|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2892 |
22.12.2023 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2892
tat-18 ta’ Diċembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-document C(2023)9109)
(It-testi bil-Grieg u bil-Bulgaru biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda fl-annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li tista’ tinfirex fi stabbilimenti oħra li jżommu dawk l-annimali. |
|
(2) |
Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2), il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huma ddefiniti bħala marda tal-kategorija A. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, u ċerti miżuri għall-kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta għandha tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2725 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza wara tifqigħat ikkonfermati tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u fil-Greċja. |
|
(4) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 tipprevedi li ż-żoni ristretti li jridu jiġu stabbiliti minn dawk iż-żewġ Stati Membri, wara li jkollhom tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 tistabbilixxi ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti ulterjuri, flimkien mal-miżuri għall-kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(5) |
Fil-Bulgarija, ma ġiet irrapportata l-ebda tifqigħa ġdida tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż sa mill-konferma ta’ tifqigħa waħda fil-provinċja ta’ Burgas fis-16 ta’ Settembru 2023. B’riżultat ta’ dan, iż-żoni ristretti kollha f’dak l-Istat Membru tneħħew mit-30 ta’ Novembru 2023. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini, li jinsabu fl-unità reġjonali ta’ Phthiotis, fir-reġjun tal-Greċja Ċentrali. Dawn huma l-ewwel tifqigħat tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż irrapportati fir-reġjun tal-Greċja Ċentrali u fil-Greċja kontinentali b’mod ġenerali. |
|
(7) |
L-awtorità kompetenti tal-Greċja infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fit-territorju tagħha, wara t-tifqigħat reċenti ta’ dik il-marda fl-unità reġjonali ta’ Phthiotis, u ħadet il-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(8) |
Biex jiġi evitat kwalunkwe xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, jiġu identifikati malajr iż-żoni ristretti għall-ġidri tan-nagħaġ u għall-ġidri tal-mogħoż, li jinkludu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żoni ristretti ulterjuri fil-Greċja b’kollaborazzjoni ma’ dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, jeħtieġ li jiġu estiżi d-daqs u/jew it-tul ta’ żmien ta’ dawn iż-żoni, inkluża ż-żona ristretta ulterjuri stabbilita qabel fil-gżira ta’ Lesbos. |
|
(9) |
Għaldaqstant, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fil-Greċja jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u jenħtieġ li jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. |
|
(10) |
Billi din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri identiċi għal dawk diġà stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725, li l-Bulgarija u l-Greċja qed japplikaw bħalissa, jixraq li din id-Deċiżjoni tapplika f’dawk iż-żewġ Stati Membri rispettivament mill-istess dati bħal dawk elenkati f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, fir-rigward taż-żoni elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 qabel l-emendi li sarulha b’din id-Deċiżjoni. Madankollu, għaż-żoni mdaħħla fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 minħabba l-emendi li saru f’dak l-Anness b’din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li din tapplika mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni rigward il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, jenħtieġ li l-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 jiġi estiż, u jenħtieġ li japplika sal-15 ta’ April 2024. |
|
(12) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni rigward it-tixrid tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725, b’din id-Deċiżjoni, japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 5 Applikazzjoni Din id-Deċiżjoni għandha tapplika:
|
|
2. |
l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2725 tad-29 ta’ Novembru 2023 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż f’ċerti Stati Membri u li jħassar id-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2067 u (UE) 2023/2470 (ĠU L, 2023/2725, 4.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2725/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2725, il-Parti 2 li tikkonċerna l-Greċja hija sostitwita b’dan li ġej:
“2. IL-GREĊJA
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretti fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|||
|
Ir-reġjun tal-Greċja Ċentrali GR-CAPRIPOX-2023-00002 GR-CAPRIPOX-2023-00003 |
Żona ta’ protezzjoni: Those parts of the regional unit of Phthiotis, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.632418, Long. 23.182044 (2023/2); Lat. 38.624906, Long. 23.155387 (2023/3) |
14.1.2024 |
|||
|
Żona ta’ sorveljanza: Żona ta’ sorveljanza li tinkludi ż-żoni li ġejjin:
|
23.1.2024 |
||||
|
Żona ta’ sorveljanza: Those parts of the regional unit of Phthiotis, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 38.632418, Long. 23.182044 (2023/2); Lat. 38.624906, Long. 23.155387 (2023/3) |
15.1.2024 sa 23.1.2024 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Reġjun |
Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||
|
Ir-reġjun tal-Eġew tat-Tramuntana |
Żona ristretta ulterjuri li tinkludi t-territorju kollu tal-unità reġjonali ta’ Lesbos. |
15.3.2024 |
||||||
|
Ir-reġjun tal-Greċja Ċentrali |
Żona ristretta ulterjuri li tinkludi:
|
15.3.2024” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2892/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)