|
16.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 244/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 73/2010
tal-11 ta’ Ġunju 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 536/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jdaħħal fis-seħħ l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti u li jemenda dak ir-Regolament (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 56p (Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): “, kif emendat permezz ta’:
|
|
(2) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56p (Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 536/2008 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.
(2) ĠU L 156, 14.6.2008, p. 10.
(*1) Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.