|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6253 |
19.11.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12162 – BP / CORTEVA / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6253)
1.
Fil-11 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BP p.l.c. (“bp”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Corteva, Inc. (“Corteva”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Corteva BP LLC (l-Istati Uniti). |
bp u Corteva se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Corteva BP LLC.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
bp hija l-kumpanija omm ta’ grupp tal-enerġija globalment attiv fil-forniment taż-żejt, tal-gass naturali, tal-petroleum u tal-prodotti petrokimiċi, u tal-enerġija alternattiva, inklużi l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli, |
|
— |
Corteva hija l-kumpanija omm ta’ grupp agrikolu globalment attiv fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ żrieragħ u prodotti għall-protezzjoni tal-għelejjel, inklużi żrieragħ li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ żejt veġetali grezz. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ Corteva BP LLC huma l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt veġetali grezz (materja prima taż-żejt) derivat minn għelejjel speċifiċi (jiġifieri żrieragħ żejtnin tal-lift, żrieragħ żejtnin tal-mustarda mkabbra fl-Istati Uniti u żrieragħ żejtnin tal-ġirasol imkabbra fi Franza, fl-Italja u fir-Rumanija), li jintużaw prinċipalment għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli li jikkonforma mal-Anness IX, il-Parti A (t) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward taż-żieda ta’ materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils u tal-bijogass, kif emendata bid-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2024/1405 tal-14 ta’ Marzu 2024. Se tbigħ ukoll dqiq taż-żerriegħa żejtnija.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12162 — BP / CORTEVA / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6253/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)