9.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ-M.8594 — COSCO SHIPPING/OOIL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 377/12)

1.

Fis-27 ta’ Ottubru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

COSCO SHIPPING Holdings Co., Ltd (“COSCO SHIPPING”, iċ-Ċina).

—

Orient Overseas (International) Ltd (“OOIL”, il-Bermuda).

COSCO SHIPPING takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll ta’ OOIL kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal COSCO SHIPPING: tipprovdi firxa wiesgħa ta’ ġarr tal-containers bil-baħar u servizzi ta’ terminals permezz tad-diversi sussidjarji tagħha.

—   għal OOIL: attivi fl-oqsma tat-trasport tal-containers taħt l-isem kummerċjali ta’ OOCL, servizzi ta’ loġistika u servizzi fit-terminal.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8594 — COSCO SHIPPING/OOIL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).