|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/819 |
1.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/819
tal-1 ta’ April 2026
li jemenda għat-355 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra/kkunsidrat/kkunsidraw (i)t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), il-punt (a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Marzu 2026, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1267(1999), 1989(2011) u 2253(2015), li jżid żewġ entrati mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet tiegħu li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi finanzjarji. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/881/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jiżdiedu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
“Abd El Hamid Salim Ibrahim Brukan al-Khatouni (kitba oriġinali: عبد الحميد سالم إبراهيم بروكان الخاتوني) (psewdonimu affidabbli: Abu Omar Al Sarraf). Data tat-twelid: 1.9.1970. Post tat-twelid: l-Iraq. Nazzjonalità: l-Iraq. Indirizz: l-Iraq. Informazzjoni oħra: (a) Serva ta’ mexxej ta’ livell għoli mal-ISIL (Da’esh) bħala l-uffiċjal tal-ġestjoni finanzjarja; (b) Isem l-omm: Khadija Hattab Ismail; (c) Ġeneru: Raġel. Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 26.3.2026.”
“Sami Jasim Muhammad Jaata Al-Jaburi (kitba oriġinali: ﺳﺎﻣﻲ ﺟﺎﺳم ﻣﺣﻣد ﺟﻌﺎطﺔ اﻟﺟﺑوري) (psewdonimu affidabbli: (a) Mustafa Adnan al-Aziz (kitba oriġinali: ﻣﺻطﻔﻰ ﻋدﻧﺎن اﻟﻌزﯾز) (Karta tal-Identità Nazzjonali nru . 9080002892, maħruġa mir-Repubblika Għarbija Sirjana; isem l-omm: Dahiyah al-Mulhim; Data tat-twelid: 1.1.1973; Post tat-twelid: Albu Kamal, is-Sirja); (b) Mustafa Adnan al-Azeez (Karta ta’ residenza Torka nru. 4118 maħruġa fil-15.1.2019); psewdonimu ta’ kwalità baxxa: (a) Sami al-Ajuz; (b) Hajji Hamid. Data tat-twelid: 1.7.1974. Post tat-twelid: l-Iraq. Nazzjonalità: l-Iraq. Indirizz: l-Iraq. Informazzjoni oħra: (b) assuma rwoli diversi fl-ISIL (Da’esh) fosthom is-sorveljanza tal-affarijiet finanzjarji u materjali u l-għejun ta’ dħul tal-ISIL. Kien ukoll membru tal-hekk imsejjaħ Kumitat Delegat, li huwa l-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-ISIL (Da’esh). Ħa sehem ukoll f’diversi operazzjonijiet terroristiċi kontra l-forzi tas-sigurtà meta l-ISIL kienet tikkontrolla territorju u kien involut fil-kuntrabandu ta’ derivati taż-żejt; (b) Isem l-omm: A’ishah Hasan; (c) Ġeneru: Raġel; (d) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: iswed: kulur tax-xagħar: iswed: Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2), il-punt (i): 26.3.2026.”
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/819/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)