Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0006 - 0007
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2001 tas-26 ta' Ottubru 2001 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/2001 tat-18 ta' Mejju 2001 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwakultura [2] giet inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/98 tas-17 ta' Lulju 1998 [3]. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [4] ipprovdiet għal perjodu transizzjonali għall-Islanda fir-rigward tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE sat-30 ta' Ġunju 2001. (4) L-għoti ta' perjodu transizzjonali kien iġġustifikat mill-fatt illi l-analiżi tal-karatteristiċi ta' ċerti mard kienu meħtieġa. Fid-dawl tal-fatt illi x-xogħol għadu għaddej huwa iġġustifikat illi jiġi estiż il-perjodu transizzjonali għall-Islanda sat-30 ta' Ġunju 2002. (5) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt 5 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/67/KEE) fil-Parti 4.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim, id-data "30 ta' Ġunju 2001" fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 28d fit-test ta' l-addattament għandu jiġi mibdul di "30 ta' Ġunju 2002". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Ottubru 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5]. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Ottubru 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President E. Bull [1] ĠU L 165, tal-21.6.2001, s. 58. [2] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1. [3] ĠU L 158, ta' l-24.6.1999, p. 1. [4] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24. [5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------