<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑398/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0398</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:652">EU:C:2016:652</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT – KAWŻA C‑398/15</P><P>MANNI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑398/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Salvatore Manni</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (Qorti ta’ Kassazzjoni, l-Italja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Data personali</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi rigward l-ipproċessar ta’ din id-data</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 95/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)(e) u Artikolu 7(c), (e) u (f)</KEYWORD><KEYWORD>Data suġġetta għall-pubblikazzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel Direttiva 68/151/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(d) u (j) kif ukoll Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Dritt li tintesa</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad‑Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 7 u 8</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna sabiex tispjega l-konfini tad-dritt ta’ persuni fiżiċi li jiksbu t‑tneħħija jew l-anonimat tad-data personali tagħhom, din id-darba f’kuntest partikolari tal-pubblikazzjoni legali tal-informazzjoni relatata mal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tinterpreta d-dispożizzjonijiet ta’ żewġ direttivi fid-dawl tal-Karta tad‑Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), b’mod li jagħmel id-dispożizzjonijiet tagħhom konċiljabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kawża tirrigwarda, minn naħa, l-Ewwel Direttiva tal‑Kunsill 68/151/KEE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is‑salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20030715">15 ta’ Lulju 2003</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 304.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 68/151<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u, min-naħa l-oħra, id-Direttiva 95/46/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il‑protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce (Kamra tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal-Artiġġjanat u tal-Argrikoltura ta’ Lecce, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Salvatore Manni dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tneħħi ċerta data personali relatata ma’ S. Manni mir-reġistru tal‑kumpanniji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>F’dawn il-konklużjonijiet, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>reġistru tal-kumpanniji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> ifisser kull reġistru ċentrali, tal-kummerċ jew tal-kumpanniji, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 68/151.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>F’dawn il-konklużjonijiet, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi lill-Corte suprema di cassazione (Qorti ta’ Kassazzjoni, l-Italja) li l-Artikolu 2(1)(d) u (j) kif ukoll l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 u l-Artikolu 6(1)(e) kif ukoll l-Artikolu 7(c), (e) u (f) tad-Direttiva 95/46, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandhom ikunu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-data personali inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji tista’, wara ċertu perijodu u fuq talba tal-persuna kkonċernata, titneħħa, issir anonima jew titħassar, jew issir aċċessibbli biss għal ċirku ristrett ta’ terzi, jiġifieri dawk li juru interess leġittimu li jkollhom aċċess għal tali data.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 68/151</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151, il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti minnha għandhom japplikaw għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar it-tipi ta’ kumpanniji li ġejjin, jiġifieri, għar-Repubblika Taljana, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[la] società per azioni [kumpannija b’responsabbiltà limitata], [la] società in accomandita per azioni [soċjetà in akkomandita b’azzjonijiet], [et la] società a responsabilità limitata [kumpannija privata b’responsabbiltà limitata]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-direttiva, li jinsabu fit-Taqsima 1 tagħha, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Pubbliċità<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Artikolu 2</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw żvelar obbligatorju minn kumpaniji ta’ għall-inqas id‑dokumenti u dettalji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>[i]d-dokument ta’ kostituzzjoni, u l-istatuti jekk huma jinsabu f’dokument separat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>[i]l-ħatra, it-tmiem ta’ kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skont liġi u sew bħala membri ta’ kull korp bħal dak:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit‑trattattivi ma’ terzi u fi proċedimenti legali,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>[l]-istralċ tal-kumpanija;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>[i]l-ħatra ta’ stralċjarji, dettalji dwarhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, kemm-il darba dawn is-setgħat huma espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>[i]t-terminazzjoni ta’ l-istralċ u, fi Stati Membri meta tħassir mir‑reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt ta’ kull tħassir bħal dak.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull Stat Membru, għandu jinfetaħ file fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpanniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpanniji rreġistrati fih.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom ikunu żvelati skont l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-file, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f’kull każ jidhru fil-file.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta’ stampat jew mezzi elettroniċi skont kif jagħżel l-applikant.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 68/151 ġiet abrogata u ssostitwita bid‑Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill‑Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal‑Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="258" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 258, p. 11</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/101 min-naħa tagħha ġiet emendata bid‑Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20120613">13 ta’ Ġunju 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 156, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Mill-premessa 9 tad-Direttiva 2012/17 jirriżulta li din għandha l‑għan li ttejjeb l-aċċess transkonfinali għall-informazzjoni kummerċjali dwar il-kumpanniji u l-fergħat tagħhom miftuħa fi Stati Membri oħra billi tiżgura l-interoperabbiltà tar-reġistri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 25 ta’ din id-direttiva, kwalunke pproċessar ta’ data personali mir-reġistri tal-Istati Membri, mill-Kummissjoni Ewropea u, jekk applikabbli, minn kwalunkwe parti terza involuta fl-operat tal‑pjattaforma ċentrali Ewropea stabbilita mid-direttiva msemmija għandu jsir f’konformità mad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Għalhekk, id-Direttiva 2012/17 introduċiet, b’mod partikolari, l‑Artikolu 7a fid-Direttiva 2009/101, li jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-proċessar tad-data personali li jsir fil-kuntest ta’ din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-Direttiva 95/46[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tad-data meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, din tal-aħħar tibqa’ rregolata bid-Direttiva 68/151.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 li, skont l-Artikolu 1 tagħha, għandha bħala għan il-protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi, b’mod partikolari tad-dritt għall-ħajja privata, fir-rigward tal‑ipproċessar ta’ data personali, kif ukoll it-tneħħija tal-ostakoli għall‑moviment liberu ta’ din id-data, tipprovdi, fil-premessi 2, 8 sa 10, 25, 28 u 29 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>(2)</NO.P><TXT>Billi s-sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ data huma maħsuba biex jaqdu lill-bniedem; billi, indipendentement miċ-ċittadinanza jew residenza ta’ persuna naturali, huma għandhom jirrispettaw id‑drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, u jaghtu sehemhom għall-progress ekonomiku u soċjali, għat-tkattir tal-kummerċ u l-ġid tal-persuna;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Billi, sabiex jitneħħa t-tfixkil għat-tixrid ta’ data personali, il‑grad ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fl‑ipproċessar ta’ dik id-data għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Billi, meta jkun hemm l-istess protezzjoni li tiġi mill‑approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri ma jkunx jistgħu iżommu aktar il-moviment liberu ta’ bejniethom ta’ data personali għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu mal‑protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna, partikolarment tad-dritt għall-ħajja privata […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Billi l-għan tal-liġijiet nazzjonali dwar il-proċessar ta’ data personali huwa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, li huwa rikonoxxut kemm fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall‑Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali[, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>,] u fil‑prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità; billi, għal dik ir‑raġuni, l-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet m’għandhiex bħala riżultat ta’ dan tnaqqas mill-protezzjoni minnhom mogħtija, imma għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tassigura grad għoli ta’ protezzjoni fil-Komunità;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom ikunu riflessi, minn naħa l-waħda, fl-obbligazzjonijiet imposti fuq persuni […] responsabbli għal ipproċessar, partikolarment dwar il-kwalità tad-data, sigurtà teknika, avviżi lill-awtorità ta’ superviżjoni, u ċ‑ċirkostanzi li fihom jista’ jsir l-ipproċessar, u, minn naħa l‑oħra, id-dritt mogħti lil individwu, li d-data dwaru jkun is-suġġett ta’ l-ipproċessar, li jkun mgħarraf bl-ipproċessar li jkun qed isir dwaru, li jikkonsulta d-data, jitlob korrezzjonijiet u li jagħmel ukoll oġġezzjoni għal ipproċessar f’ċerti ċirkostanzi;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Billi kull ipproċessar ta’ data personali għandu jkun ġust u skont il-liġi għall-individwi konċernati; billi, b’mod partikolari, id-data għandha tkun adekwata, rilevanti u mhux eċċessiv għall-għanijiet li għalihom ikun ipproċessat; billi dawn l-għanijiet għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti waqt il-ġbir tad-data; billi l‑għanijiet ta’ l-ipproċessar wara l-ġbir m’għandhomx ikunu inkompatibbli ma’ l-għanijiet kif stabbiliti oriġinarjament;</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="5"?><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Billi meta jkun hemm iktar ipproċessar ta’ data personali għal għanijiet ta’ storja, statistika jew xjenza dan mhux ġeneralment meqjus bħala inkompatibbli ma’ l-għanijiet li dwarhom id-data jkun inġabar minn qabel, sakemm Stati Membri jagħtu protezzjoni xierqa; billi din il-protezzjoni għandha teskludi l-użu tad-data sabiex jittieħdu miżuri jew deċiżjonijiet fir-rigward ta’ individwi partikolari<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>suġġett tad-data<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>); persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>) tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali; meta l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ikunu determinati minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew tal‑Komunità, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti b’liġijiet nazzjonali jew tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fil‑paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall‑ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit-Taqsima I tal-Kapitolu II tad-Direttiva 95/46, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Prinċipji dwar il-kwalità tad-data<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, l-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ipproċessat b’mod ġust u skond il-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>miġbur għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessat aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma dawk il-finijiet. Ippoċessar iktar ta’ data għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi m’għandux jitqies bħala inkompatibbli sakemm dak l-Istat Membru jagħti protezzjoni xierqa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>adekwat, rilevanti u mhux eċċessiv għall-finijiet li għalih jinġab u/jew jiġi iktar ipproċessat;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>eżatt u, fejn meħtieġ, jinżamm aġġornat; għandu jsir dak kollu raġjonevoli biex ikun assigurat li data li ma tkunx eżatta jew mhux kompleta, meħud kont tal-finijiet li għalihom kien inġabar jew li għalihom ikun sar iktar ipproċessar, jitħassar jew jissewwa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>miżmum b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata. Stati Membri għandhom jistabbilixxu protezzjoni xierqa għal data personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun il-kontrollur li jassigura konformità mal‑paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fit-Taqsima II tal-Kapitolu II tad-Direttiva 95/46, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Kriterji biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali jista’ jkun ipproċessat biss jekk:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex titħares obbligazzjoni legali li s‑suġġett tagħha jkun il-kontrollur</TXT><P>jew</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex isir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika vestita fil-kontrollur jew f’parti terza li lilha jkun żvelat id-data</TXT><P>jew;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu l-kontrollur jew il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data, ħlief meta dawk l-interessi jiġu wara l-interessi ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jkun jeħtiġilhom protezzjoni skond l-Artikolu 1(1).<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Dritt ta’ aċċess<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Stati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull suġġett tad-data d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>skont kif jixraq, ir-rettifika, tħassir jew imblokk ta’ data li l‑ipproċessar tiegħu ma jkunx skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, partikolarment minħabba n-natura mhux kompluta jew mhux eżatta tad-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Id-dritt tas-suġġett tad-data li jagħmel oġġezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Stati Membri għandhom jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li, bla ħsara għal dak provdut fil-liġijiet nazzjonali, mill-inqas fil‑każi msemmija fl-Artikolu 7(e) u (f), jagħmel oġġezzjoni f’kull żmien kontra l-ipproċessar ta’ data dwaru għal raġunijiet gravi u leġittimi dwar is-sitwazzjoni partikolari tiegħu. Meta jkun hemm oġġezzjoni ġustifikata, l-ipproċessar mibdi mill-kontrollur jista’ ma jibqax juża dak id-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2188 tal-Codice civile (Kodiċi Ċivili) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Ir-reġistru tal-kumpanniji huwa stabbilit għall-finijiet tar-reġistrazzjonijiet previsti mill-liġi.</ALINEA><ALINEA>Ir-reġistru jinżamm mill-Uffiċċju tar-reġistru tal-kumpanniji, taħt is‑sorveljanza ta’ imħallef inkarigat mill-President tat-Tribunal.</ALINEA><ALINEA>Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) u (2) tal-Liġi Nru 580 – Riordinamento delle camere di commercio, industria, artigianato e agricoltura (Liġi Nru 580 dwar ir-riorganizzazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal‑Artiġġjanat u tal-Agrikoltura), tad-<DATE ISO="19931229">29 ta’ Diċembru 1993</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 7, tal-<DATE ISO="19940111">11 ta’ Jannar 1994</DATE>.</P></NOTE>, jipprevedi li r-reġistru ta’ kumpanniji għandhu jinżamm mill-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal-Artiġġjanat u tal-Agrikoltura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-decreto del Presidente della Repubblica n. 581 – Regolamento di attuazione dell’articolo 8 della legge <DATE ISO="19931229">29 dicembre 1993</DATE>, n. 580, in materia di istituzione del registro delle impresa di cui all’articolo 2188 del codice civile (Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 581, dwar regolament ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 580, tad-<DATE ISO="19931229">29 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-twaqqif tar-reġistru tal-kumpanniji msemmi fl-Artikolu 2188 tal-Kodiċi Ċivili), tas-<DATE ISO="19951207">7 ta’ Diċembru 1995</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>GURI Nru 28, tat-<DATE ISO="19960203">3 ta’ Frar 1996</DATE>.</P></NOTE>, jirregola ċerti dettalji dwar ir-reġistru tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>It-traspożizzjoni fid-dritt Taljan tad-Direttiva 95/46 saret bid‑decreto legislativo n. 196 – Codice in materia di protezione dei dati personali (Digriet Leġiżlattiv Nru 196, li jistabbilixxi kodiċi dwar il‑protezzjoni ta’ data personali), tat-<DATE ISO="20030630">30 ta’ Ġunju 2003</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 174, tad-<DATE ISO="20030729">29 ta’ Lulju 2003</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>digriet leġiżlattiv Nru 196<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>S. Manni huwa l-amministratur waħdieni ta’ Italiana Costruzioni Srl, kumpannija tal-bini li ngħatat kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ kumpless turistiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors tat-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE>, S. Manni beda proċeduri kontra l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce, billi ddikjara li l-bini ta’ dan il-kumpless ma kienx qiegħed jinbiegħ minħabba l-fatt li mir‑reġistru tal-kumpanniji kien jirriżulta li huwa kien l-uniku amministratur u stralċjarju ta’ Immobiliaire e Finanziaria Salentina Srl (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Immobiliare Salentina<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), li ġiet iddikjarata falluta fl‑1992 u li tneħħiet mir-reġistru tal-kumpanniji, fi tmiem proċedura ta’ likwidazzjoni, fis-<DATE ISO="20050707">7 ta’ Lulju 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, S. Manni sostna li din id-data personali, li tidher fir-reġistru tal-kumpanniji, ġiet ipproċessata minn kumpanniji ta’ informazzjoni professjonali, bħal Cerved Business Information SpA, u li, minkejja talba f’dan is-sens magħmula fl-<DATE ISO="20060410">10 ta’ April 2006</DATE>, il-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce ma pproċedietx biex tneħħiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>S. Manni għalhekk talab, minn naħa, li l-Kamra tal‑Kummerċ ta’ Lecce tiġi ordnata li tneħħi, li tagħmel anonima jew li tibblokka d-data li torbtu mal-falliment ta’ Immobiliare Salentina u, min-naħa l-oħra, li l-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce tiġi kkundannata li tikkumpensa d-dannu li huwa sofra minħabba l‑preġudizzju għar-reputazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20110801">1 ta’ Awwissu 2011</DATE>, it-Tribunale di Lecce (Tribunal ta’ Lecce, l-Italja) laqa’ din it-talba, billi ordna lill‑Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce sabiex tagħmel anonima d-data li torbot lil S. Manni mal-falliment ta’ Immobiliare Salentina, u kkundannaha għal kumpens tad-dannu subit minn dan tal-aħħar, fl‑ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2000</FT>, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-Tribunale di Lecce (Tribunal ta’ Lecce) fil-fatt qies li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>huwa diffiċli li tiġi kkonfermata n-neċessità u l-utilità li jiġi indikat l‑isem tal-amministratur waħdieni tal-kumpannija fil-mument tal‑falliment<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, minħabba l-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tirrigwarda fatti li seħħew iktar minn għaxar snin qabel u minkejja t-tneħħija tal-kumpannija mir-reġistru […] għal iktar minn sentejn<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Skont dan it-tribunal, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>memorja storika<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tal‑eżistenza tal-kumpannija u tad-diffikultajiet li tkun għaddiet minnhom […] tista’ tinkiseb fil-parti l-kbira tagħha xorta permezz ta’ data anonima”. Fil-fatt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>l-iskrizzjonijiet li jorbtu l-isem ta’ persuna fiżika ma’ fażi kritika tal-ħajja tal-impriża (bħall-falliment) ma jistgħux ikunu permanenti, sakemm ma jkunx hemm interess ġenerali speċifiku sabiex dawn jinżammu u jiġu ppubblikati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Fin-nuqqas ta’ perijodu massimu ta’ iskrizzjoni previst mill-Kodiċi Ċivili, l-imsemmi tribunal ikkunsidra li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>la darba jkun għadda perijodu suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> mill‑konklużjoni tal-falliment u ladarba l-impriża titħassar mir-reġistru, in-neċessità u l-użu, skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 196, tal‑indikazzjoni tal-isem tal-eks amministratur waħdieni fil-mument tal‑falliment ma jibqgħux jeżistu, filwaqt li l-interess pubbliku jista’ jiġi ssodisfatt mill-indikazzjoni tad-diffikultajiet tal-kumpannija flimkien ma’ data anonima fir-rigward tal-persuna fiżika li kienet ir‑rappreżentant legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Adita minn appell ippreżentat mill-Kamra tal-Kummerċ kontra din is-sentenza, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni Superjuri) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ żamma tad-data personali b’mod li tippermetti l‑identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati għal perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx dak meħtieġ għat-twettiq tal-għanijiet li għalihom tinġabar din id-data jew tiġi pproċessata sussegwentement, previst fl-Artikolu 6[(1)](e) tad-Direttiva […] 95/46[…], trasposta bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 196 […] għandu jipprevalixxi u, għaldaqstant, jipprekludi s-sistema ta’ pubblikazzjoni mwettqa bir-reġistru tal-kumpanniji, previst b[id-] Direttiva […] 68/151[…] kif ukoll bid-dritt nazzjonali fl‑Artikolu 2188 tal-Codice Civile u bl-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 580, tad-<DATE ISO="19931229">29 ta’ Diċembru 1993</DATE>, [dwar ir-riorganizzazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tal‑Artiġġjanat u tal-Agrikoltura], sa fejn dan ikun jeħtieġ li kulħadd, mingħajr limitazzjonijiet ta’ żmien, ikun jista’ jsir jaf bid-data relatata mal-persuni fiżiċi li jirriżultaw minnu?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 3 ta[d-]Direttiva […] 68/151 […] jippermetti li, b’deroga mit-tul ta’ żmien mhux limitat u mid‑destinatarji mhux determinati tad-data ppubblikata fir‑reġistru tal-kumpanniji, id-data stess ma tibqax suġġetta għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>pubblikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, f’tali sinjifikat doppju, iżda minflok tkun disponibbili biss għal żmien limitat u fir-rigward ta’ destinatarji determinati, abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ fdata f’idejn l‑amministratur tad-data?<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tagħna</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li, fl-opinjoni tiegħi, għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill‑Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi jekk l-Artikolu 2(1)(d) u (j), kif ukoll l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151 u l-Artikolu 6(1)(e), kif ukoll l‑Artikolu 7(c) (e) u (f) tad-Direttiva 95/46, moqrija fid-dawl tal‑Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jimponu, jew għall-kuntrarju jeskludu, li d-data personali li hija inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji tista’, wara ċertu perijodu u fuq talba tal-persuna kkonċernata, jew titneħħa, jew ssir anonima jew tiġi bblokkata jew issir aċċessibbli biss għal ċirku ristrett ta’ terzi, jiġifieri dawk li juru interess leġittimu li għandu jkollhom aċċess għal tali data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna li tirrispondi għal dawn id‑domandi fil-kuntest tat-talba, magħmula minn S. Manni, sabiex id‑data personali tiegħu li tidher fir-reġistru tal-kumpanniji miżmum mill-Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce, b’rabta ma’ kumpannija li huwa kien imexxi qabel u li kienet iddikjarata falluta, titneħħa, issir anonima jew tiġi bblokkata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija domandi jirrigwardaw il‑kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-ipproċessar ta’ din id-data mill‑Kamra tal-Kummerċ ta’ Lecce, u mhux il-kompatibbiltà mal-istess dritt ta’ pproċessar ulterjuri tal-imsemmija data minn impriża ta’ informazzjoni professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju għandhom l-għan li jikkonċiljaw żewġ prinċipji, jiġifieri, minn naħa, il-prinċipju tal‑pubblikazzjoni tar-reġistri tal-kumpanniji, imressaq mid‑Direttiva 68/151, u, min-naħa l-oħra, il-prinċipju ta’ konservazzjoni ta’ data personali għal tul ta’ żmien li ma jeċċedix dak neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom din id-data kienet ipproċessata, imressqa mid-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Sabiex tikkonċilja dawn iż-żewġ prinċipji, il-qorti tar-rinviju tipprevedi l-possibbiltà li tillimita l-prinċipju ta’ pubblikazzjoni tar‑reġistri tal-kumpanniji billi tagħti aċċess għad-data personali li jkun hemm fihom għal perijodu limitat u/jew għal benefiċċju ta’ ċirku ristrett ta’ individwi biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi ppreċiżat li l-ipproċessar ta’ data personali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Dan kien ikkonfermat mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta d-Direttiva 2012/17 introduċiet l-Artikolu 7a fid-Direttiva 2009/101.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Id-data li għandha tidher fir-reġistri tal-kumpanniji, skont l-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151, tikkostitwixxi data personali skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46, peress li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Satakunnan Markkinapörssi u Satamedia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:727">EU:C:2008:727</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Worten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑342/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:355">EU:C:2013:355</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-fatt li din id-data taqa’ fil-kuntest ta’ attività professjonali ma hijiex ta’ natura li titneħħa l-kwalifikazzjoni tagħha bħala data kollettiva personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth u PAN Europe vs EFSA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑615/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:489">EU:C:2015:489</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Fis-sentenza tagħha tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑92/09 u C‑93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jibqa’ mingħajr effett il-fatt li d-data ppubblikata tirrigwarda attivitajiet professjonali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. Hija bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad‑Drittijiet tal‑Bniedem dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li tispjega li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ħajja privata<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ma kellux jiġi interpretat b’mod restrittiv u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-ebda raġuni ta’ prinċipju ma tippermetti li jiġu esklużi l-attivitajiet professjonali […] mill-kunċett ta’ ħajja <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>privata<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/><QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (punt 59 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(b) tad‑Direttiva 95/46 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li r-reġistrazzjoni, il-ħażna u t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data personali mill-awtorità responsabbli miż‑żamma tar-reġistru tal-kumpanniji jippreżentaw in‑natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ipproċessar ta’ data personali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad‑Direttiva 95/46. Barra minn hekk, din l-awtorità hija l-korp <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>responsabbli<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> minn dan l-ipproċessar, fis-sens tal-Artikolu 2(d) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ protezzjoni ta’ data personali inklużi fid‑Direttiva 95/46 għandhom ikunu osservati fir-rigward tal‑ipproċessar kollu ta’ din tal-aħħar kif iddefinit fl-Artikolu 3 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030520">20 ta’ Mejju 2003</DATE>, <NAME.CASE>Österreichischer Rundfunk <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/00, C‑138/01 u C‑139/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:294">EU:C:2003:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 68/151 ma tipprovdi l-ebda terminu li fi tmiemu jkun hem lok li titneħħa, issir anonima jew tiġi bblokkata data inkluża fir-reġistri tal-kumpanniji. Din id-direttiva lanqas ma tipprovdi li jiġi limitat l‑aċċess għal din id-data, wara ċertu żmien, għal ċirku ristrett ta’ persuni. Issa, bl-implementazzjoni tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri huma obbligati josservaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil‑qasam ta’ protezzjoni ta’ data personali, jiġifieri d‑Direttiva 95/46 kif ukoll l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli li jinsabu fid-Direttiva 95/46, l-ipproċessar ta’ data personali li jagħmlu l-awtoritajiet nazzjonali li huma inkarigati miż-żamma tar-reġistri tal-kumpanniji għandu jkun konformi mal-prinċipji relatati mal-kwalità tad-data msemmija fl-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva u jissodisfaw wieħed mill-prinċipji relatati mal‑leġittimizzazzjoni tal-ipproċessar ta’ informazzjoni msemmija fl‑Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet tad‑Direttiva 95/46, sa fejn jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali li tista’ tippreġudika l-libertajiet fundamentali, u b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, għandhom neċessarjament jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fil-Karta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 7 tal-Karta jiżgura d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, filwaqt li l-Artikolu 8 tagħha jirrikonoxxi espressament id‑dritt għall-protezzjoni tad-data personali. L-Artikolu 8(2) u (3) tal‑Karta jispeċifika li din id-data għandha tiġi pproċessata b’mod ġust, għal finijiet determinati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi, li kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li għandha x’taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha, u li l-osservanza ta’ dawn ir-regoli għandha titqiegħed taħt il-kontroll ta’ awtorità indipendenti. Dawn ir-rekwiżiti huma implementati b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 6, 7, 12, 14 u 28 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1 u mill-premessi 2 u 10 tad-Direttiva 95/46 jirriżulta li din għandha l-għan mhux biss li tiżgura l-protezzjoni effikaċi u kompleta tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi, b’mod partikolari tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, iżda wkoll livell għoli ta’ protezzjoni ta’ dawn il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali. L‑importanza kemm tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata, iggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta, kif ukoll tad-dritt fundamentali tal‑protezzjoni tad-data personali, iggarantit mill-Artikolu 8 tagħha, huwa barra minn hekk enfasizzat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dritt tal-protezzjoni tad-data personali ma jidhirx li huwa dritt assolut, iżda għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-rwol tiegħu fis-soċjetà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑92/09 u C‑93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-Artikolu 52(1) tal-Karta jaċċetta li jista’ jkun hemm limitazzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ drittijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tagħha, sakemm dawn il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, jirrispettaw il‑kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet u li, bl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikunu meħtieġa u jissodisfaw effettivament l-għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni tad‑drittijiet u libertajiet ta’ ħaddieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Id-dubji tal-qorti tar-rinviju jiffokaw fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46, li jipprevedi li d-data personali għandha tinżamm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Din id-dispożizzjoni tippreċiża wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>[l]-Istati Membri għandhom jistabbilixxu protezzjoni xierqa għal data personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-prinċipju relatat mal-kwalità tad-data msemmi fl-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46 ifisser li, hekk kif jirrikjedi l-għan li għalih inġabret id-data personali u, jekk ikun il-każ, ġiet ipproċessata ulterjorment, il-konservazzjoni ta’ din id-data taħt forma li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati tibqa’ legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-problema li tqajjem din il-kawża hija dik dwar jekk l‑awtoritajiet nazzjonali responsabbli miż-żamma tar-reġistri tal‑kumpanniji għandhomx jiddeċiedu, wara li jgħaddi ċertu żmien mill‑waqfien tal-attivitajiet ta’ kumpannija u fuq talba tal-persuna kkonċernata, jew li titħassar jew li ssir anonima d-data personali tagħha li tinsab f’reġistru tal-kumpanniji, jew li tillimita l-pubblikazzjoni tagħha billi tirrestrinġi ċ-ċirku tad-destinatarji tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Jiena nikkunsidra li r-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar il‑protezzjoni tad-data personali ma jimponux tali limitazzjonijiet fuq il‑pubblikazzjoni legali offerta mir-reġistri tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Qabel kollox, nirrileva li l-ipproċessar tad-data personali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfa diversi prinċipji relatati mal‑leġittimizzazzjoni tal-ipproċessar ta’ data msemmija fl-Artiklu 7 tad-Direttiva 95/46. Fl-ewwel lok, skont l-Artikolu 7(c) ta’ din id‑direttiva, dan l-ipproċessar huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>meħtieġ biex titħares obbligazzjoni legali li s-suġġett tagħha jkun il-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Fit-tieni lok, skont l‑Artikolu 7(e) tal-imsemmija direttiva, l-imsemmi pproċessar huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>meħtieġ biex isir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika vestita fil-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Fit-tielet lok, skont l‑Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, ipproċessar tali huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu […] il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data, ħlief meta dawk l‑interessi jiġu wara l-interessi ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jkun jeħtiġilhom protezzjoni skond l-Artikolu 1(1)<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-obbligu legali li għalih huma suġġetti dawk li huma responsabbli mill-ipproċessar jirriżulta mill-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 68/151, kif trasposti fid-drittijiet tal-Istati Membri, li jimponu lil dawn tal-aħħar li jiżguraw l-iskrizzjoni fir-reġistri tal-kumpanniji ta’ data personali relatata mal-amministraturi u mal-likwidaturi tal‑kumpanniji kif ukoll l-aċċess ta’ terzi għal tali data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-iskrizzjoni u l-pubblikazzjoni f’dawn ir-reġistri ta’ informazzjoni essenzjali relatata mal-kumpanniji għandhom l-għan li joħolqu sors ta’ informazzjoni affidabbli u b’hekk jiżguraw iċ-ċertezza legali li hija neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi ta’ terzi, b’mod partikolari dawk tal-kredituri, il-lealtà tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u, għaldaqstant, il-funzjonament tajjeb tas-suq. It-terzi għandhom għalhekk ikunu jistgħu jaċċedu għal informazzjoni uffiċjali u affidabbli dwar il-kumpanniji, sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ trasparenza u ta’ ċertezza legali fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni jikkonċernaw il-kumpanniji identifikati fl‑Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151. Dawn il-kumpanniji jibbenefikaw minn status ġuridiku partikolari li joffrilhom vantaġġi marbuta mal-personalità ġuridika. Min-naħa l-oħra, huwa ta’ interess pubbliku li l-informazzjoni relatata mal-persuni fiżiċi involuti f’tali kumpanniji tista’ tiġi kkontrollata u tkun suġġetta għall-pubblikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:449">EU:C:2012:449</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li attività ta’ ġbir ta’ data dwar impriżi, abbażi ta’ obbligu legali ta’ dikjarazzjoni imposta fuq dawn tal-aħħar u ta’ setgħat ta’ impożizzjoni relatati miegħu, taqa’ taħt l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ awtorità pubblika. Konsegwentement, tali attività ma tikkostitwixxix attività ekonomika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:449">EU:C:2012:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, attività fejn id-data hekk miġbura tinżamm u ssir aċċessibbli lill-pubbliku, kemm permezz ta’ sempliċi konsultazzjoni jew permezz tal-provvista ta’ kopji stampati, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, lanqas ma tikkostitwixxi attività ekonomika, peress li ż-żamma ta’ database li fiha tali data u t‑tqegħid tagħha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku huma attivitajiet li ma jistgħux jinfirdu mill-attività ta’ ġbir ta’ din id-data. Fil-fatt, il-ġbir tal‑imsemmija data jiġi mċaħħad fil-parti l-kbira mill-utilità tiegħu fin‑nuqqas ta’ żamma ta’ database li fiha din id-data tiġi rreġistrata sabiex tkun tista’ tiġi kkonsultata mill-pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:449">EU:C:2012:449</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Jien naqbel mal-perspettiva espressa mill-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-Konklużjonijiet tiegħu fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:251">EU:C:2012:251</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fihom huwa indika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>[m]a hemmx dubju li l-issejvjar f’database, f’dan il-każ fir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, ta’ informazzjoni pprovduta minn impriżi abbażi ta’ obbligi legali ta’ żvelar huwa, fid-dawl tan-natura tiegħu, tal-għan tiegħu u tar-regoli li għalihom huwa suġġett, konness mal-eżerċizzju ta’ setgħat pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:251">EU:C:2012:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa spjega wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>[l-]issejvjar ta’ data fir‑reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji, abbażi ta’ obbligu legali li dan isir, hija attività mwettqa fl-interess ġenerali taċ-ċertezza legali<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:251">EU:C:2012:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>[l]-għan espress tar-reġistri pubbliċi bħar-reġistru tal-kummerċ u tal‑kumpanniji huwa li jinħoloq sors ta’ informazzjoni li wieħed jista’ jibbaża fuqu f’relazzjonijiet legali, u għaldaqstant jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-iskambju fis-suq.<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:251">EU:C:2012:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Finalment, in-natura opponibbli fil-konfront ta’ terzi tal-informazzjoni inkluża fir-reġistri tal-kumpanniji ma tistax tingħata ħlief permezz ta’ dispożizzjonijiet legali speċifiċi, li tiddistingwi din l-informazzjoni minn dik li tista’ tinġabar minn impriżi għal finijiet kummerċjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Compass-Datenbank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:251">EU:C:2012:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif korrettament tirrileva l-qorti tar-rinviju, għandha ssir distinzjoni bejn l-ipproċessar ta’ data personali li jsir mill-awtorità li hija responsabbli miż-żamma tar-reġistru tal-kumpanniji u dak li jsir minn terzi abbażi ta’ informazzjoni li tinsab f’dan ir-reġistru. Fil-fatt, huwa biss l-ewwel tip ta’ pproċessar li jikkostitwixxi manifestazzjoni tal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika li jwassal għar‑regolarizzazzjoni tas-suq u mhux għal-parteċipazzjoni fih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-ewwel premessa tagħha, id-Direttiva 68/151 hija intiża sabiex tiffavorixxi l-iżvilupp tas-suq intern. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, din id-direttiva tipprovdi regoli minimi komuni dwar il‑pubblikazzjoni tal-kumpanniji u dwar l-informazzjoni minima li r‑reġistri għandhom jinkludu, sabiex ikun hemm iċ-ċertezza legali neċessarja għall-kummerċ u għall-iżvilupp stess tas-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Skont it-tieni premessa tad-Direttiva 68/151, l-għan tagħha huwa li tiżgura l-protezzjoni tal-interessi ta’ terzi persuni. B’mod partikolari, skont ir-raba’ premessa ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>[b]illi d-dokumenti bażiċi tal-kumpanija għandhom jiġu żvelati sabiex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw il‑kontenut tagħhom u tagħrif ieħor dwar il-kumpanija, speċjalment dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Mir-raba’ sas-sitt premessi tal-imsemmija direttiva jirriżulta wkoll li l-fatt li jiġu żvelati lil terzi l-atti u l-informazzjoni essenzjali relatati mal‑kumpannija, u b’mod partikolari d-data relatata mal-persuni li għandhom is-setgħa li jorbtuha, huwa strettament marbut mal-bżonn li jkunu limitati kemm jista’ jkun il-kawżi ta’ nullità ta’ obbligi meħuda f’isem il-kumpannija. Għaldaqstant, il-pubblikazzjoni tad-data inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji għandha l-għan li tiżgura ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk enfasizza l-importanza li terzi jkun jista’ jkollhom aċċess għal data relatata mal-persuni li għandhom is-setgħa li jirrappreżentaw il-kumpannija jew li jipparteċipaw fl‑amministrazzjoni, fl-istħarriġ jew fil-kontroll tagħha. Fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741112">12 ta’ Novembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>Haaga</NAME.CASE> (<NO.CASE>32/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:116">EU:C:1974:116</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il‑Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-għan tad-Direttiva 68/151 huwa li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>tiżgura ċ-ċertezza legali fir-relazzjonijiet bejn il-kumpannija u t-terzi fil-perspettiva ta’ intensifikazzjoni ta’ skambji ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri wara l-ħolqien tas-suq komuni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741112">12 ta’ Novembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>Haaga</NAME.CASE> (<NO.CASE>32/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:116">EU:C:1974:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’perspettiva tali, fl‑opinjoni tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>kull persuna li tixtieq tistabbilixxi u twettaq relazzjonijiet ta’ kummerċ ma’ kumpanniji li jinsabu fi Stati Membri oħra tista’ faċilment tikseb konoxxenza ta’ data essenzjali relatata mal‑kostituzzjoni ta’ kumpanniji kummerċjali u mas-setgħat ta’ persuni inkarigati li jirrappreżentawhom<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741112">12 ta’ Novembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>Haaga</NAME.CASE> (<NO.CASE>32/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:116">EU:C:1974:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>fl-interess tat‑tranżazzjonijiet legali bejn ċittadini minn Stati Membri differenti, id‑data kollha rilevanti għandha tidher b’mod espliċitu fir-reġistri jew ġabriet uffiċċjali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19741112">12 ta’ Novembru 1974</DATE>, <NAME.CASE>Haaga</NAME.CASE> (<NO.CASE>32/74</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1974:116">EU:C:1974:116</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kull awtorità nazzjonali responsabbli miż-żamma tar-reġistru tal-kumpanniji ssir għalhekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>depożitarja ta’ dak li jista’ jissejjaħ l-istat ċivil ta’ persuni ġuridiċi<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Skont l-espressjoni użata minn Le Cannu, P., u Dondero, B., <HT TYPE="ITALIC">Droit des sociétés</HT>, 4<HT TYPE="SUP">è</HT> éd., Montchrestien, 2011, p. 220, § 360.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tikkonferma li l-protezzjoni tal-interessi ta’ terzi, b’mod partikolari tal‑kredituri, kif ukoll il-protezzjoni tal-lealtà u taċ-ċertezza legali tat‑tranżazzjonijiet kummerċjali jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Inspire Art</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑167/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:512">EU:C:2003:512</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0132">132</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, meta jimplementaw l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 68/151 li jipprevedu l-pubblikazzjoni legali tal-informazzjoni inkluża fir-reġistri tal-kumpanniji, l-Istati Membri jsegwu għalhekk mingħajr ebda dubju għan ta’ interess ġenerali rrikonoxxut mill-Unjoni, kif mitlub mill-Artikolu 52(1) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jibqa’ li jiġi stabbilit jekk tali pubblikazzjoni legali mingħajr limitu ta’ żmien u intiża għal ċirku indeterminat ta’ persuni tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq tali għan ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nirrileva li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-protezzjoni tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata fil-livell tal-Unjoni teżiġi li d-derogi għall-protezzjoni tad-data personali u l-limitazzjonijiet tagħha għandhom isiru fil-limiti ta’ dak li huwa strettament neċessarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat ukoll li, sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni ta’ data personali, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni għandhom jiżguraw bilanċ ġust bejn, minn naħa, ir‑rispett tad-dritt fundamentali għall-ħajja privata u, min-naħa l-oħra, l‑interessi li jirregolaw moviment liberu ta’ data personali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Schrems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑362/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:650">EU:C:2015:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. F’dan ir‑rigward, ma għandux jintesa l-għan li għandu jintlaħaq mid-Direttiva 95/46 li jikkonsisti fiż-żamma ta’ bilanċ bejn il-moviment liberu tad-data personali u l-protezzjoni tal-ħajja privata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑468/10 u C‑469/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:777">EU:C:2011:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jiena tal-fehma li, fir-rigward tal-pubblikazzjoni legali ta’ data relatata mal-kumpanniji, l-interessi li jirregolaw moviment liberu ta’ data personali jieħdu preċedenza fuq id-dritt tal-persuni li d-data tagħhom hija inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji li jitolbu, wara ċertu żmien, it-tħassir jew l-anonimat tagħha, jew li jitolbu li l-pubblikazzjoni tagħha tkun limitata għal terzi li jkollhom interess leġittimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandha tiġi ppreżervata l-funzjoni essenzjali tar‑reġistru tal-kumpanniji li tikkonsisti fi stampa kompleta tal-ħajja, u anki tal-istorja ta’ kumpannija u li tippermetti lil kwalunkwe persuna li tikseb konoxxenza tal-informazzjoni li tifforma din l-istampa, irrispettivament minn fejn tinsab u mingħajr limitu ta’ żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-garanzija ta’ din il-funzjoni essenzjali tar-reġistru tal‑kumpanniji ma tikkostitwixxix, fil-fehma tiegħi, preġudizzju sproporzjonat għad-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali, u dan għar‑raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-pubblikazzjoni legali rikjesta mid-Direttiva 68/151 tirrigwarda numru limitat ta’ informazzjoni li tikkonċerna, kif tispjega r-raba’ premessa ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>[i]d‑dokumenti bażiċi tal-kumpanija […] u tagħrif ieħor dwar il‑kumpanija, speċjalment dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. B’mod partikolari, id-data personali msemmija fl‑Artikolu 2(1)(d) u (j) tal-imsemmija direttiva tikkostitwixxi informazzjoni minima sabiex jiġu identifikati persuni fiżiċi li jinħbew wara l-maskra tal-personalità ġuridika li għandhom il-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat li l-pubblikazzjoni tal‑informazzjoni inkluża fir-reġistri tal-kumpanniji tibqa’ neċessarja għall-protezzjoni tal-interessi tat-terzi, inkluż meta tirrigwarda kumpanniji li waqqfu l-attività tagħhom minn diversi snin, saħansitra minn diversi deċenni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jidhirlix li hemm dubju li din l‑informazzjoni, inkluż data ta’ natura personali, għandha tkun suġġetta għall‑prinċipju ta’ pubblikazzjoni tar-reġistru mhux biss sakemm damet attiva kumpannija fuq is-suq, iżda wkoll wara t-tmiem tal-attività tagħha. Fil‑fatt, it-tmiem ta’ kumpannija u t-tħassir konsekuttiv tagħha mir-reġistru ma jeskludux li jistgħu jibqgħu fis-seħħ drittijiet u relazzjonijiet ġuridiċi relatati ma’ din il-kumpannija. Għalhekk, huwa neċessarju li persuni li jistgħu jirrivendikaw tali drittijiet fir-rigward ta’ kumpannija li tkun waqqfet l-attivitajiet tagħha, jew li kellhom tali relazzjonijiet ġuridiċi ma’ din il-kumpannija, jista’ jkollhom aċċess għall‑informazzjoni relatata mal-imsemmija kumpannija, inkluż data personali relatata mad-diretturi tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Kif jirrileva l-Gvern Ġermaniż, anki data li ma tibqax attwali hija importanti għall-iskambji ekonomiċi. B’hekk, f’każ ta’ tilwima, ħafna drabi huwa neċessarju li tkun taf min hu awtorizzat jirrappreżenta kumpannija f’perijodu partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Il-Gvern Ġermaniż jagħti l-eżempju segwenti, jiġifieri li persuna li akkwistat, fl-1991, proprjetà patrimonjali mingħand il-kumpannija li ġiet ddikjarata falluta fl-1992, li tagħha S. Manni kien l-amministratur, tista’, anki llum, ikollha bżonn turi l-awtorizzazzjoni li S. Manni għandu sabiex jirrappreżenta lil din il-kumpannija jekk jiġi kkontestat t-titolu tagħha fuq il-proprjetà inkwistjoni.</P></NOTE>. Fl-istess sens, nikkunsidra, bħall‑Gvern Ċek u dak Pollakk, li huwa neċessarju li l-informazzjoni fir-reġistru tinżamm anki wara x-xoljiment ta’ kumpannija, peress li tali informazzjoni tista’ tibqa’ rilevanti, pereżempju sabiex tkun ivverifikata l-legalità ta’ att imwettaq diversi snin qabel mid-direttur tal-kumpannija jew sabiex terzi jkunu jistgħu jiftħu kawża kontra l-bord tad-diretturi jew kontra l-istralċjarji ta’ kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-terzi għandhom ikunu f’pożizzjoni li jkollhom, f’kull mument, stampa affidabbli ta’ kumpannija, irrispettivament minn jekk għadhiex attiva fis-suq jew le, kif ukoll tad-diretturi tagħha, sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati r-riskji ta’ relazzjoni kummerċjali. L-għan tal-protezzjoni ta’ terzi, li jimplika li tkun tista’ tinkiseb stampa leali tal-istorja ta’ kumpannija, jimmilita għalhekk favur iż-żamma u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni inkluża fir-reġistru tal‑kumpanniji għal perijodu indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Hija preċiżament waħda mill-funzjonijiet tar-reġistru tal‑kumpanniji li tagħti informazzjoni b’mod affidabbli u eżawrjenti lit-terzi dwar fatti li jkunu seħħew. Kull reġistru huwa għalhekk kompost minn data attwali u minn data storika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Dan ir-reġistru għandu jiżgura aċċess sħiħ, rapidu u trasparenti għall-informazzjoni kollha relatata mal-kumpanniji li joperaw jew kienu joperaw fuq is-suq, irrispettivament minn fejn tinstab il-persuna li qed titlob dan l-aċċess. Kull persuna għandha tkun tista’ tikseb konoxxenza tal-profil komplet ta’ kull kumpannija, inkluż meta din tkun waqqfet l-attivitajiet tagħha għal diversi snin. It-tneħħija mir-reġistru ta’ ċerta informazzjoni għal din l-aħħar kategorija ta’ kumpanniji, bil‑konsegwenza li l-istampa tal-kumpannija tkun għalhekk inkompleta, tikkawża għalhekk preġudizzju għall-protezzjoni tal-interessi ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li huwa l-każ għall‑funzjoni statistika, il-funzjoni storika tar-reġistru tal-kumpanniji u l-għan ta’ protezzjoni ta’ terzi tagħmel neċessarja l-ġabra u ż-żamma ta’ data marbuta ma’ ismijiet. Fi kliem ieħor, l-għan li tiġi stabbilita stampa sħiħa tal‑kumpanniji huwa inkompatibbli mal-ipproċessar ta’ informazzjoni anonima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, f’dak li jirrigwarda l-istabbiliment tal-istatistika, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Huber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑524/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:724">EU:C:2008:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Informazzjoni adegwata tat-terzi teżiġi għalhekk, pereżempju, li huma jkunu jistgħu joħolqu rabta bejn il-kumpannija li kienet f’falliment u d-diretturi li kienu responsabbli minnha. Għalhekk ma naqbilx mal-pożizzjoni adottata mit-Tribunale di Lecce (Tribunal ta’ Lecce), li kkunsidra li l-istampa storika tal-eżistenza tal-kumpannija u tad-diffikultajiet li hija għaddiet minnhom setgħet issir ukoll permezz ta’ data anonima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>B’mod konkret, fil-kuntest ta’ din il-kawża, l-interess ta’ S. Manni sabiex l-attività tal-passat tiegħu bħala amministratur ta’ kumpannija li kellha twaqqaf l-attivitajiet tagħha wara falliment ma tibqax disponibbli għall-pubbliku tmur kontra l-interess ta’ terzi li jkunu jistgħu jinfurmaw ruħhom, anki <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, sabiex ikunu jafu min kellu l-awtorità jaġixxi f’isem din il-kumpannija meta kienet għadha attiva. Għalhekk, jista’ jkun utli għal xerrej futur ta’ proprjetà immobbli li jkun jaf kemm-il sena il-kumpannija li kienet inkarigata mill‑kostruzzjoni ta’ din il-proprjetà ilha fis-suq, jekk il-persuna li tmexxi din il-kumpannija kinitx diġà responsabbli ta’ kumpanniji oħra fil-passat u x’kienet l-istorja ta’ dawn il-kumpanniji. B’mod partikolari, il-fatt li waħda mill-kumpanniji kienet fi stat ta’ falliment jista’ jikkostitwixxi, mill-perspettiva tax-xerrej, element determinanti fl-att tax-xiri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tad-diversità tal-perijodu tal‑preskrizzjoni tal-azzjonijiet ċivili u kummerċjali fis-seħħ fi ħdan l‑Istati Membri, tad-diversità tal-interessi li t-terzi jista’ jkollhom sabiex jikkonsultaw ir-reġistri tal-kumpanniji u tal-fatt li r-relazzjonijiet ġuridiċi jistgħu jinvolvu atturi f’bosta Stati Membri, jidhirli li huwa diffiċli, jekk mhux impossibbli, li l-awtoritajiet responsabbli miż‑żamma ta’ dawn ir-reġistri jiddeċiedu b’ċertezza li, f’data partikolari, ma jkunx baqa’ interessi ta’ terzi. Li f’każ konkret tiġi aċċettata talba ta’ tħassir jew ta’ anonimat ta’ data personali li tidher fir‑reġistru tal-kumpanniji tista’ għalhekk tippreġudika talbiet oħra ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni li jibqgħu neċessarji sabiex jiġu protetti l-interessi tat-terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Bl-istess argument, sabiex jintwera l-fatt li l-interessi tat-terzi jibqgħu anki wara t-tneħħija ta’ kumpannija mir-reġistru tal‑kumpanniji, il-Gvern Taljan irrefera għall-eżistenza ta’ termini ta’ preskrizzjoni twil ferm fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-organi tal-kumpanniji b’kapital azzjonarju, li barra minn hekk jistgħu jiġu interrotti fil-kuntest ta’ azzjonijiet ġudizzjarji, kif ukoll għan-nuqqas fl‑Italja ta’ terminu ta’ preskrizzjoni għall-azzjonijiet ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46 huwa wiesa’ ħafna u li d-data personali msemmija f’din id-direttiva hija varjata. It-tul ta’ żmien taż-żamma ta’ din tal-aħħar, iddefinita fl-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva skont il-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun ġiet ipproċessata ulterjorment, jista’ għaldaqstant ikun differenti. F’ċerti każi, jista’ jkun twil ħafna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090507">7 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rijkeboer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑553/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:293">EU:C:2009:293</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fl-ibbilanċjar li għandu jsir bejn l-għan ta’ protezzjoni ta’ terzi u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji, għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li d-data li tippermetti li jiġu identifikati persuni fiżiċi tinsab f’dan ir-reġistru għaliex dawn iddeċidew li jeżerċitaw l-attività tagħhom permezz ta’ kumpannija li għandha personalità ġuridika. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>il-gravità tal-preġudizzju għad-dritt tal-protezzjoni ta’ natura personali għall-persuni ġuridiċi hija differenti minn dik għall-persuni fiżiċi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-persuni ġuridiċi huma diġà suġġetti għal obbligu iktar oneruż ta’ pubblikazzjoni ta’ data li tikkonċernahom<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑92/09 u C‑93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jiena naqbel mal-fehma tal-Gvern Ġermaniż li tgħid li kwalunkwe persuna li tixtieq tipparteċipa fi tranżazzjonijiet ekonomiċi permezz ta’ kumpannija kummerċjali għandha tkun lesta li tippubblika ċerta informazzjoni. Din hija l-kontroparti tal-eżerċizzju ta’ attività permezz ta’ kumpannija li tibbenefika minn personalità ġuridika. Meta jibda jopera fis-suq billi joħloq kumpannija kummerċjali, l-imprenditur jaf li d-data tiegħu ser tiġi inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji, li għandu natura pubblika, u li ser tkun disponibbli jkunu xi jkunu l-avvenimenti li jiddefinixxu l-ħajja tal-kumpannija tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(d) u (j) tad-Direttiva 68/151 jipprevedi l‑iskrizzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji ta’ informazzjoni relatati mal‑persuni li jokkupaw, matul perijodu partikolari, funzjonijiet fi ħdan wieħed mill-korpi tal-kumpannija jew li jokkupaw ir-rwol ta’ stralċjarju f’din il-kumpannija. Anki jekk il-pubblikazzjoni ta’ dan it-tip ta’ informazzjoni tista’ tikkostitwixxi inkonvenjent għal persuna fiżika minħabba d-diffikultajiet li setgħet iltaqgħet magħhom il-kumpannija li fiha hija kienet involuta, dan l-inkonvenjent huwa aspett normali tal‑parteċipazzjoni fil-ħajja ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jiena nżid, bħall-Gvern Taljan, li l-fatt li kumpannija kienet suġġetta għal proċedura kollettiva ma jikkostitwixxix, fih innifsu, informazzjoni li tippreġudika r-reputazzjoni jew l-unur tal-amministratur li rrapreżentaha. Fil-fatt, il-falliment ta’ kumpannija jista’ jkun li ġie kkawżat minn ċirkustanzi esterni li ma humiex direttament riżultat ta’ ġestjoni ħażina ta’ din il-kumpannija, pereżempju minħabba kriżi ekonomika jew tnaqqis tad-domanda fis-settur inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ma naħsibx li s-soluzzjoni proposta mill‑Kummissjoni, li tikkonsisti fil-limitazzjoni, wara ċertu perijodu mill-waqfien tal‑attivitajiet ta’ kumpannija kummerċjali, tal-komunikazzjoni tal‑informazzjoni inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji għal ċirku ristrett ta’ terzi li għandhom interess leġittimu li jsiru jafu din l-informazzjoni, li tipprevali fuq id-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata protetti bl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, hija fl-istadju tal-iżvilupp attwali tad-dritt tal-Unjoni, tali li tiżgura bilanċ ġust bejn l-għan ta’ protezzjoni tat-terzi u d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward nirrileva li l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi ta’ terzi mfittex mid‑Direttiva 68/151 huwa fformulat b’mod wiesa’ biżżejjed sabiex ikopri mhux biss lill-kredituri tal-kumpannija li d-data tagħha hija involuta, iżda wkoll, b’mod iktar ġenerali, lill-persuni kollha li jixtiequ jakkwistaw informazzjoni li tikkonċerna din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà spjegat dak li tkopri l-kategorija tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>terzi<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> li d-Direttiva 68/151 għandha l-għan li tipproteġi l‑interessi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja adottat interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ terzi. Hija rrilevat li t-test stess tal-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat KE, li jservi bħala bażi legali għad‑Direttiva 68/151, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>isemmi l-għan ta’ protezzjoni tal-interessi tat-terzi b’mod ġenerali mingħajr ma jiddistingwi jew jeskludi kategoriji fosthom<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>[i]l-kunċett ta’ terzi msemmi f’[din id-dispożizzjoni] ma jistax għalhekk jiġi ridott biss għall-kredituri tal-kumpannija<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat ukoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>[i]d‑dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tad-direttiva, li jipprovdi għaż-żamma ta’ reġistru pubbliku li fih għandhom ikunu irreġistrati l-atti u l‑informazzjoni kollha suġġetti għall-pubblikazzjoni kif ukoll il‑possibbiltà għal kull persuna li takkwista kopja tal-kontijiet annwali bil-posta, jikkonfermaw il-ħsieb li l-informazzjoni għandha tingħata lil kull min hu interessat<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fid-digriet tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Springer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑435/02 u C‑103/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:552">EU:C:2004:552</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet b’mod iktar ċar għall-kwistjoni dwar jekk iċ-ċirku ta’ terzi li għandu jiġi protett skont l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat kellux ikun iddefinit b’mod li jinkludi lil kull persuna, tkun xi tkun il-kapaċità tagħha. Filwaqt li bbażat ruħha fuq ir-raġunament li hija għamlet fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>l-obbligi fil-qasam ta’ pubblikazzjoni preskritti mill-Artikolu 3 tal-ewwel direttiva tal‑kumpanniji […] jimplikaw li kull persuna għandha l-possibbiltà li tikkonsulta l-kontijiet annwali u r-rapport annwali ta’ kumpanniji msemmija mid-[Direttiva 90/605/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Direttiva tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19901108">8 ta’ Novembru 1990</DATE>, li temenda d-Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali u d-Direttiva 83/349/KEE dwar il-kontijiet ikkonsolidati rigward il-qasam ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-Direttivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 110).</P></NOTE>], <HT TYPE="ITALIC">mingħajr il-ħtieġa li tiġġustifika dritt jew interess li jeħtieġ protezzjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Springer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑435/02 u C‑103/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:552">EU:C:2004:552</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) (korsiv miżjud minni).</P></NOTE>. Il-Qorti tal‑Ġustizzja kkonfermat ukoll li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>terzi<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, fis-sens tal‑Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>jirreferi għal kwalunkwe terzi<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>dan il-kunċett għandu jiġi interpratat b’mod wiesa’<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040923">23 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Springer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑435/02 u C‑103/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:552">EU:C:2004:552</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-soluzzjoni proposta mill-Kummissjoni għandha l-iżvantaġġ kbir li tħalli fid-diskrezzjoni wiesgħa tal‑awtoritajiet responsabbli miż-żamma tar-reġistri ta’ kumpanniji mhux biss l-iffissar tal-mument li fih il-pubblikazzjoni assoluta tal‑informazzjoni li tidher f’dawn ir-reġistri tal-kumpanniji tinbidel f’pubblikazzjoni selettiva, jiġifieri intiża għal ċirku ristrett ta’ persuni li għandhom interess leġittimu li jiksbu tali informazzjoni, iżda wkoll id-deċiżjoni rigward l-eżistenza jew le ta’ tali interess leġittimu. Soluzzjoni tali tippreżenta għalhekk riskju kbir ta’ diverġenzi ta’ evalwazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli miż-żamma tar-reġistri tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-fatt li tippermetti lill-awtoritajiet responsabbli miż-żamma tar-reġistri tal-kumpanniji li jissuġġettaw il‑komunikazzjoni ta’ data personali li tinsab f’dawn ir-reġistri għall‑eżistenza ta’ interess leġittimu jwassal b’mod inevitabbli sabiex ma jkunx hemm ugwaljanza ta’ aċċess għal tali data bejn l-operaturi ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Ċertament, id-Direttiva 68/151 tipprevedi miżuri ta’ koordinazzjoni li ma humiex intiżi sabiex jirregolaw l-aspetti kollha relatati mar-reġistri tal-kumpanniji tal-Istati Membri. Għalhekk, pereżempju, l-iffissar tal-kriterji ta’ riċerka li jippermettu li jkun hemm aċċess għall-informazzjoni li tidher f’dawn ir-reġistri jaqa’ fil-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Skont loġika simili, id-Direttiva 2012/17 tipprevedi, fil-premessa 11 tagħha, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>[l]adarba l-għan [tagħha] mhuwiex li tarmonizza s-sistemi nazzjonali tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpanniji, l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu li jbiddlu s-sistema interna tar-reġistri tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni u l-ħżin ta’ data, it-tariffi, u l-użu u l-iżvelar ta’ informazzjoni għal skopijiet nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>.</P></NOTE>. Minkejja dan, jirriżulta b’mod ċar mill‑Artikolu 2(1) tad-Direttiva 68/151 li din għandha l-għan li tistabbilixxi l-bażi minima ta’ informazzjoni relatata mal-kumpanniji li għandha tkun suġġetta għall-pubblikazzjoni obbligatorja. Huwa inutli li tkun prevista tali bażi uniformi għall-Istati Membri kollha, jekk kull wieħed fosthom seta’ jirregola fiż-żmien u skont l-eżistenza jew le ta’ interess leġittimu l-aċċess għall-informazzjoni li tidher fir-reġistru ta’ kumpanniji tagħhom. Dan imur ukoll kontra l-għan tal-koordinazzjoni tal‑leġiżlazzjoni nazzjonali li jikkonsisti, fir-rigward tad-direttivi bbażati fuq l-Artikolu 54 tat-Trattat, li jitneħħew l-impedimenti għal-libertà tal‑istabbiliment li jirriżultaw mill-eteroġeneità tar-regolamenti tal-Istati Membri differenti billi fl-Unjoni jiġu introdotti, fir-rigward b’mod partikolari tal-għan previst fl-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat, rekwiżiti legali minimi ekwivalenti f’dak li jikkonċerna l-portata tal-informazzjoni relatata mal-kumpanniji li għandha tingħata lill-pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19971204">4 ta’ Diċembru 1997</DATE>, <NAME.CASE>Daihatsu Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:581">EU:C:1997:581</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060621">21 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Danzer vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑47/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:167">EU:T:2006:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li d-Direttiva 95/46 għandha l‑għan, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 8 tagħha, li l-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-persuni fir-rigward tal‑ipproċessar ta’ data personali jkun l-istess fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, naqbel mal-Gvern Ġermaniż li jgħid li l-fatt li l-aċċess għar-reġistru tal-kumpanniji jkun jiddependi fuq il-prova ta’ interess leġittimu, anki wara ċertu żmien kif tipproponi l-Kummissjoni, jikkomprometti n-natura operazzjonali tar-reġistru tal-kumpanniji. Fil‑fatt, il-verifika tal-eżistenza ta’ tali interess leġittimu ta’ min qed jitlob l-informazzjoni ġġib magħha oneru amministrattiv sproporzjonat, fi żmien u fi spejjeż, li jpoġġu f’dubju, finalment, il-kapaċità tar-reġistru li jaqdi l-funzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk il-persuni kollha, li b’xi mod jew ieħor, jipparteċipaw f’relazzjonijiet kummerċjali jkunu suġġetti għar-riskju li ma jistgħux jipprovaw l-interess tagħhom li jakkwistaw informazzjoni li tidher fir-reġistru tal-kumpanniji, dan ikollu bħala effett li jnaqqas il-fiduċja tagħhom f’dan l-istrument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, jiena nikkunsidra li r-reġistri pubbliċi bħar‑reġistri tal-kumpanniji ma jistgħux jilħqu l-għan essenzjali tagħhom, jiġifieri t-tisħiħ taċ-ċertezza legali permezz ta’ disponibbiltà trasparenti ta’ informazzjoni legalment affidabbli, ħlief jekk l-aċċess ikun miftuħ għal kulħadd u għal perijodu indeterminat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-bilanċ ġust bejn id‑drittijiet fundamentali protetti mid-dritt tal-Unjoni u l-għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jista’ jiddependi min-natura tal-informazzjoni inkwistjoni u minn natura sensittiva tagħha għall-ħajja privata tal-persuna kkonċernata kif ukoll mill-interess tal-pubbliku li jkollu din l-informazzjoni, li jista’ jvarja, b’mod partikolari, skont ir‑rwol li għandha din il-persuna fil-ħajja pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>L-għażla li jagħmlu persuni fiżiċi li jipparteċipaw fil-ħajja ekonomika permezz ta’ kumpannija kummerċjali timplika rekwiżit permanenti ta’ trasparenza. Għal din ir-raġuni prinċipali, spjegata minn aspetti differenti fl-argumenti preċedenti, nikkunsidra li l-interferenza fid-dritt tal-protezzjoni tad-data personali li tidher fir-reġistri tal‑kumpanniji, li tikkonsisti li tkun żgurata l-pubblikazzjoni ta’ din id‑data għal perijodu indeterminat u disponibbli għal kull persuna li titlob l-imsemmija data, hija ġġustifikata mill-interess qawwi ta’ terzi li jkollhom aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Nirreferi, f’dan ir-rigward, għall-punti 81 u 97 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Finalment, nosserva li l-analiżi preċedenti hija f’sintonija mal‑Artikolu 17(3)(b) u (d) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE>, dwar il-protezzjoni tal‑persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il‑moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46 (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Fil-fatt, din id‑dispożizzjoni tipprevedi li d-dritt għat-tneħħija ta’ data personali jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>dritt li tintnesa<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> ma japplikax meta l-ipproċessar huwa neċessarju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>għal konformità ma’ obbligu legali li jeħtieġ ipproċessar skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur jew għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, nipproponi li tingħata r‑risposta segwenti lill-Corte suprema di cassazione (Qorti ta’ Kassazzjoni, l-Italja):</TXT><P>L-Artikolu 2(1)(d) u (j), kif ukoll l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal‑Kunsill 68/151/KEE, tad-<DATE ISO="19680309">9 ta’ Marzu 1968</DATE>, dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is‑salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità, kif emendata bid‑Direttiva 2003/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20030715">15 ta’ Lulju 2003</DATE>, u l-Artikolu 6(1)(e) kif ukoll l-Artikolu 7(c), (e) u (f) tad-Direttiva 95/46/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il‑protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal‑ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id‑data, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-data personali inkluża fir-reġistru tal-kumpanniji tista’, wara ċertu żmien u fuq talba tal-persuna kkonċernata, jew titneħħa, issir anonima jew titħassar, jew issir aċċessibbli biss għal ċirku ristrett ta’ terzi, jiġifieri dawk li juru interess leġittimu li jkollhom aċċess għal tali data.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>