Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0910 - 0910
II. IL-LEĠISLAZZJONI FITOSANITARJA 32002 L 0053: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat- 13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni tal-varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1); 32002 L 0055: Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat- 13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żerriegħa tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33). Is-Slovenja tista' tipposponi għal perijodu ta' ħames snin wara d-data ta' l-adeżjoni l-applikazzjoni tad-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE fir-rigward tal-marketing fit-territorju tagħha ta' żerriegħa tal-varjetajiet imniżżlin fil-katalogi nazzjonali rispettivi tagħha ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti tal-ħxejjex li mhumiex uffiċjalment aċċettati skond id-disposizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi. Matul dak il-perijodu, dawn iż-żrieragħ ma għandhomx jiġu kkumerċjalizzati fit-territorju ta' Stati Membri oħra. --------------------------------------------------