrendi impossibbli jew partikolarment diffiċli u, għaldaqstant, li tevita s-sanzjoni tar-reċidiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li l-Kummissjoni kkonstatat, b’mod partikolari, tendenza tar-rikorrenti li tikser ir-regoli tal-kompetizzjoni u ż-żieda minħabba reċidiva li tista’ twassal għal żieda sa 100 % tal-ammont bażiku tal-multa skont l-ewwel inċiż tal-paragrafu 28 tal-Linji gwida tal-2006, għandu jiġi konkluż li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta ffissat għal 50 % iż-żieda fl-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, it-tielet parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda u għalhekk l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment tat-tielet motiv, dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ 3 % fuq il-multa imposta fuq ir-rikorrenti minħabba r-reċidiva</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel ilment tat-tielet motiv, ir-rikorrenti essenzjalment issostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta rrifjutat li tapplika tnaqqis ta’ 3 % fuq l-ammont tal-multa imposta fuqha minħabba r-reċidiva, filwaqt li tali tnaqqis kien ġie applikat fuq l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Tokin flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti. In-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan it-tnaqqis, qabel kollox, imur kontra n-natura dderivata tar-responsabbiltà tar-rikorrenti bħala kumpannija omm, sussegwentement, wassal għal multa eċċessivament għolja li tikkorrispondi għal iktar minn nofs l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Tokin u, fl-aħħar nett, ma huwiex motivat b’mod suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li, minn naħa, iż-żieda fl-ammont tal-multa minħabba reċidiva ta’ 50 % tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Tokin flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti, imnaqqas bit-tnaqqis ta’ 15 % li l-Kummissjoni tathom għall-kooperazzjoni tagħhom skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, tikkorrispondi għal ċirkustanza aggravanti fis-sens tal-paragrafu 28 tal-Linji gwida tal-2006 (ara l-punt 31 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis ta’ 3 % tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Tokin flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti, peress li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat CUP ma kinitx stabbilita u peress li xejn ma kien jagħti prova li huma kienu jafu bihom, jikkorrispondi għal ċirkustanza attenwanti skont il-paragrafu 29 tal-Linji gwida tal-2006 (ara l-punt 29 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Issa, kif tfakkar fil-punt 114 iktar ’il fuq, kemm iċ-ċirkustanzi aggravanti kif ukoll iċ-ċirkustanzi attenwanti huma ċirkustanzi li jiġġustifikaw aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa, jiġifieri żieda jew tnaqqis tal-imsemmi ammont rispettivament. Għaldaqstant, kull wieħed minn dawn l-aġġustamenti ma jistax japplika għaż-żewġ tipi ta’ ċirkustanzi, iżda għal tip wieħed biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, ir-reċidiva, bħala ċirkustanza aggravanti, għaldaqstant tiġġustifika ż-żieda fl-ammont bażiku tal-multa. B’hekk, il-Kummissjoni ġustament ikkalkolat iż-żieda fl-ammont tal-multa ta’ 50 % minħabba r-reċidiva billi applikatha fuq l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Tokin flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-eventwali<?PAGE NO="15"?> tnaqqis ta’ dan l-ammont bażiku minħabba ċirkustanzi attenwanti, f’dan il-każ it-tnaqqis ta’ 3 %, peress li ma kienx ġie stabbilit li r-rikorrenti u s-sussidjarja tagħha kienu pparteċipaw fil-laqgħat CUP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex invalidata mill-argument tar-rikorrenti li huwa bbażat fuq in-natura dderivata tar-responsabbiltà tagħha bħala kumpannija parent. Kif jirriżulta mill-punti 86 u 87 iktar ’il fuq, ir-reċidiva tikkostitwixxi fattur li jikkaratterizza individwalment l-aġir tar-rikorrenti u li jista’ jiġġustifika li tiġi imposta fuqha sanzjoni iktar oneruża minn dik li tirriżulta mill-imputazzjoni tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-argument tar-rikorrenti, meta din issostni li l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha minħabba r-reċidiva huwa eċċessivament għoli inkwantu dan jikkorrispondi għal iktar minn nofs l-ammont bażiku tal-multa li ġiet imposta fuqha flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ Tokin, ma jistax jingħata segwitu. Fil-fatt, it-teżi tar-rikorrenti hija bbażata fuq l-ipoteżi żbaljata li t-tnaqqis ta’ 3 % tal-ammont bażiku tal-multa huwa applikabbli għaż-żieda ta’ 50 % fl-ammont bażiku tal-multa (ara l-punti 134 u 135 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tressaq ebda argument konkret insostenn tal-ilment tagħha bbażat fuq allegat ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kalkolu tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti waħedha, li tikkorrispondi għaż-żieda minħabba reċidiva, jirriżulta b’mod inekwivoku mill-premessi 1011 sa 1013 tad-deċiżjoni kkontestata, moqrija flimkien mal-paragrafu 28 tal-Linji gwida tal-2006 li għalih jirreferu l-premessi ċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel ilment tat-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Nec Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Costeira</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>