Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VI: IT-TRASPORT - Artikolu 92 (ex Artikolu 72 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0085 - 0085
Artikolu 92 (ex Artikolu 72 TKE) Sakemm jiġu magħmula d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 91(1), u sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta miżura li tagħti deroga, ebda Stat Membru m’għandu japplika d-diversi dispożizzjonijiet tat-trasport li jirregolaw il-materja fl- 1 ta' Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, id-data ta' l-Adeżjoni tagħhom, b'mod li jagħmilhom inqas favorevoli, fl-effett dirett jew indirett tagħhom, għat-trasportaturi ta' Stati Membri oħra meta mqabbla mat-trasportaturi tagħhom nazzjonali. --------------------------------------------------