|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2616 |
19.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2616
tat-18 ta’ Diċembru 2025
dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Koordinatur Ewropew għall-proġett tas-Sinkronizzazzjoni tal-Baltiku maħtur bid-Deċiżjoni (UE) 2024/3223
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/869 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2009, (UE) 2019/942 u (UE) 2019/943 u d-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja ġew sinkronizzati man-Networks Kontinentali Ewropej fid-9 ta’ Frar 2025. Dawn kienu l-aħħar tliet Stati Membri li n-networks tal-elettriku tagħhom kienu jiddependu fuq pajjiżi terzi (ir-Russja u l-Belarussja). |
|
(2) |
Il-proġett ta’ sinkronizzazzjoni tal-Baltiku ilu jiġi appoġġat kontinwament mill-Kummissjoni fl-ogħla livell bħala prijorità għal aktar minn 12-il sena. Dak il-proġett huwa wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ ħidma u ta’ riżultati tal-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku (“BEMIP”, Baltic Energy Market Interconnexion Plan) li ilu jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tiegħu fil-livell tekniku u tal-uffiċjali għolja mill-2015. |
|
(3) |
Il-proġett ta’ sinkronizzazzjoni tal-Baltiku huwa proġett ta’ interess komuni fil-lista tal-Unjoni tal-proġetti ta’ interess komuni (PCIs, projects of common interest) u tal-proġetti ta’ interess reċiproku (PMIs, projects of mutual interest) f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2022/869. L-investimenti relatati mal-karatteristika tal-proġett fir-raggruppament 3.3: “L-integrazzjoni u s-sinkronizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-networks Ewropej”. |
|
(4) |
Minħabba l-importanza tal-proġett, il-Kummissjoni ħatret il-Koordinatur Ewropew għall-Proġett tas-Sinkronizzazzjoni tal-Baltiku bid-Deċiżjoni (UE) 2024/3223 (2). |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tkompli tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Istati Membri u lill-promoturi tal-proġetti kkonċernati, huwa meħtieġ li l-mandat tal-Koordinatur Ewropew maħsub apposta għall-proġett ta’ sinkronizzazzjoni tal-Baltiku jiġġedded għal sena. |
|
(6) |
Il-persuna maħtura bid-Deċiżjoni (UE) 2024/3223, is-Sinjura Catharina Sikow-Magny, tat prestazzjoni sodisfaċenti matul il-mandat attwali tagħha. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2022/869, l-Istati Membri kkonċernati bis-sinkronizzazzjoni tal-Baltiku, jiġifieri l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, ġew ikkonsultati u esprimew il-qbil tagħhom dwar it-tiġdid tal-mandat tal-Koordinatur Ewropew attwali s-Sa Catharina Sikow-Magny. |
|
(8) |
Fil-kuntest tat-tmiem il-mandat li qed jeqreb tal-Koordinatur Ewropew attwali u l-bżonn li tiġi ggarantita kontinwità, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sa Catharina Sikow-Magny bħala Koordinatur Ewropew għall-Proġett tas-Sinkronizzazzjoni tal-Baltiku, li ġiet maħtura bid-Deċiżjoni (UE) 2024/3223, huwa mġedded għal perjodu ta’ sena mill-21 ta’ Diċembru 2025 sal-20 ta’ Diċembru 2026.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 152, 3.6.2022, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/869/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3223 tad-19 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-Koordinatur Ewropew għall-proġett tas-sinkronizzazzjoni tal-Baltiku ta’ interess komuni u li tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għat-twettiq tal-missjoni u l-kompiti tagħhom (ĠU L, 2024/3223, 20.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3223/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2616/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)