|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XIX
IR-RIĊERKA, L-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU U L-ISPAZJU
Artikolu 180
(ex Artikolu164 TKE)
Filwaqt li tfittex li tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha twettaq dawn l-attivitajiet li ġejjin, li jikkomplementaw l-attivitajiet li jsiru fl-Istati Membri:
|
a) |
l-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni, billi ssaħħaħ il-koperazzjoni ma’ u bejn l-impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet; |
|
b) |
il-promozzjoni ta' koperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni ta' l-Unjoni; |
|
c) |
id-disseminazzjoni u l-valorizzazzjoni tar-riżultati ta’ attivitajiet fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni ta' l-Unjoni; |
|
d) |
l-istimulazzjoni tat-taħriġ u l-mobilità tar-riċerkaturi fl-Unjoni. |