European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/217

9.1.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12240 – EVH GE / HSBC / SP 29)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/217)

1.   

Fid-19 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EVH Grüne Energie - Beteiligung GmbH & Co. KG (“EVH GE”, il-Ġermanja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata indirettament mill-belt ta’ Halle (Saale) (il-Ġermanja),

—

HSBC Alternative Investments S.C.A. SICAV-RAIF (“HSBC Alternative Investments”, il-Lussemburgu), parti mill-grupp HSBC (ir-Renju Unit),

—

SP 29 GmbH & Co. KG (“SP 29”, il-Ġermanja), li bħalissa fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn GVP Bau- und Projektmanagement GmbH (il-Ġermanja).

EVH GE u HSBC Alternative Investments se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ SP 29 kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

EVH GE hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku, tal-gass u tas-sħana, kif ukoll fl-iżvilupp u l-operat tal-faċilitajiet korrispondenti,

—

HSBC Alternative Investments hija kumpanija ta’ investiment li tappartjeni lill-HSBC group. L-HSBC group huwa attiv f’diversi segmenti tas-settur bankarju.

—

Il-kumpanija SP 29 qed tippjana u tibni park solari u faċilità għall-ħżin tal-batteriji f’Kahsel (Neunhausen/Spree, il-Ġermanja) u se toperaha fil-ġejjieni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12240 — EVH GE / HSBC / SP 29

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

B - 1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ABl. ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ABl. ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/217/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)