Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tal-Artikolu 1 u tal-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju (ĠU L 259, p. 1), sa fejn dawn jindikaw is-sit imsejjaħ “Acebuchales de la Campiña sur de Cádiz”, li fih jinsab razzett li huwa proprjetà tar-rikorrenti, bħala sit ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Mediterranju.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2) Complejo Agrícola, SA hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.
3) Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.