Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1758/2006 tat- 22 ta’ Mejju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Official Journal L 335 , 01/12/2006 P. 0001 - 0002
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0239 - 0240
20060522 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1758/2006 tat- 22 ta’ Mejju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea, u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u b' mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [1] li jistabbilixxi nomenklatura għall-merkanzija, minn issa ’l quddiem imsejħa bħala "In-Nomenklatura Magħquda", u li jiffissa r-rati ta’ taxxi konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni. (2) Bid-Deċiżjoni 2006/862/KE tat- 22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Malasja skond l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea [2], il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim imsemmi bil-ħsieb li jingħalqu n-negozjati li bdew skond l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994. (3) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Parti Tnejn "Skeda ta' dazji doganali" ta' l-Anness I għal Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha tiġi emendata kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 22 ta’ Mejju 2006. Għall-Kunsill Il-President J. Pröll [1] ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 838/2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 1). [2] Ara paġna 242 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- 20060522 ANNESS Minkejja r-regoli dwar l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kitba li tiddeskrivi l-prodotti għandha tkun ikkunsidrata li ma għandhiex aktar minn valur indikattiv, filwaqt li l-konċessjonijiet qed ikunu determinati, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, bl-użu tal-kodiċijiet tan-NM kif dawn jeżistu waqt l-adozzjoni ta’ dan ir-regolament. Fejn jiġu indikati kodiċi ex NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien. F' Parti Tnejn "Skeda ta' dazji doganali" ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ir-rati tad-dazju li ġejjin għandhom japplikaw għall-perijodu indikat: Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Rata ta’ dazju | "15119019 | Frazzjonijiet solidi ta’ żejt tal-palm, kemm jekk raffinat jew le, iżda li mhux kimikament modifikat, f’pakketti ta’ > 1kg | Rata applikata ta’ 10,0 % [*] | 85254099 | Kameras tal-vidjoreġistrazzjoni oħrajn għajr dawk li jistgħu biss jirreġistraw il-ħoss u l-immaġni meħuda bil-"kamera" tat-televiżjoni | Implimentata permezz tar-Regolament (KE) 2114/2005 | [*] Ir-rata inferjuri applikata indikata hawn fuq għandha tiġi applikata għal tliet snin jew sa meta l-implimentazzjoni tar-riżultati tar-Rawnd ta’ l-Aġenda ta’ Doha għall-Iżvilupp tilħaq il-livell tariffarju ta’ hawn fuq, kwalunkwe minnhom tiġi l-ewwel." --------------------------------------------------