|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6358 |
25.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
(C/2025/6358)
IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri partikolari li huma temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (1) kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 30 tar-Regolamenti tal-Persunal,
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Jannar 2014 dwar id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra (AIPN) u tal-awtorità awtorizzata biex tagħmel il-kuntratti tal-impjieg (AECE) u d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2017 li temenda d-diviżjoni tas-setgħat tal-AIPN u l-AECE,
wara li kkunsidra d-data ta’ skadenza, il-31 ta’ Diċembru 2025, tal-listi ta’ kandidati tal-Parlament Ewropew li ġejjin:
|
|
AD/2/20, AD/2/21, AST/2/20, AST-SC/1/20, PE/AD/260/2021/TRAD, PE/AD/261/2021/TRAD, PE/AD/272/2022/TRAD u l-ADDENDUM tagħha, PE/226/S — 1, PE/226/S — 2, PE/226/S — 3, PE/226/S — 4, PE/228/S, PE/229/S — 1, PE/229/S — 2, PE/229/S — 3, PE/232/S, PE/257/S, PE/259/S, P/2020/AD9 (P), P/2020/AD10 (P), P/2020/AST/6 (P), P/2020/AST/7 (P), |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Konġunt mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Ottubru 2025,
IDDEĊIEDA
Artikolu uniku:
Il-perjodu ta’ validità tal-listi ta’ kandidati:
|
|
AD/2/20, AD/2/21, AST/2/20, AST-SC/1/20, PE/AD/260/2021/TRAD, PE/AD/261/2021/TRAD, PE/AD/272/2022/TRAD u l-ADDENDUM tagħha, PE/226/S — 1, PE/226/S — 2, PE/226/S — 3, PE/226/S — 4, PE/228/S, PE/229/S — 1, PE/229/S — 2, PE/229/S — 3, PE/232/S, PE/257/S, PE/259/S, P/2020/AD9 (P), P/2020/AD10 (P), P/2020/AST/6 (P), P/2020/AST/7 (P) |
huwa estiż sal-31 ta’ Diċembru 2026.
Brussell, is-6 ta’ Novembru 2025.
Is-Segretarju Ġenerali
Alessandro CHIOCCHETTI
(1) ĠU L 56 du 4.3.1968, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1968/259(1)/oj.
(2) ĠU L 287 du 29.10.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1023/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6358/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)