<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-16/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0016</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:302">EU:C:2018:302</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑16/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">TGE Gas Engineering</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20180503">3 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑16/17</HT></P><P>TGE Gas Engineering GmbH - Sucursal em Portugal</P><P>vs</P><P>Autoridade Tributária e Aduaneira</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa) (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali (Ċentru tal-Arbitraġġ Amministrattiv), il-Portugall))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fil-qasam tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ prestazzjoni ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Distribuzzjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-attività kummerċjali ta’ kumpannija fuq l-azzjonisti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Huwa fenomenu magħruf li bejn kumpannija u l-azzjonisti tagħha mhux biss jistgħu jiġu skambjati prestazzjonijiet fil-kuntest tar-relazzjoni korporattiva, iżda wkoll abbażi ta’ relazzjoni ġuridika proprja u indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà eżaminat, f’diversi okkażjonijiet, l-effetti ta’ dan il-fenomenu fuq is-sistema tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, <NAME.CASE>Heerma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑23/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:46">EU:C:2000:46</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Cibo Participations</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:495">EU:C:2001:495</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari toffri l-okkażjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċċara l-konsegwenzi tad-distribuzzjoni minn grupp ta’ impriżi tal-ispejjeż ġenerali tiegħu lill-membri tiegħu fuq id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku tad-dritt tal-Unjoni għal dan il-każ huwa rrappreżentat mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). L-Artikolu 167 tal-imsemmija direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Dritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-transazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-transazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, fil-verżjoni applikabbli mill‑<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, tistabbilixxi li l-post tal-prestazzjoni ta’ servizzi lil persuna taxxabbli huwa s-sede tal-attività ekonomika ta’ din tal-aħħar. Bil-kontra, jekk is-servizz jiġi pprovdut lill-istabbiliment stabbli tal-persuna taxxabbli, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, il-post tal-prestazzjoni ta’ servizzi huwa l-post tal-istabbiliment stabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal‑<DATE ISO="20110315">15 ta’ Marzu 2011</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, applikabbli mill‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, jistabbilixxi modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 10 jiddefinixxi iktar fid-dettall il-kunċett ta’ sede tal-attività ekonomika u l-Artikolu 11 tiegħu l-kunċett ta’ stabbiliment stabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-preskrizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet iċċitati tad-Direttiva tal-VAT ġew trasposti mil-leġiżlatur Portugiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Ir-Regime do Registo Nacional de Pessoas Coletivas (il-Liġi dwar ir-Reġistru Nazzjonali tal-Persuni Ġuridiċi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Liġi RNPC<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) tirregola r-reġistrazzjoni tal-persuni ġuridiċi fir-Registo Nacional de Pessoas Coletivas (ir-Reġistru Nazzjonali tal-Persuni Ġuridiċi, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>RNPC<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 4(1)(a) u (b) tal-Liġi RNPC, dan ir-reġistru jinkludi reġistrazzjonijiet kemm dwar persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt Portugiż jew minn dritt barrani kif ukoll dwar rappreżentanzi ta’ persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt internazzjonali jew minn dritt barrani li normalment joperaw fil-Portugall.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-Liġi RNPC jipprovdi li kull persuna ġuridika rreġistrata fir-RNPC tirċievi Número de Identificação de Pessoa Coletiva (numru ta’ identifikazzjoni għal persuni ġuridiċi, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>NIPC<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u jirregola d-dettalji tal-attribuzzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>TGE Gas Engineering GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>TGE Bonn<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) hija kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż b’sede f’Bonn. Fit‑<DATE ISO="20090303">3 ta’ Marzu 2009</DATE> din ġiet assenjata n-NIPC <FT TYPE="NUMBER">980410878</FT> fil-Portugall għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni unika (ix-xiri ta’ ishma ta’ kumpannija) bħala entità mhux residenti mingħajr stabbiliment stabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hija l-fergħa Portugiża ta’ TGE Bonn, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>TGE Gas Engineering GmbH – Sucursal em Portugal<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>TGE Portugal<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). Fis‑<DATE ISO="20090407">7 ta’ April 2009</DATE> din ġiet assenjata n-NIPC <FT TYPE="NUMBER">980412463</FT> bħala entità mhux residenti bi stabbiliment stabbli fil-Portugall.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20090417">17 ta’ April 2009</DATE>, flimkien ma’ Somague Engenharia SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Somague<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), TGE Bonn ħolqot grupp ta’ interess ekonomiku (Agrupamento Complementar de Empresas) bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Projesines Expansão do Terminal de GNL de Sines, ACE<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-kuntratt tal-kumpannija jiffissa l-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-grupp bħala 85 % għal Somague u 15 % għal TGE Bonn. B’deroga minn dan, ftehim intern tal-grupp jipprovdi li l-profitti u l-ispejjeż tal-grupp għandhom jinqasmu b’64.29 % għal TGE Bonn u 35.71 % għal Somague.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-mument tal-ħolqien tal-grupp, TGE Bonn użat in-NIPC <FT TYPE="NUMBER">980410878</FT>, assenjat lilha bħala entità mhux residenti mingħajr stabbiliment stabbli, u mhux in-NIPC assenjat lil TGE Portugal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-grupp innifsu huwa msieħeb kuntrattwalment ma’ Redes Engéticas Nacionais (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>REN)<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li hija kumpannija tal-elettriku Portugiża, u qiegħed iwettaq il-proġett ta’ espansjoni tat-terminal f’Sines, li huwa terminal għal gass naturali llikwifikat, għal din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20090504">4 ta’ Mejju 2009</DATE>, il-grupp ikkonkluda kuntratt ta’ subappalt ma’ TGE Portugal. Kuntratt simili kien jeżisti wkoll ma’ Somague.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Abbażi tal-imsemmija kuntratti, TGE Portugal u Somague wettqu kunsinni u prestazzjonijiet ta’ servizzi bħala subappaltaturi tal-grupp. Konformement mal-klawżola fil-kuntratt ta’ subappalt konkluż bejn il-grupp u TGE Portugal (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Full back-to-back general principle<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), il-grupp iffattura lil REN, bħala klijenta, it-totalità ta’ dawn il-kunsinni u prestazzjonijiet oħrajn li ġew fornuti lilu minn TGE Portugal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-grupp iffattura lil TGE Portugal l-64.29 % tal-ispejjeż inkorsi għall-attività ekonomika proprja tiegħu filwaqt li uża n-NIPC li kien ġie assenjat lil TGE Portugal. Il-grupp iffattura l-35.71 % tal-ispejjeż lil Somague. L-uniku skop tal-fatturazzjoni kien li l-ispejjeż tal-grupp jiġu mgħoddija lill-membri tiegħu. Għaldaqstant, l-ispejjeż inqasmu konformement mal-ftehim intern tal-membri dwar l-obbligazzjonijiet tal-grupp. Madankollu, dan xorta waħda indika l-VAT fuq il-fatturi u proprju ħallasha lill-amministrazzjoni finanzjarja Portugiża, xi ħaġa li din qatt ma kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Sussegwentement, TGE Portugal invokat it-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa inkluża fil-VAT indikata f’dawn il-fatturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ spezzjoni fiskali li wettqet l-Autoridade Tributária e Aduaneira (l-Awtorità tat-Taxxa u tad-Dwana, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ATA<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) fir-rigward ta’ TGE Portugal għall-perijodi tat-taxxa 2009, 2010 u 2011, ġie mħejji rapport dwar l-ispezzjoni fiskali. L-ATA nnotat li, minħabba n-NIPC differenti, TGE Portugal u TGE Bonn kellhom jiġu ttrattati bħala entitajiet legali differenti. Fir-rapport ġie rrimarkat li, peress li TGE Bonn hija membru tal-grupp, mentri TGE Portugal ma hijiex, il-grupp indebitament iffattura l-ispejjeż tiegħu lil TGE Portugal. It-tnaqqis, minn TGE Portugal, tat-taxxa tal-input imħallsa kien inammissibbli għal dawn l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-konstatazzjonijiet, l-ATA ħarġet avviżi fil-konfront ta’ TGE Portugal għad-determinazzjoni tal-VAT, flimkien ma’ interessi kumpensatorji. Fit‑<DATE ISO="20140328">28 ta’ Marzu 2014</DATE>, TGE Portugal ippreżentat ilment kontra dawn l-avviżi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-perijodi tat-taxxa 2010 u 2011, iżda l-ilment ġie miċħud mill-ATA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20140919">19 ta’ Settembru 2014</DATE>, TGE Portugal ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment, li mill-ġdid ġie miċħud bid-deċiżjoni nnotifikata lir-rikorrenti fil‑<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20151222">22 ta’ Diċembru 2015</DATE>, TGE Portugal ippreżentat quddiem il-qorti tar-rinviju talba għall-arbitraġġ diretta kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni ta’ arbitraġġ tad‑<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li waslet fis‑<DATE ISO="20170116">16 ta’ Jannar 2017</DATE>, it-Tribunal Arbitral Tributário (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali, il-Portugall) ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 267 TFUE, id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P>L-Artikoli 44, 45, 132(1)(f), 167, 168, 169, 178, 179 u 192A, 193, 194 u 196 tad-Direttiva tal-VAT (Direttiva 2006/112), l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali Portugiża tirrifjuta d-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT lil fergħa ta’ kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, f’sitwazzjoni fejn:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż tkun kisbet numru ta’ identifikazzjoni fiskali fil-Portugall għat-twettiq ta’ att uniku, b’mod speċifiku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>xiri ta’ ishma<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, marbuta ma’ entità mhux residenti mingħajr stabbiliment stabbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussegwentement, il-fergħa tal-imsemmija kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż tiġi rreġistrata fil-Portugall, fejn tingħata numru fiskali speċifiku għaliha, inkwantu stabbiliment stabbli ta’ din il-kumpannija;</P></ITEM><ITEM><P>wara, il-kumpannija rregolata mid-dritt Ġermaniż, li tkun użat l-ewwel numru ta’ identifikazzjoni, tikkonkludi ma’ impriża oħra kuntratt ta’ kostituzzjoni ta’ grupp ta’ interess ekonomiku (GIE), għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ appalt fil-Portugall;</P></ITEM><ITEM><P>sussegwentement, il-fergħa, wara li tuża n-numru fiskali speċifiku għaliha, tikkonkludi kuntratt ta’ subappalt mal-GIE, li jelenka l-prestazzjonijiet reċiproċi bejn il-fergħa u l-GIE u li dan tal-aħħar jaddebita lis-subappaltaturi, skont il-proporzjonijiet miftiehma, l-ispejjeż inkorsi minnu;</P></ITEM><ITEM><P>il-GIE jindika, fin-noti ta’ debitu li bagħat biex jaddebita l-ispejjeż lill-fergħa, in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali ta’ din tal-aħħar u jiffattura l-VAT;</P></ITEM><ITEM><P>il-fergħa tnaqqas il-VAT iffatturat fin-noti ta’ debitu;</P></ITEM><ITEM><P>l-operazzjonijiet attivi tal-GIE jiġu kkostitwiti (permezz tas-subappalt), mill-operazzjonijiet attivi tal-fergħa u tal-impriża l-oħra membru fil-GIE, fejn dawn jiffatturaw lill-GIE id-dħul kollu li dan tal-aħħar jiffattura lil sid il-kostruzzjoni?</P></ITEM></LIST></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fuq talba għal informazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju – l-istess bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali – indikat b’mod supplimentari li l-fatturi tal-grupp kellhom l-uniku skop li l-ispejjeż ġenerali tal-attività ekonomika tiegħu jiġu mgħoddija lill-membri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, TGE Portugal, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni Ewropea ressqu l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom u l-istess partijiet ipparteċipaw ukoll fis-seduta tad‑<DATE ISO="20180319">19 ta’ Marzu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-qorti tar-rinviju li tagħmel domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, it-Tribunal Arbitral Tributário (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali) għandha titqies li hija qorti ta’ Stat Membru fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 267 TFUE u għalhekk tista’ tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja rinviju għal deċiżjoni preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑377/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1754">EU:C:2014:1754</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni tad-domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi għan-NIPC differenti li ġew attribwiti lil TGE Bonn u lil TGE Portugal u li ntużaw b’rabta mal-grupp, jiġifieri n-NIPC ta’ TGE Bonn meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ ħolqien tal-grupp, kif ukoll in-NIPC ta’ TGE Portugal meta ġie konkluż il-kuntratt ta’ subappalt mal-grupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, id-domanda tal-qorti tar-rinviju essenzjalment għandha l-għan li tiċċara jekk TGE Bonn jew TGE Portugal għandhiex dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa meta l-grupp jiffattura l-ispejjeż ġenerali tiegħu lil TGE Portugal filwaqt li jindika l-VAT fuq il-fattura. B’hekk, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk f’każ bħal dak ineżami humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa huma indikati fl-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT: għandu d-dritt inaqqas it-taxxa tal-input dovuta jew imħallsa fi tranżazzjoni tal-input preċedenti min huwa stess huwa persuna taxxabbli u jkun irċieva mingħand persuna taxxabbli oħra kunsinna jew servizz li juża għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li, fil-każ ineżami, il-grupp ħallas il-VAT li dan stess iffattura lil TGE Portugal. Lanqas ma huwa kkontestat li l-grupp, bħala prinċipju, huwa persuna taxxabbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi ċċarat jekk TGE Portugal hijiex il-benefiċjarja ta’ prestazzjoni ta’ servizzi li tikkostitwixxi l-korrispettiv tal-ħlas tal-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Persuna taxxabbli bħala benefiċjarja tal-prestazzjoni ta’ servizzi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT, persuna taxxabbli biss għandha dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallas. Għalhekk, il-benefiċjarju tal-prestazzjoni ta’ servizzi jrid ikun persuna taxxabbli fis-sens tad-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxi li huwa persuna taxxabbli min jeżerċita attività ekonomika b’mod indipendenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-relazzjoni ta’ kumpannija mal-fergħa tagħha fi Stat Membru ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fergħa tal-kumpannija ma teżerċitax attività ekonomika indipendenti, peress li ma ġġorrx hija stess ir-riskju ekonomiku tal-attività ekonomika tagħha, partikolarment minħabba l-fatt li ma għandhiex kapital ta’ dotazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>FCE Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:196">EU:C:2006:196</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Skandia America Corp. (USA), filial Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2225">EU:C:2014:2225</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, ir-riskju ekonomiku jinġarr biss minn dik il-kumpannija li lilha tappartjeni l-fergħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Anki jekk il-kunċett ta’ persuna taxxabbli, kif stabbilit mid-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu u uniformi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Skandia America Corp. (USA), filial Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2225">EU:C:2014:2225</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u għalhekk ma għandux ikopri biss persuni fiżiċi u ġuridiċi, iżda wkoll entitajiet mingħajr personalità ġuridika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, <NAME.CASE>Heerma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑23/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:46">EU:C:2000:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kumpannija u l-fergħa tagħha fi Stat Membru ieħor jikkostitwixxu l-istess entità ġuridika, li fi ħdanha ma jeżistux żewġ persuni taxxabbli awtonomi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FCE Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:582">EU:C:2005:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont dan l-istandard, TGE Bonn u TGE Portugal jikkostitwixxu persuna taxxabbli <HT TYPE="ITALIC">waħda</HT> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>TGE<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Dwar din il-konklużjoni ma jibdel xejn il-fatt li TGE Bonn u TGE Portugal għandhom NIPC differenti u li, fil-ħolqien tal-grupp, intuża n-NIPC ta’ TGE Bonn mentri għall-fatturazzjoni intiża għad-diviżjoni tal-ispejjeż intuża n-NIPC ta’ TGE Portugal.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-eżistenza ta’ prestazzjoni ta’ servizzi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-VAT jeżiġi li prestazzjoni (kunsinna fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 14 jew prestazzjoni ta’ servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT) tiġi pprovduta lill-persuna taxxabbli li hija awtorizzata tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, prestazzjoni hija taxxabbli biss jekk bejn il-prestatarju u l-benefiċjarju teżisti relazzjoni ġuridika li fl-ambitu tagħha jkun hemm skambju ta’ prestazzjonijiet reċiproċi, fejn il-kumpens li jirċievi l-prestatarju jikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tas-servizz mogħti lill-benefiċjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940303">3 ta’ Marzu 1994</DATE>, <NAME.CASE>Tolsma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:80">EU:C:1994:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kennemer Golf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:200">EU:C:2002:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>FCE Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑210/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:196">EU:C:2006:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Skandia America Corp. (USA), filial Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑7/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2225">EU:C:2014:2225</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-bażi taxxabbli ta’ prestazzjoni ta’ servizzi hija kkostitwita minn dak kollu li jiġi rċevut bħala korrispettiv għas-servizz ipprovdut u għalhekk prestazzjoni ta’ servizzi hija taxxabbli biss meta teżisti rabta diretta bejn is-servizz ipprovdut u l-korrispettiv rċevut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940303">3 ta’ Marzu 1994</DATE>, <NAME.CASE>Tolsma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:80">EU:C:1994:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kennemer Golf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:200">EU:C:2002:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-grupp kellu għalhekk jipprovdi prestazzjoni konkreta ta’ servizzi, li l-benefiċjarja tagħha tkun TGE. Huwa biss f’dak il-każ li l-ammonti ffatturati mill-grupp lil TGE u mħallsa minn TGE jkunu jikkostitwixxu l-korrispettiv għal prestazzjoni ta’ servizzi li għaliha tkun effettivament dovuta l-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrilevat mill-qorti tar-rinviju u mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fit-tweġibiet tagħhom għat-talba għal informazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-ammonti inkwistjoni jikkostitwixxu l-ispejjeż ġenerali tal-attività ekonomika tal-grupp. L-uniku skop tal-fatturi kien li tali spejjeż jiġu mgħoddija lil TGE bħala membru. L-ammonti ma tħallsux bħala korrispettiv għal prestazzjoni mogħtija mill-grupp lil TGE u għalhekk ma kellhomx in-natura ta’ remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi preżunt li, fil-każ ineżami, ma saret l-ebda prestazzjoni konkreta ta’ servizzi fil-konfront tal-persuna taxxabbli. Pjuttost, is-somom iffatturati lil TGE u mħallsa minnha jikkostitwixxu d-distribuzzjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-grupp lill-membri tiegħu, li ssegwi mill-obbligu tagħhom ta’ distribuzzjoni tad-dħul u t-telf, iżda mhux il-korrispettiv għal attività konkreta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkonfermata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Cibo Participations. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet f’dik is-sentenza li l-ħlas ta’ dividendi ma jikkostitwixxix il-korrispettiv għal prestazzjoni ta’ servizzi, iżda huwa r-riżultat tas-sempliċi żamma ta’ parteċipazzjoni u b’hekk tal-pożizzjoni ta’ azzjonist. B’mod partikolari, id-distribuzzjoni ta’ dividendi tippreżupponi, normalment, l-eżistenza ta’ profitti li jistgħu jitqassmu u tiddependi, għalhekk, mill-bilanċ kurrenti tal-kumpannija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Cibo Participations</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:495">EU:C:2001:495</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); b’dan hija mfissra d-dipendenza tat-tqassim tad-dividendi mir-riżultat ekonomiku tal-kumpannija.</P></NOTE>. Huwa minnu li, fil-każ ineżami, ma humiex qegħdin jitqassmu dividendi, jiġifieri profitti, mill-grupp lejn il-membri tiegħu. Pjuttost, huma dawn tal-aħħar li qegħdin iħallsu somma lill-grupp. Madankollu, kif spjegat diġà l-amministrazzjoni finanzjarja fil-kawża prinċipali, dawn huma l-ispejjeż ġenerali tal-attività kummerċjali tal-grupp. Fl-aħħar mill-aħħar, it-tbatija ta’ dawn l-ispejjeż tikkostitwixxi n-naħa l-oħra tal-istess munita bħall-ħlas ta’ dividendi fil-kawża Cibo Participations: l-ammont iffatturat mill-grupp jiddependi mis-sitwazzjoni ta’ dħul tiegħu, l-istess kif l-ammont tad-dividendi mqassma kien jiddependi mis-sitwazzjoni ta’ dħul tal-kumpanniji li fihom Cibo Participations kellha parteċipazzjoni. Azzjonist mhux biss għandu d-dritt, abbażi tal-istatus tiegħu, li jirċievi parti mill-profitti, iżda huwa wkoll obbligat, fil-każ ineżami, li jkopri l-ispejjeż imġarrba. Filwaqt li l-kawża Cibo Participations kienet tikkonċerna l-parteċipazzjoni fil-profitti, il-każ ineżami jirrigwarda l-kopertura tal-ispejjeż imġarrba. Fiż-żewġ każijiet, il-ħlasijiet effettwati huma riżultat tal-istatus ta’ azzjonist u b’hekk ma jikkostitwixxux il-korrispettiv ta’ prestazzjoni ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ korrispettiv jiddistingwi dan il-każ mill-każ inkwistjoni fil-kawża Heerma. F’dik il-kawża, l-azzjonist ta’ kumpannija rregolata mid-dritt ċivili kera proprjetà immobbli lill-kumpannija, u għal dan il-kumpannija ħallsitu l-kera li kienet indipendenti mill-parteċipazzjoni tiegħu fil-profitti u fit-telf tal-kumpannija. F’dak il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kiri tal-proprjetà immobbli jikkostitwixxi prestazzjoni suġġetta għall-ħlas tal-VAT, peress li l-korrispettiv kien effettivament remunerazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000127">27 ta’ Jannar 2000</DATE>, <NAME.CASE>Heerma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑23/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:46">EU:C:2000:46</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, is-sitwazzjoni ineżami lanqas ma tista’ titqabbel mal-miżata ta’ sħubija ta’ membru f’assoċjazzjoni. Huwa minnu li, fil-kawża Kennemer Golf, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-miżata ta’ sħubija tikkostitwixxi l-bażi taxxabbli għall-VAT jekk din tkun il-korrispettiv għall-possibbiltà li jintużaw il-beni li jagħmlu parti mill-assi tal-assoċjazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020321">21 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Kennemer Golf</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑174/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:200">EU:C:2002:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan għaliex, minn naħa, l-obbligu li titħallas il-miżata ta’ sħubija ma huwiex dovut direttament għall-fatt ta’ jekk l-assoċjazzjoni tagħmilx profitti jew telf, iżda huwa bbażat fuq l-awtonomija statutorja tal-assoċjazzjoni. Barra minn hekk, il-miżata kienet tirrigwarda, fil-każ inkwistjoni, awtorizzazzjoni <HT TYPE="ITALIC">konkreta</HT> li l-membri jagħmlu użu mill-faċilitajiet sportivi tal-assoċjazzjoni. Fil-każ ineżami, għall-kuntrarju, l-ammonti ffatturati lil TGE u mħallsa minnha jiddependu <HT TYPE="ITALIC">biss</HT> mir-riżultat ekonomiku tal-grupp. Min-naħa l-oħra, il-grupp ma huwiex jikkonċedi l-possibbiltà lil TGE li tagħmel użu minn beni tal-assi tiegħu, filwaqt li jiffattura korrispettiv għal dan l-użu. Pjuttost, l-ammont iffatturat huwa r-riżultat tal-istatus ta’ azzjonista li għandha TGE u l-obbligu li dan iġib miegħu fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-profitt u tat-telf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-argument tal-Kummissjoni fis-seduta, ma jistax jingħad li dan huwa każ ta’ kummissjoni ta’ prestazzjoni ta’ servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT. Is-suġġett tal-kawża prinċipali huwa biss il-fatturazzjoni tal-ispejjeż li ġarrab il-grupp għall-fini li jibbenefika minn kunsinni u prestazzjonijiet ta’ servizzi effettwati minn terzi. Madankollu dawn il-prestazzjonijiet ta’ terzi ġew ipprovduti <HT TYPE="ITALIC">fil-konfront tal-grupp innifsu</HT>. Dawn kienu jservu l-attività<?PAGE NO="8"?> ekonomika tal-grupp u ma ġewx ipprovduti lill-membri ta’ dan tal-aħħar. Infatti, kif issostanzjat espliċitament il-qorti tar-rinviju, f’dan ir-rigward ma hemmx prestazzjoni tal-grupp favur il-membri tiegħu. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>fi provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) ma humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ma jirriżulta xejn differenti mill-prinċipju ta’ newtralità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa huwa prinċipju bażiku tas-sistema komuni tal-VAT u huwa intiż sabiex kull imprenditur jiġi kompletament meħlus mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Cibo Participations</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:495">EU:C:2001:495</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑388/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:541">EU:C:2013:541</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi newtralità fir-rigward tal-intaxxar tal-attivitajiet ekonomiċi kollha. Madankollu, il-kundizzjoni meħtieġa f’dan ir-rigward hija, bħala prinċipju, li l-imsemmija attivitajiet stess ikunu suġġetti għall-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Cibo Participations</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑16/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:495">EU:C:2001:495</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Le Crédit Lyonnais</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑388/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:541">EU:C:2013:541</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Barlis 06 – Investimentos Imobiliários e Turísticos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑516/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:690">EU:C:2016:690</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Peress li, skont il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, diġà hija nieqsa prestazzjoni ta’ servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT, il-grupp ma kienx responsabbli għall-ħlas tal-VAT fir-rigward tar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>rifatturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-ispejjeż ġenerali tal-attività kummerċjali tiegħu, li huwa stess ittrasferixxa lill-membri tiegħu. Il-VAT għalhekk tħallset bi żball. Peress li din it-taxxa, mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni, ma kinitx dovuta, ma hemmx lok għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ newtralità. Dan tal-aħħar ma jimponix, fil-każ ineżami, li TGE tiġi eżentata mill-VAT imposta fuq is-somom li tħallsu lill-grupp, peress li t-taxxa lanqas biss hija dovuta skont id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi rrilevat li l-grupp ma jipprovdi ebda prestazzjoni ta’ servizzi fil-konfront ta’ TGE li fuqha jista’ jiġi fondat id-dritt ta’ TGE għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-post tal-prestazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll sabiex tinterpreta l-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva tal-VAT, li jiddefinixxu l-post tal-prestazzjoni ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, il-post tal-prestazzjoni ta’ servizzi lil persuna taxxabbli huwa s-sede tal-attività ekonomika tal-<HT TYPE="ITALIC">benefiċjarju tal-prestazzjoni ta’ servizzi</HT>. Il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel dan il-punt ta’ rabta bħala prijorità peress li, bħala kriterju oġġettiv, sempliċi u prattiku, joffri ċertezza legali kbira<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Welmory</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, ir-rabta mal-istabbiliment stabbli tad-destinatarju tas-servizz, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, hija ta’ inqas importanza u tikkostitwixxi deroga għar-regola ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Welmory</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑605/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2298">EU:C:2014:2298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat fil-kawża Welmory ir-relazzjoni eżistenti bejn dawn iż-żewġ punti ta’ rabta, kemm skont l-ewwel kif ukoll skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-VAT, fl-aħħar mill-aħħar huwa determinanti r-riċeviment ta’ prestazzjoni ta’ servizzi mill-persuna taxxabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, kif ikkonstatajt preċedentement, f’dan il-każ hija nieqsa prestazzjoni ta’ servizzi. Għalhekk, minħabba n-nuqqas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat il-post tal-prestazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>B’hekk, id-domanda mressqa mill-qorti tar-rinviju ma tistax, f’dan ir-rigward, tirċievi risposta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa) (il-Qorti Arbitrali fil-Qasam Fiskali (Ċentru tal-Arbitraġġ Amministrattiv)) kif ġej:</TXT><P>L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li, minħabba n-nuqqas ta’ kunsinna ta’ beni jew ta’ prestazzjoni ta’ servizzi suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma jeżistix id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fil-każ li Agrupamento Complementar de Empresas (grupp ta’ interess ekonomiku) jgħaddi l-ispejjeż ġenerali tal-attivitajiet kummerċjali tiegħu lil kumpannija rregolata minn dritt barrani, li tkun membru tal-imsemmi grupp, anki jekk, b’rabta mat-tali somma, tkun tħallset bi żball il-VAT u nħarġet fattura lill-fergħa residenti tal-kumpannija li tkun membru tal-grupp.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>