21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 41/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2008 ta’ l-1 ta’ Frar 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (2) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/393/KE (3), li tinsab inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar taħt dan il-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Iżlanda u l-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I ta’ l-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/598/KE) fil-Parti 3.2:

“40.

32007 R 1266: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, ta’ l-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet tal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37).

Dan l-att m’għandux japplika għall-Iżlanda.”

(2)

It-test tal-punt 33 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE) tal-Parti 3.2 għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 fl-ilsien Norveġiż, li għandu jiġi ippubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 154, 12.6.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.

(3)   ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22.

(*1)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.