European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/225

12.1.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12260 — JP / VOS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/225)

1.   

Fit-23 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Zamenhof Exploitation SAS, li tappartjeni għall-Jacky Perrenot Group (“JP”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Sigefi u EMZ Partners (it-tnejn li huma ta’ Franza);

—

Vos Logistics Beheer B.V. (“Vos”, in-Netherlands).

JP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Vos.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

JP tipprovdi trasport tal-merkanzija bit-triq, servizzi loġistiċi, u loġistika tal-kuntratti, u hija essenzjalment attiva fi Franza filwaqt li taqdi lill-klijenti f’diversi Stati Membri. Il-ġenituri aħħarija tagħha Sigefi u EMZ Partners huma fondi ta’ investiment.

—

Vos tipprovdi servizzi loġistiċi, tispeċjalizza fis-servizzi internazzjonali tat-trasport bit-triq u tal-loġistika, u topera f’diversi pajjiżi fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12260 — JP / VOS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/225/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)