|
24.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 270/66 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1759
tat-23 ta’ Ottubru 2019
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 fir-rigward tal-inklużjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u tad-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta’ Marzu 2017 ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Fil-11 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (2) meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu skont l-Artikolu 50(3) tat-TUE. Skont dik id-Deċiżjoni, il-perjodu previst fl-Artikolu 50(3) tat-TUE ġie estiż b’mod ulterjuri sal-31 ta’ Ottubru 2019. Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit mill-1 ta’ Novembru 2019 (“id-data tal-ħruġ”). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem u l-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom, li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ tali kunsinni. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ipprovda l-garanziji neċessarji sabiex dak il-pajjiż u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 605/2010 għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem mid-data tal-ħruġ billi jkompli jikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal perjodu inizjali ta’ mill-inqas disa’ xhur. |
|
(4) |
Għalhekk, meta jitqiesu dawn il-garanziji speċifiċi pprovduti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-kummerċ wara d-data tal-ħruġ, ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kolonni “A”, “B” u “C” fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 li huma awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħalib mhux ipproċessat, prodotti tal-ħalib, kolostru u prodotti li fihom il-kolostru maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
|
(5) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mid-data tal-ħruġ, sakemm f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tal-ħruġ.
Madankollu, ma għandux tapplika jekk f’dik id-data d-dritt tal-Unjoni jibqa’ japplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tal-11 ta’ April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 tat-2 ta’ Lulju 2010 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1).
ANNESS
It-tabella stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 605/2010 hija emendata kif ġej:
|
(a) |
il-linji li ġejjin jiddaħħlu wara l-entrata għall-Etjopja:
|
|
(b) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għal Iżrael:
|
|
(c) |
il-linja li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-Iżlanda:
|