|
16.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10337 — BC PARTNERS/VISTA EQUITY PARTNERS/EAB GLOBAL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 284/05)
1.
Fid-9 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BC Partners LLP (“BC Partners”, ir-Renju Unit), |
|
— |
Vista Equity Partners Management, LLC (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
— |
EAB Global, Inc. (“EAB Global”, l-Istati Uniti tal-Amerika) |
BC Partners u Vista jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-EAB Global kollha, li bħalissa hija kkontrollata biss minn fondi ġestiti minn Vista.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal BC Partners: ditta tal-investiment internazzjonali li tipprovdi servizzi ta’ konsulenza lil investituri finanzjarji, |
|
— |
għal Vista: ditta tal-investiment iffukata fuq softwer tal-intrapriża, negozji abilitati għad-data u t-teknoloġija, |
|
— |
għal EAB Global: kumpanija li tipprovdi riċerka dwar l-aħjar prattiki, softwer għall-ġestjoni tas-suċċess tal-istudenti u soluzzjonijiet ta’ reġistrazzjoni li jippermettu l-użu ta’ data għas-swieq tal-edukazzjoni għolja mingħajr skop ta’ qligħ u tal-K-12. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10337 – BC PARTNERS/VISTA EQUITY PARTNERS/EAB GLOBAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).