<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-621/10</NO.CASE><NO.CASE>C-129/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0621</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:248">EU:C:2012:248</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120426">26.4.2012</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-621/10 U C-129/11</P><P>BALKAN AND SEA PROPERTIES U PROVADINVEST</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20120426">26 ta’ April 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 73 u 80(1)</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli bejn kumpanniji konnessi</KEYWORD><KEYWORD>Valur tat-tranżazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li, għat-tranżazzjonijiet bejn persuni konnessi tipprovdi li l-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT huwa kkostitwit mill-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-621/10 u C-129/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="20101217">17 ta’ Diċembru 2010</DATE> u tal-<DATE ISO="20110301">1 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja rispettivament fid-<DATE ISO="20101229">29 ta’ Diċembru 2010</DATE> u fl-<DATE ISO="20110314">14 ta’ Marzu 2011</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Balkan and Sea Properties ADSITS</HT> (C-621/10),</P><P><HT TYPE="BOLD">Provadinvest OOD</HT> (C-129/11)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201E" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues (Relatur), President tal-Awla, U. Lõhmus, A. Rosas, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn T. Ivanov u E. Petranova (C-621/10), bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Petrova u L. Lozano Palacios (C-621/10) kif ukoll minn din tal-aħħar u V. Savov (C-129/11), bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="347" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn Balkan and Sea Properties ADSITS (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Balkan and Sea Properties<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Provadinvest OODD (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Provadinvest<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) rispettivament, u d-Direktor na Direktsia <QUOT.START CODE="201E" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Direttur tad-Direttorat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Appell u ġestjoni tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Direktor<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), rigward avviż ta’ aġġustament tat-taxxa li jirrifjutalhom il-benefiċċju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) tal-input imħallsa.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Mill-premessa 3 tad-Direttiva VAT jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[b]iex ikun żgurat li d-disposizzjonijiet jiġu ppreżentati b’mod ċar u razzjonali, b’mod konsistenti mal-prinċipju ta’ regolamentazzjoni aħjar, huwa xieraq li l-istruttura u l-formulazzjoni tad-Direttiva [tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23),] jitfasslu mill-ġdid għalkemm fil-prinċipju dan mhux ser iġib tibdil fil-leġislazzjoni eżistenti. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessa 26 tal-istess direttiva tippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[g]ħall-prevenzjoni ta’ telf ta’ taxxa bl-użu ta’ partijiet konnessi sabiex jinkisbu benefiċċji fiskali, f’ċirkostanzi speċifiċi għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jintervjenu fir-rigward ta’ l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] għall-forniment ta’ merkanzija jew servizzi u akkwisti ta’ merkanzija intra-Komunitarji fir-rigward ta’ tali kategoriji ta’ fornituri u destinatarji<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq transazzjoni, fuq bażi okkażjonali, li jkollha x’taqsam ma’ l-attivitajiet imsemmija fit—tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) u partikolarment waħda mit-transazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il—provvista, qabel l-ewwel okkupazzjoni, ta’ bini jew parti minn bini u ta’ l-art li fuqha jinstab il-bini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art għall-bini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a), <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> għandha tfisser kull struttura fissa ma’ jew fl-art.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) għal bdil ta’ bini u jistgħu jistabbilixxu t-tifsira ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-art li fuqha jinstab il-bini<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw kriterji oħra barra dak ta’ l-ewwel okkupazzjoni, bħalma huwa l-perijodu ta’ żmien bejn id-data tat-tlestija tal-bini u d-data ta’ l-ewwel provvista, jew il-perijodu bejn id-data ta’ l-ewwel okkupazzjoni u d-data tal-provvista sussegwenti, sakemm dawk il-perijodi ma jaqbżux il—ħames snin u s-sentejn rispettivament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tal-paragrafu 1(b), <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> għandha tfisser kull art mhux żviluppata jew art żviluppata meqjusa bħala tali mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tad-Direttiva VAT jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[f]ir-rigward tal-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra kif imsemmi fl-Artikoli 74 sa 77, l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] għandu jinkludi dak kollu li jikkostitwixxi ħlas miksub jew li għandu jinkiseb mill-fornitur, għall-provvista, mill-konsumatur jew parti terza, inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tal-provvista<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu fil-każijiet li ġejjin jieħdu miżuri sabiex, fir-rigward tal-forniment [provvista] ta’ merkanzija jew servizzi li jinvolvu rabtiet ta’ familja jew rabtiet oħra personali qrib, rabtiet ta’ ġestjoni, appartenenza, sħubija, finanzjarji jew legali kif definit mill-Istat Membru, l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] għandu jkun il-valur tas-suq miftuħ:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn il-konsiderazzjoni [korrispettiv] tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u d-destinatarju tal-forniment ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fejn il-konsiderazzjoni tkun aktar baxxa mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177 u l-forniment ikun soġġett għal eżenzjoni taħt l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew l-Artikoli 380 sa 390;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>fejn il-konsiderazzjoni tkun ogħla mill-valur tas-suq miftuħ u l-fornitur ma jkollux dritt sħiħ għal tnaqqis taħt l-Artikoli 167 sa 171 u l-Artikoli 173 sa 177.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għall-finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, rabtiet legali jistgħu jinkludu r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegat jew il-familja ta’ l-impjegat, jew kwalunkwe persuna oħra konnessa mill-qrib.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="080.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-provvisti ta’ oġġetti u servizzi koperti, u l-kategoriji ta’ fornituri, prestaturi jew konsumaturi li għalihom jistgħu japplikaw dawn il-miżuri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="080.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kumitat tal-VAT dwar il-miżuri tal-liġi nazzjonali adottati f’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 safejn dawn ma jkunux miżuri li ġew awtorizzati mill-Kunsill qabel it-<DATE ISO="20060813">13 ta’ Awwissu 2006</DATE> skond l-Artikolu 27 (1) sa (4) tad-Direttiva 77/388/KE u li tkomplew skond dan il-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 135(1)(j) u (k) tad-Direttiva VAT, l-Istati Membri għandhom jeżentaw it-tranżazzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(j)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ bini jew partijiet minnu, u ta’ l-art li fuqha hija tinsab, ħlief il-provvista msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 12(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(k)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ art li ma nbnietx ħlief il-provvista ta’ art tal-bini kif imsemmi fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 12(1).<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 273 tal-imsemmija direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn transazzjonijiet domestiċi u transazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost, DV Nru 63, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ZDDS<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Kull kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikoli 6 u 9 meta sseħħ minn persuna taxxabbli skont din il-liġi u meta l-post ta’ eżekuzzjoni tagħha jinsab fit-territorju nazzjonali, kif ukoll kull tranżazzjoni suġġetta għar-rata żero mwettqa minn persuna taxxabbli, ħlief fil-każijiet fejn din il-liġi tipprovdi mod ieħor, tikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 1 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS jipprovdi li għal kull kunsinna bejn persuni konnessi, il-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 45(1) taz-ZDDS, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>it-trasferiment tad-dritt għal proprjetà fuq art, il-kostituzzjoni jew it-trasferiment ta’ drittijiet reali limitati fuq art, kif ukoll il-kiri tagħha jikkostitwixxu tranżazzjonijiet eżenti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 45(5) jippreċiża fil-punt 2 tiegħu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-Artikolu 45(1) la japplika għat-trasferiment ta’ dritt għal proprjetà jew ta’ drittijiet oħra reali u lanqas għall-kiri ta’ tagħmir, makkinarju, installazzjonijiet jew kostruzzjonijiet li huma fissi mal-art jew installati taħt l-art<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(1) taz-ZDDS jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>l-ammont tat-taxxa għandu jiġi ddeterminat billi l-valur taxxabbli jiġi mmultipplikat bir-rata tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 70(5) taz-ZDDS, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>taxxa ffatturata b’mod illegali ma tagħtix dritt għal kreditu ta’ taxxa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-paragrafu 1(3) tad-dispożizzjonijiet addizzjonali tal-Kodiċi tal-proċeduri dwar it-taxxa u tas-sigurtà soċjali (Danachno-osiguritelnia protsesualen kodeks, DV Nru 105, tad-<DATE ISO="20051229">29 ta’ Diċembru 2005</DATE>) jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>persuni konnessi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tfisser:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>a)</NO.P><TXT>il-konjuġi, il-qraba fil-linja diretta, il-qraba fil-linja kollaterali — sat-tielet grad, liema grad huwa inkluż u l-qraba permezz taż-żwieġ — sat-tieni grad, liema grad huwa inkluż — u, għall-finijiet tal-punt 2 tal-Artikolu 123(1), meta dawn jgħixu fir-residenza tal-familja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>min iħaddem u l-impjegat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-assoċjati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-persuni li waħda fosthom tipparteċipa fit-tmexxija tal-oħra jew tas-sussidjarja tagħha;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-persuni fil-korp ta’ tmexxija jew ta’ kontroll li fihom tipparteċipa waħda u l-istess persuna, inkluż meta l-persuna fiżika tirrappreżenta persuna oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-kumpannija u l-persuna li għandha iktar minn 5 % tal-ishma jew azzjonijiet li jagħtu dritt għal vot fil-kumpannija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>il-persuni li waħda fosthom teżerċita kontroll fuq l-oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>il-persuni li l-attività tagħhom hija kkontrollata minn persuna terza jew is-sussidjarja tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-persuni li flimkien jikkontrollaw persuna terza jew is-sussidjarja tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>il-persuni li waħda fosthom hija l-aġent kummerċjali tal-oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>il-persuni li waħda fosthom għamlet donazzjoni lill-oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>il-persuni li jipparteċipaw direttament jew indirettament fit-tmexxija, fil-kontroll jew fil-kapital ta’ persuna jew diversi persuni oħrajn, u dan jippermettilhom li jiftehmu kudizzjonijiet differenti mill-kundizzjonijiet abitwali.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 1(4) tal-imsemmija dispożizzjonijiet addizzjonali, ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kontroll<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> meta l-persuna li tikkontrolla:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>a)</NO.P><TXT>jkollha direttament jew indirettament jew permezz ta’ ftehim ma’ persuna oħra, iktar minn nofs il-voti fil-laqgħa ġenerali tal-persuna l-oħra; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikollha l-possibbiltà li tiddetermina direttament jew indirettament iktar minn nofs il-membri tal-korp ta’ tmexxija jew ta’ kontroll ta’ persuna oħra; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ikollha l-possibbiltà li tmexxi l-attività ta’ persuna oħra, inkluż permezz ta’ sussidjarja jew ma’ din tal-aħħar, skont l-istatut jew kuntratt; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>bħala azzjonista jew membru f’kumpannija, tikkontrolla weħedha, permezz ta’ tranżazzjoni ma’ membri jew azzjonisti oħra ta’ din l-istess kumpannija, iktar min-nofs il-voti fil-laqgħa ġenerali tal-kumpannija; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>tista’, b’mezz ieħor, teżerċita influwenza determinanti fuq id-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-attività tal-kumpannija.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-621/10</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Balkan and Sea Properties hija kumpannija b’responsabbiltà limitata li teżerċita attività ta’ investimenti ta’ fondi miġbura permezz tal-ħruġ ta’ titoli ta’ investiment relatati ma’ proprjetà immobbli.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti notarili, f’Marzu 2009 Balkan and Sea Properties xtrat proprjetajiet immobbli mingħand il-kumpannija Ravda tur EOOD għal ammont totali ta’ BGN 21 318 852. Din il-kumpannija hija miżmuma minn Holding Varna AD, li hija stess iżżomm 27.98 % tal-kapital ta’ Balkan and Sea Properties.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-VAT tnaqqset meta ġie konkluż il-kuntratt definittiv u meta ġew stabbiliti l-fatturi finali.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi li, fil-każ ta’ bejgħ bejn persuni konnessi, il-valur taxxabbli għandu jikkorrispondi għall-valur fis-suq miftuħ tal-proprjetà, intalbu li jsiru żewġ stimi, waħda minn Balkan and Sea Properties u l-oħra mid-dipartimenti tal-awtorità tat-taxxa. Din tal-aħħar ikkonkludiet li l-valur fis-suq miftuħ tal-proprjetajiet kien inqas mill-prezz ta’ bejgħ reali tagħhom li huwa stmat għal BGN 21 216 300.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtorità tat-taxxa kkunsidrat li l-VAT ikkalkolata fuq prezz ogħla mill-valur fis-suq miftuħ tal-proprjetajiet kienet tikkostitwixxi taxxa ffatturata b’mod illegali li ma tistax titnaqqas u, konsegwentement, li għall-perijodu ta’ tassazzjoni relatat max-xahar ta’ Lulju 2009, Balkan and Sea Properties ma kellhiex id-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa fuq id-differenza bejn dan il-valur tas-suq miftuħ u l-prezz ta’ bejgħ reali tal-proprjetajiet inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-avviż ta’ rettifika tat-taxxa kien is-suġġett ta’ azzjoni amministrattiva quddiem id-Direktor. Dan tal-aħħar ikkonferma r-rifjut li l-VAT titnaqqas.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Balkan and Sea Properties adixxiet l-Administrativen sad Varna (il-Qorti amministrattiva ta’ Varna).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-imsemmija kumpannija ssostni, b’mod partikolari, li d-dispożizzjonijiet taz-ZDDS ma humiex konformi mal-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT u titlob l-applikazzjoni diretta ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Administrativen sad Varna ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva [VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jkun hemm provvista bejn persuni relatati, sa fejn il-korrispettiv ikun ogħla mill-valur tas-suq miftuħ, l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] huwa l-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni biss jekk il-fornitur ma għandux dritt għal tnaqqis tal-VAT kollha dovuta fuq ix-xiri/il-bejgħ tal-merkanzija li hija s-suġġett tal-provvista?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva [VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li meta fornitur ikun eżerċita d-dritt għal tnaqqis tal-VAT kollha dovuta fuq prodotti u servizzi li kienu s-suġġett ta’ provvista sussegwenti bejn persuni relatati bi prezz ogħla mill-valur tas-suq miftuħ u d-dritt għal tnaqqis ma kienx korrett skont l-Artikoli 173 sa 177 tad-Direttiva, Stat Membru ma jistax jadotta miżuri fejn l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] jkun esklużivament il-valur tas-suq miftuħ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva [VAT] jikkostitwixxi lista eżawrjenti tal-każijiet li jirrappreżentaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri fejn l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] fir-rigward ta’ provvisti jkun il-valur tas-suq miftuħ tat-tranżazzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali bħall-punt 1 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS hija ammissibbli f’ċirkustanzi oħra minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 80(1)(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva [VAT]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>F’każ bħal dan inkwistjoni, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 80(1)(ċ) tad-Direttiva [VAT] għandha effett dirett u l-qorti nazzjonli tista’ tapplikaha direttament?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kawża C-129/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Provadinvest hija kumpannija b’responsabbiltà limitata li bħala attività prinċipali għandha l-kiri ta’ raba’ u ta’ kostruzzjonijiet tal-ħadid użati għas-serer tal-polyethylene.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti notarili, f’Ġunju 2009, din il-kumpannija biegħet żewġ artijiet intiżi għall-użu ta’ serer lill-wieħed mill-membri tagħha u art lir-rappreżentant tagħha. Dawn l-artijiet inbiegħu bil-kostruzzjonijiet tal-polyethylene li jinsabu fuqhom u bil-benefikati u l-prodotti permanenti li kienu jinsabu fihom, għall-prezz ta’ BGN 25 000 il-wieħed.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Provadinvest ħarġet fatturi mingħajr il-VAT għal dan il-bejgħ.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa kkunsidrat li l-bejgħ tal-immobbli kien jinkludi kunsinna ta’ artijiet eżenti mill-VAT, iżda wkoll kunsinna taxxabbli ta’ installazzjonijiet, benefikati u ta’ prodotti permanenti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn il-bejgħ inkwistjoni kien bejgħ bejn persuni konnessi, il-valur taxxabbli għall-finijiet tal-VAT kien il-valur fis-suq miftuħ kif iffissat minn espert. L-istima tal-espert tal-valur fis-suq miftuħ globali tal-kostruzzjonijiet tal-polyethylene biss li jinsabu fuq l-artijiet kienet ta’ BGN 392 700, jiġifieri somma ogħla minn dik realment imħallsa bħala korrispettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-awtorità tat-taxxa ħarġet avviż ta’ rettifika tat-taxxa għall-perijodu ta’ tassazzjoni relatat max-xahar ta’ Ġunju 2009. Dan tal-aħħar kien is-suġġett ta’ azzjoni amministrattiva quddiem id-Direktor, li kkonferma l-ammont tal-VAT impost fuq Provadinvest.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Provadinvest ippreżentat rikors quddiem l-Administrativen sad Varna.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-bejgħ tar-raba’ inkwistjoni jirrappreżenta kunsinna eżenti taħt l-Artikolu 45(1) taz-ZDDS u li l-bejgħ tal-installazzjonijiet li jinsabu fuq dawn l-artijiet jirrappreżentaw kunsinna taxxabbli, peress li dawn jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 45(5).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Administrativen sad Varna ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva [VAT], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kunsinna bejn persuni relatati, meta l-korrispettiv ikun inqas mill-valur normali [valur fis-suq miftuħ], l-ammont taxxabli [valur taxxabbli] għandu jkun il-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni biss meta l-fornitur u x-xerrej ma jkollhomx id-dritt għal tnaqqis sħiħ tal-VAT tal-input fuq ix-xiri u/jew il-ħolqien tal-merkanzija li tkun is-suġġett tal-kunsinna?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva [VAT], għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-fornitur ikun eżerċita dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input kollha fuq il-merkanzija u fuq is-servizzi li jkunu s-suġġett ta’ kunsinna ulterjuri bejn persuni relatati b’valur inqas mill-valur fis-suq miftuħ, f’sitwazzjoni fejn dan id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input ma jkunx ġie kkoreġut skont l-Artikoli 173 sa 177 ta[’ din i]d-Direttiva u fejn il-kunsinna ma tkunx suġġetta għal eżenzjoni skont l-Artikoli 132, 135, 136, 371, 375, 376, 377, 378(2), 379(2) jew 380 sa 390 ta[’ l-imsemmija] Direttiva, l-Istat Membru ma jistax jieħu miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] għandu jkun biss il-valur normali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva [VAT], għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta x-xerrej ikun eżerċita dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input kollha fuq il-merkanzija u fuq is-servizzi li jkunu s-suġġett ta’ kunsinna ulterjuri bejn persuni relatati b’valur inqas mill-valur fis-suq miftuħ, f’sitwazzjoni fejn dan id-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input ma jkunx ġie kkoreġut skont l-Artikoli 173 sa 177 tad-Direttiva, l-Istat Membru ma jistax jieħu miżuri li jipprovdu li l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] għandu jkun biss il-valur normali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva [VAT], jelenka b’mod eżawrjenti l-każijiet li fihom huma sodisfatti l-kundizzjonijiet li jippermettu lil Stat Membru jieħu miżuri sabiex jiżgura li l-ammont taxxabbli [valur taxxabbli] jkun il-valur fis-suq [miftuħ] tat-tranżazzjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħal dik li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, hija ammissibbli f’sitwazzjonijiet oħra li jkunu differenti minn dawk elenkati fl-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva [VAT]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>F’każ bħal dak ineżami, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 80(1)(a) u (b) tad-Direttiva [VAT], għandha effett dirett u l-qorti nazzjonali tista’ tapplikaha direttament?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20110713">13 ta’ Lulju 2011</DATE>, iż-żewġ kawżi C-621/10 u C-129/11 ġew magħquda għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-Kawża C-129/11, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li, sabiex tiddeċiedi dwar il-legalità tal-avviż ta’ rettifika tat-taxxa li huwa s-suġġett tal-kawża prinċipali, huwa neċessarju li apparti l-ammont tat-taxxa dovut, jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjonijiet, meħtieġa sabiex il-bejgħ tar-raba’ u tal-installazzjonijiet li jinsabu fuqhom jiġu suġġetti għall-VAT, kinux sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dak il-għan, għandu jiġi evalwat jekk il-kunsinni tal-kostruzzjonijiet, jiġifieri tas-serer tal-polyethylene, u tal-art relatata magħhom, inkwistjoni f’din il-kawża, humiex eżenti taħt l-Artikolu 135 tad-Direttiva VAT. Ir-risposta għal din id-domanda tiddependi mill-punt dwar jekk il-kostruzzjonijiet jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>bini<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tal-istess direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta hija pożittiva, jekk il-kunsinni tal-imsemmija oġġetti jistgħu jitqiesu bħala preċedenti għall-ewwel okkupazzjoni, dawn ikunu tranżazzjoni taxxabbli, filwaqt li, fil-każ oppost it-tranżazzjoni għandha tiġi eżenti taħt l-Artikolu 135(1)(j) ta’ din id-direttiva bla ħsara għall-possibbiltà ta’ dritt ta’ għażla għal tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Jekk l-imsemmija kostruzzjonijiet u l-art relatata magħhom ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala bini fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva VAT, għandha ssir distinzjoni bejn jekk humiex kunsinni distinti ta’ artijiet u ta’ elementi oħrajn jew tranżazzjoni unika komposta prinċipalment mill-kunsinna ta’ artijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Don Bosco Onroerend Goed, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-461/08" PAGE.ECR="I-11079" YEAR="2009">C-461/08, Ġabra p. I-11079</REF.DOC.ECR>, punti 35 sa 38). Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi vverifikat jekk l-artijiet inkwistjoni jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>art għall-bini<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva VAT. Jekk dan ikun il-każ, il-kunsinni huma taxxabbli. Fil-każ oppost, il-kunsinni huma eżenti taħt l-Artikolu 135(1)(k) tal-imsemmija direttiva, bla ħsara għall-possibbiltà ta’ dritt ta’ għażla għal tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Tali evalwazzjonijiet ta’ fatt jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti tar-rinviju fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19780316">16 ta’ Marzu 1978</DATE>, Oehlschläger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="104/77" PAGE.ECR="791" YEAR="1978">104/77, Ġabra p. 791</REF.DOC.ECR>, punt 4; tat-<DATE ISO="19940602">2 ta’ Ġunju 1994</DATE>, AC-ATEL Electronics Vertriebs, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/93" PAGE.ECR="I-2305" YEAR="1994">C-30/93, Ġabra p. I-2305</REF.DOC.ECR>, punti 16 u 17, kif ukoll tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Fornasar <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-318/98" PAGE.ECR="I-4785" YEAR="2000">C-318/98, Ġabra p. I-4785</REF.DOC.ECR>, punti 31 u 32).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sar-raba’ domandi fil-Kawża C-621/10 u l-ewwel sal-ħames domandi fil-Kawża C-129/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet imsemmija fih huma eżawrjenti jew jekk jistax jiġi aċċettat li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni bejn persuni konnessi f’każijiet oħra li huma differenti minn dawk espressament previsti f’din id-dispożizzjoni, b’mod partikolari, meta l-persuna taxxabbli jkollha dritt għal tnaqqis sħiħ.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont ir-regola ġenerali msemmija fl-Artikolu 73 tad-Direttiva VAT, il-valur taxxabbli fir-rigward tal-kunsinna ta’ oġġett jew tal-provvista ta’ servizz, magħmula bi ħlas, huwa kkostitwit mill-korrispettiv li fir-realtà tirċievi l-persuna taxxabbli f’dan ir-rigward. Dan il-korrispettiv jikkostitwixxi l-valur suġġettiv, jiġifieri dak li fir-realtà tirċievi l-persuna taxxabbli, u mhux valur stmat skont kriterji oġġettivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19810205">5 ta’ Frar 1981</DATE>, Coöperatieve Aardappelenbewaarplaats, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="154/80" PAGE.ECR="445" YEAR="1981">154/80, Ġabra p. 445</REF.DOC.ECR>, punt 13; tal-<DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, Hotel Scandic Gåsabäck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-412/03" PAGE.ECR="I-743" YEAR="2005">C-412/03, Ġabra p. I-743</REF.DOC.ECR>, punt 21, u tad-<DATE ISO="20110609">9 ta’Ġunju 2011</DATE>, Campsa Estaciones de Servicio, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-285/10" PAGE.ECR="I-5059" YEAR="2011">C-285/10, Ġabra p. I-5059</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 73 tal-imsemmija direttiva huwa l-espressjoni ta’ prinċipju fundamentali li l-korollarju tiegħu huwa li l-awtorità tat-taxxa ma tistax tiġbor bħala VAT ammont li jkun superjuri għal dak miġbur mill-persuna taxxabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19970703">3 ta’ Lulju 1997</DATE>, Goldsmiths, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-330/95" PAGE.ECR="I-3801" YEAR="1997">C-330/95, Ġabra p. I-3801</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Billi f’ċerti każijiet jippermetti li jitqies li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT jistabbilixxi eċċezzjoni għar-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 73 tagħha li, bħala tali, għandha tiġi interpretata b’mod strett (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Ludwig, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/05" PAGE.ECR="I-5083" YEAR="2007">C-453/05, Ġabra p. I-5083</REF.DOC.ECR>, punt 21, kif ukoll tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-41/09" PAGE.ECR="I-831" YEAR="2011">C-41/09, Ġabra p. I-831</REF.DOC.ECR>, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li skont it-termini tal-premessa 26 tad-Direttiva VAT, l-Artikolu 80(1) tagħha għandu l-għan li jiġu evitati l-frodi jew l-evażjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tagħha, meta l-oġġetti jew servizzi huma pprovduti għal prezz artifiċjalment baxx jew għoli bejn persuni li, it-tnejn li huma għandhom dritt li jnaqqsu l-VAT b’mod sħiħ, ma jistax ikun hemm frodi jew evażjoni fiskali f’dan l-istadju. Huwa biss mal-livell tal-konsumatur finali jew fil-każ ta’ persuna taxxabbli mħallta li għandha biss dritt għal tnaqqis proporzjonat, li prezz artifiċjalment baxx jew għoli jista’ jwassal għal telf fid-dħul mit-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa biss meta l-persuna kkonċernata mit-tranżazzjoni ma tibbenefikax minn dritt għal tnaqqis sħiħ li jeżisti riskju ta’ frodi jew evażjoni fiskali, li l-Istati Membri jistgħu jipprevjenu skont l-Artikolu 80(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni ma tippreġudika bl-ebda mod il-possibbiltà għall-Istati Membri li jipprevedu obbligi oħrajn sabiex jiġu evitati l-frodi fuq il-bażi u fl-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 273 tad-Direttiva VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-formulazzjoni tal-Artikolu 11(A)(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/69/KE, tal-<DATE ISO="20060724">24 ta’ Lulju 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="232" NO.OJ="076M" DATE.PUB="20070316">ĠU L 76 M, 16.3.2007, p. 232</REF.DOC.OJ>), li d-dispożizzjonijiet tiegħu huma essenzjalment riprodotti fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT (ara l-premessa 3 tagħha), li tipprovdi li d-deroga prevista <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tista’ tapplika biss f’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT huma eżawrjenti u, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprevedi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari, meta l-fornitur jew ix-xerrej għandu d-dritt li jnaqqas il-VAT b’mod sħiħ.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel sar-raba’ domandi fil-Kawża C-621/10 u għall-ewwel sal-ħames domandi fil-Kawża C-129/11 għandha tkun li l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni li huwa jsemmi huma eżawrjenti u li, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprevedi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-valur<?PAGE NO="10"?> taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari, meta l-persuna taxxabbli jkollha d-dritt li tnaqqas il-VAT b’mod sħiħ, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda fil-Kawża C-621/10 u s-sitt domanda fil-Kawża C-129/11</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz ta’ dawn id-domandi, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT għandux effett dirett u jekk il-qorti nazzjonali tistax, konsegwentement, tapplikah direttament għall-kawżi prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li, sa fejn id-dritt nazzjonali jtiha marġni ta’ diskrezzjoni, tinterpreta u tapplika dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali b’mod konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni u, jekk tali interpretazzjoni konformi ma tkunx possibbli, li ma tapplikax kull dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tmur kontra dawn ir-rekwiżiti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Frigerio Luigi &amp; C., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-357/06" PAGE.ECR="I-12311" YEAR="2007">C-357/06, Ġabra p. I-12311</REF.DOC.ECR>, punt 28, kif ukoll tal-<DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT>., <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-395/08+C-396/08" PAGE.ECR="I-5119" YEAR="2010">C-395/08 u C-396/08, Ġabra p. I-5119</REF.DOC.ECR>, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Kif ġie kkonstatat fil-punti 42 sa 51 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT jippermetti li ssir deroga mir-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva fil-każijiet elenkati fih biss.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-aspett tal-kontenut tagħhom, mingħajr kundizzjonijiet u preċiżi biżżejjed, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat meta dan jew ikun naqas milli jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew ikun għamel traspożizzjoni inkorretta tagħha (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Flughafen Köln vs Bonn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-226/07" PAGE.ECR="I-5999" YEAR="2008">C-226/07, Ġabra p. I-5999</REF.DOC.ECR>, punt 23; u tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, Auto Nikolovi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-203/10" PAGE.ECR="I-1083" YEAR="2011">C-203/10, Ġabra p. I-1083</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-fatt li dispożizzjoni ta’ direttiva toffri l-possibbiltà ta’ għażla lill-Istati Membri ma jeskludix neċessarjament il-possibbiltà li l-kontenut tad-drittijiet hekk mogħtija lill-individwi jiġi ddeterminat bi preċiżjoni suffiċjenti abbażi biss tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva (ara s-sentenzi Flughafen Köln vs Bonn, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30, u tat-<DATE ISO="20090212">12 ta’ Frar 2009</DATE>, Cobelfret, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-138/07" PAGE.ECR="I-731" YEAR="2009">C-138/07, Ġabra p. I-731</REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT jistabbilixxi, mingħajr ekwivoki u b’mod eżawrjenti, il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti sabiex Stat Membru jkun jista’ jipprevedi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu, il-possibbiltà li l-valur taxxabbli ta’ tranżazzjoni bejn persuni konnessi jiġi kkoreġut.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jekk it-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li jaqgħu taħt l-Artikolu 27(3) taz-ZDDS, jikkorrispondu għal waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 80(1), l-Istat Membru kkonċernat għandu jitqies bħala Stat li għamel użu mill-għażla prevista f’dan l-istess Artikolu 80(1).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Bil-kontra ta’ dan, jekk l-imsemmija tranżazzjonijiet ma jikkorrispondux għal dawk imsemmija fl-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT, dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lil kumpanniji, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, id-dritt li jinvokawh direttament sabiex jopponu għall-applikazzjoni, min-naħa tal-qorti tar-rinviju, ta’ dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jmorru kontrih (ara, b’analoġija, is-sentenza Flughafen Köln vs Bonn, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33). F’dan il-każ, sa fejn huwa impossibbli li ssir interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti taz-ZDDS b’mod konformi mal-Artikolu 80(1) ta’ din id-direttiva, il-qorti nazzjonali ma għandhiex tapplika dawn id-dispożizzjonijiet inkwantu huma inkompatibbli mal-imsemmi Artikolu 80(1).</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-konsegwenza ta’ dan tkun li l-Artikolu 73 tad-Direttiva VAT japplika, bl-għan li jiġi stabbilit li, bla ħsara għad-derogi previsti mill-istess direttiva, il-valur taxxabbli tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa kkostitwit mill-korrispettiv realment riċevut. Bħalma l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet rigward l-Artikolu 11(A)(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/69, li sar l-Artikolu 73 tad-Direttiva VAT, din id-dispożizzjoni għandha effett dirett (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19950706">6 ta’ Lulju 1995</DATE>, BP Soupergaz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/93" PAGE.ECR="I-1883" YEAR="1995">C-62/93, Ġabra p. I-1883</REF.DOC.ECR>, punti 34 sa 36, kif ukoll tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/00" PAGE.ECR="I-6325" YEAR="2002">C-62/00, Ġabra p. I-6325</REF.DOC.ECR>, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ħames domanda fil-Kawża C-621/10 u għas-sitt domanda fil-Kawża C-129/11 għandha tkun li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva VAT jagħti lill-kumpanniji kkonċernati d-dritt li jinvokawh direttament sabiex jopponu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi ma’ dan l-Artikolu 80(1), il-qorti tar-rinviju ma għandha tapplika l-ebda dispożizzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li tmur kontrih.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 80(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni li huwa jsemmi huma eżawrjenti u li, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax tipprevedi, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, li l-valur taxxabbli huwa l-valur fis-suq miftuħ tat-tranżazzjoni f’każijiet li huma differenti minn dawk elenkati fl-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari meta l-persuna taxxabbli jkollha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud b’mod sħiħ, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti nazzjonali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 80(1) tad-Direttiva 2006/112 jagħti lill-kumpanniji kkonċernati d-dritt li jinvokawh direttament sabiex jopponu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni. Jekk ma tkunx tista’ tagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali b’mod konformi ma’ dan l-Artikolu 80(1), il-qorti tar-rinviju ma għandha tapplika l-ebda dispożizzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li tmur kontrih.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>