Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2008 – Il-Kummissjoni vs Il-Polonja

(Kawża C‑170/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxi interni – Obbligu ta’ kontroll tekniku tal-vetturi użati importati – Artikoli 28 KE u 30 KE – Direttiva 96/96/KE – Rikonoxximent tal-kontrolli tekniċi mwettqa fi Stati Membri oħra”

Moviment liberu tal-merkanzija – Restrizzjonijiet kwantitattivi – Miżuri li għandhom effett ekwivalenti (Artikoli 28 KE u 30 KE; Direttiva tal-Kunsill 96/96, Artikolu 3(1) u (2)), (ara l-punti 42-52 u d-dispożitiv)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 28 KE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-vetturi użati importati, l-obbligu ta’ kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, filwaqt li l-vetturi nazzjonali li għandhom l-istess karatteristiċi mhumiex suġġetti għal tali rekwiżit.

Dispożittiv

1)

Billi ssuġġettat il-vetturi użati importati, irreġistrati preċedentement fi Stati Membri oħrajn, għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom fil-Polonja, ir-Repubblika tal-Polonja naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 28 KE.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.