1.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/23


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Ottubru 2011

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de Portugal

(2011/714/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2011/11 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Awwissu 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de Portugal intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2011.

(3)

Il-Banco de Portugal għażel PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2016.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li PricewaterhouseCoopers & Associados - Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. għandhom jinħatru bħala awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2016.

(5)

Huwa xieraq li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(10) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“10.   PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. hija b’dan approvata bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji mill-2011 sal-2016.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)   ĠU C 258, 2.9.2011, p. 1.

(2)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.