Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 28 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-vetturi użati importati, l-obbligu ta’ kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, filwaqt li l-vetturi nazzjonali li għandhom l-istess karatteristiċi mhumiex suġġetti għal tali rekwiżit.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ssuġġettat il-vetturi użati importati, irreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħrajn, għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom fil-Polonja, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 KE.

2) Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.