<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-159/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0159</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1040">EU:C:2018:1040</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Tanchev – Kawża C-159/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Moens</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-159/18</HT></P><P>André Moens</P><P>vs</P><P>Ryanair Ltd</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Qorti Konċiljatorja tat-Tielet Kanton ta’ Charleroi, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>KE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens għal passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Għeluq tal-pista minħabba t-tixrid ta’ fjuwil</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Qorti Konċiljatorja tat-Tielet Kanton ta’ Charleroi, il-Belġju) tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja talba ġdida sabiex tikkjarifika l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 306).</P></NOTE>, f’dan il-każ fir-rigward ta’ tixrid tal-fjuwil fuq pista li kkawża l-għeluq ta’ din il-pista. Ittrattajt dan il-kunċett f’ċertu dettall fil-konklużjonijiet reċenti tiegħi f’<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Germanwings</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-501/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:945">EU:C:2018:945</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Peress li l-kwistjonijiet imqajma f’dan il-każ huma tkomplija ta’ dawk diskussi f’Germanwings, sabiex tiġi evitata repetizzjoni mhux meħtieġa, ser nibbaża ruħi fuq l-analiżi li tinsab f’dawk il-konklużjonijiet u ser nillimita ruħi li nindirizza l-kwistjonijiet li huma speċifiċi għall-każ preżenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, nirreferi għad-dispożizzjonijiet legali rilevanti tar-regolament imsemmi hawn fuq (li huma identiċi hawnhekk) kif imsemmi fil-punti 4 sa 7 tal-konklużjonijiet f’Germanwings.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>André Moens irriżerva titjira ma’ Ryanair Ltd minn Venezja (Treviso, l-Italja) għal Charleroi skedata għall-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>. L-ajruplan kien mistenni jitlaq fil-17.00 u jillandja fis-18.40. It-titjira waslet f’Charleroi 4 sigħat u 23 minuta tard. Minħabba dan id-dewmien, il-kumpannija CLAIMIT, debitament ordnata minn A. Moens, bagħtet talba għall-ħlas tal-kumpens ta’ EUR 250 pagabbli taħt ir-Regolament Nru 261/2004. Sussegwentement, ir-rappreżentant legali ta’ A. Moens bagħat avviż formali ta’ ħlas lil<?PAGE NO="2"?> Ryanair. Il-kumpannija rrifjutat li tikkumpensa lis-Sur Moens, u sostniet li l-avveniment kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Il-kuntest fattwali bażiku huwa li tixrid ta’ fjuwil fuq il-pista tat-tlugħ ikkawża l-għeluq tal-pista għal iktar minn sagħtejn, u dan l-għeluq wassal għad-dewmien tat-tluq tat-titjira ta’ A. Moens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma hijiex ċerta dwar il-klassifikazzjoni tal-avveniment ta’ hawn fuq bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u għalhekk iddeċidiet li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Il-fatt inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway [iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-avveniment inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>], jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew taħt dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens tal-premessa 14 [tar-Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru], kif interpretat mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>McDonagh</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-12/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:43">EU:C:2013:43</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jew dawn iż-żewġ kunċetti huma l-istess ħaġa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) [ta’ dan ir-Regolament], għandu jiġi interpretat fis-sens li avveniment bħal dak inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, għandu jitqies bħala avveniment inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività ta’ trasportatur bl-ajru u, konsegwentement, ma jistax jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> li tista’ teżenta lit-trasportatur bl-ajru mill-obbligu tiegħu ta’ kumpens lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira operata minn dan l-ajruplan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk l-avveniment bħal dak inkwistjoni fit-tilwima preżenti, jiġifieri t-tixrid ta’ petrol fuq runway li wassal għall-għeluq ta’ din ir-runway, għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, minn dan għandu jiġi dedott li għat-trasportatur bl-ajru dan jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li ma setgħetx tiġi evitata anki li kieku kienu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt fil-qosor tal-osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>A. Moens isostni li t-tixrid ta’ fjuwil fuq pista li kkawża l-għeluq tal-pista għandu jiġi kklassifikat taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>; avveniment jikkwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jekk jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ryanair tqis li l-premessa 14 tar-Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru tista’ ma titqiesx li timponi kriterju legali supplimentari, li jipprovdi li ċirkustanza għandha wkoll titqies li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> skont din il-premessa. Il-Gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Polonja jsostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex għalfejn tindirizza l-ewwel domanda. Il-Kummissjoni Ewropea tqis li l-avveniment inkwistjoni ma jikkostitwixxix fih innifsu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u, għalhekk, għandhom jiġu eżaminati l-fatti kollha tal-kwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq taċċerta jekk it-tixrid ta’ fjuwil petrol fuq pista li kkawża l-għeluq tal-pista jikkostitwixxix: (a) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (li jista’ jagħti lok għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) jew (b) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jew (ċ) it-tnejn fl-istess ħin (jekk dawn il-kunċetti għandhomx jiġu kkombinati).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[m]inn din l-indikazzjoni fil-[premessa 14] tar-[Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru] jirriżulta li l-leġiżlatur [tal-UE] ma kienx qed isostni li dawn l-<HT TYPE="ITALIC">avvenimenti</HT>, li wara kollox huma elenkati biss [f’din il-premessa] bħala indikazzjoni, jikkostitwixxu fihom infushom <HT TYPE="ITALIC">ċirkustanzi straordinarji</HT>, iżda sempliċement li jistgħu jipproduċu t-tali <HT TYPE="ITALIC">ċirkustanzi</HT>. Minn dan jirriżulta li ċ-<HT TYPE="ITALIC">ċirkustanzi</HT> kollha madwar dawn l-<HT TYPE="ITALIC">avvenimenti</HT> mhumiex neċessarjament każijiet għall-eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (enfasi miżjuda) – u għalhekk jeħtieġu evalwazzjoni każ b’każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, il-Qorti kkaratterizzat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> dawk iċ-<HT TYPE="ITALIC">ċirkustanzi</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>relatati ma’ <HT TYPE="ITALIC">avveniment</HT> li, skont dawk elenkati fil-premessa 14 tar-[Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru], mhuwiex inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u jaħrab mill-kontroll effettiv tiegħu minħabba n-natura jew l-oriġini tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (enfasi miżjuda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta – u dan ma huwiex ikkontestat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – li kien it-tixrid ta’ fjuwil fuq il-pista li kkawża l-għeluq tal-pista għal iktar minn sagħtejn. Dan l-għeluq wassal sabiex l-awtoritajiet tal-ajruport jieħdu deċiżjonijiet sabiex jiskedaw it-tluq tal-ajruplani u jattribwixxu slots ta’ ħin ġodda għalihom. Dan l-iskedar mill-ġdid ikkawża d-dewmien tat-titjira ta’ A. Moens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kwotazzjoni ta’ hawn fuq mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, kif invokati mill-qorti tar-rinviju, huma marbuta mill-qrib, iżda ma għandhomx jiġu kkombinati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Kif tosserva l-Kummissjoni, huwa ċar li ma jista’ jkun hemm ebda ċirkustanza straordinarja mingħajr l-okkorrenza ta’ avveniment li jagħti lok għaliha. Madankollu, l-oppost ma huwiex dejjem minnu. Fil-fatt, l-għeluq ta’ pista tat-tluq mhux bilfors iwassal għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>: pereżempju, f’sitwazzjoni fejn l-ajruport għandu għad-dispożizzjoni tiegħu pisti oħra li jistgħu jintużaw sabiex jiġi mmitigat l-għeluq. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din il-kwistjoni fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-fatti ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Dan il-qari huwa impliċitament ikkonfermat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pešková u Peška</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-315/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:342">EU:C:2017:342</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet għal domanda prattikament identika. L-ewwel domanda li saret f’din il-kawża u d-domandi magħmula fil-kawża Pešková u Peška, iżda wkoll fil-kawża van der Lans<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara d-domandi magħmula fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>van der Lans</NAME.CASE> (<NO.CASE>C 257/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:618">EU:C:2015:618</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet dawn id-domandi impliċitament b’mod simili għall-motivazzjoni tagħha fis-sentenza tal-<DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, Pešková u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Peška</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-315/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:342">EU:C:2017:342</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li hija diskussa hawn taħt.</P></NOTE>, juru li l-qrati nazzjonali jikkumbattu bil-kliem tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru kif ukoll bil-premessa 14 tiegħu. Għalhekk, inqis – kuntrarjament għall-Gvern Ġermaniż – li l-ewwel domanda ma hijiex sempliċement akkademika u teħtieġ risposta ċara mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Sa issa, il-Qorti tal-Ġustizzja wieġbet għal din il-kwistjoni sempliċement impliċitament, meta ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jistgħu jiġu kklassifikati bħala <HT TYPE="ITALIC">ċirkustanzi straordinarji</HT>, fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-[Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru], l-<HT TYPE="ITALIC">avvenimenti</HT> li, minn natura tagħhom jew mill-oriġini tagħhom, ma humiex inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur bl-ajru kkonċernat u li jaħarbu mill-kontroll effettiv ta’ dan tal-aħħar<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (punt 22 ta’ Pešková u Peška, enfasi miżjuda minni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Kuntrarjament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ma tikkostitwixxix <HT TYPE="ITALIC">ċirkustanza straordinarja</HT> l-ħsara qabel il-waqt ta’ ċerti komponenti ta’ ajruplan, peress li tali ħsara tibqa’ intrinsikament marbuta mas-sistema ta’ funzjonament tal-ajruplan. Fil-fatt, dan l-avveniment mhux mistenni, ma jaħrabx mill-kontroll effettiv tat-trasportatur bl-ajru, peress li huwa għandu jiżgura ż-żamma u l-funzjonament tajjeb tal-ajruplani li huwa juża għall-finijiet tal-attivitajiet ekonomiċi tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (punt 23 ta’ Pešková u Peška, enfasi miżjuda minni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-Artikolu 5(3) tar-[Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru], moqri fid-dawl tal-premessa 14 ta’ dan, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kolliżjoni bejn ajruplan u għasfur taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> (punt 26 tas-sentenza Pešková u Peška).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Meta wieħed japplika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata hawn fuq għall-kawża preżenti, isegwi li l-<HT TYPE="ITALIC">avveniment</HT> li jikkonsisti fit-tixrid ta’ fjuwil fuq pista li kkawża l-għeluq ta’ din il-pista ma jikkostitwixxix per se <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru. Għalhekk, sabiex dan l-avveniment jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, huwa neċessarju li l-qorti tar-rinviju teżamina l-fatti kollha tal-kawża quddiemha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni u t-tielet domanda</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt fil-qosor tal-osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-<HT TYPE="ITALIC">tieni domanda</HT>, il-partijiet kollha (ħlief għal A. Moens) jaqblu li t-tixrid ta’ fjuwil fuq pista li kkawża l-għeluq ta’ din il-pista u dewmien sinjifikattiv ta’ titjira jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Madankollu, il-motivazzjoni ta’ din il-konklużjoni tvarja skont il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ryanair tqis li l-kundizzjoni ta’ inerenza fl-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru la hija adatta u lanqas neċessarja: ma hijiex inkluża fir-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru u toħloq inċertezza. Ryanair tindika l-klassifikazzjoni problematika mill-qrati nazzjonali ta’ avvenimenti bħal sajjetti jew kolliżjonijiet ma’ għasafar. Hija ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tabbanduna dan il-kriterju suġġettiv u inċert, u tillimita ruħha għall-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ċirkustanzi li ma setgħux jiġu evitati anki jekk ittieħdu l-miżuri raġonevoli kollha<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni essenzjalment jargumentaw li ċ-ċirkustanza rilevanti hawn ma hijiex it-tixrid ta’ fjuwil fuq il-pista, iżda d-deċiżjoni sussegwenti tal-awtoritajiet tal-ajruport li jagħlqu dik il-pista. Il-Gvern Pollakk iqis li d-dewmien kien ikkawżat minn żewġ ċirkustanzi marbuta mill-qrib: malfunzjonament ta’ ajruplan differenti mill-ajruplan ta’ Ryanair li kellu jwettaq it-titjira kkonċernata u deċiżjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru li tingħalaq il-pista, it-tnejn jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Kuntrarjament, A. Moens iqis li t-tixrid ta’ fjuwil fuq pista huwa min-natura tiegħu inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività ta’ trasportatur tal-ajru: huwa avveniment normali fl-avjazzjoni minħabba li l-ajruplani huma għammra b’valvi intiżi sabiex tiġi evitata pressjoni eċċessiva ta’ fjuwil fit-tankijiet. Barra minn hekk, tali tixrid ma jmurx lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur tal-ajru sa fejn<?PAGE NO="5"?> ħafna drabi jkun hemm kwistjoni teknika li tirriżulta minn manutenzjoni insuffiċjenti, minn falliment prematur ta’ dawn il-valvi jew minn manipulazzjoni żbaljata. A. Moens iżid li probabbilment it-tixrid tal-fjuwil inkwistjoni huwa dovut għal ajruplan ieħor li jappartjeni lil Ryanair, li jikkonferma li t-trasportatur bl-ajru kellu kontroll fuq is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-<HT TYPE="ITALIC">tielet domanda</HT>, A. Moens kif ukoll il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Pollakk essenzjalment iqisu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jimplika li l-avveniment inkwistjoni għandu jkun imprevist. Il-Gvernijiet tal-Ġermanja u tal-Polonja kif ukoll il-Kummissjoni ma jarawx liema miżuri setgħet possibbilment ħadet Ryanair sabiex tevita d-dewmien. Ryanair tqis li, fid-dawl tar-risposta għat-tieni domanda, huwa biżżejjed li jiġi evalwat jekk iċ-ċirkustanzi setgħux jiġu evitati li kieku t-trasportatur ħa l-mezzi raġonevoli kollha – madankollu din hija evalwazzjoni fattwali li għandha ssir mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk avveniment li jikkonsisti fit-tixrid ta’ fjuwil fuq pista li jkun implika l-għeluq ta’ dik il-pista għandux jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li tista’ teżonera lit-trasportatur tal-ajru mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien sinjifikattiv ta’ titjira operata minn dak it-trasportatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Kif spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Germanwings</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-501/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:945">EU:C:2018:945</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ċirkustanzi straordinarji skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru stabbilixxiet test b’żewġ partijiet: (i) il-problema trid tkun attribwita lill-avveniment – bħal dawk l-avvenimenti msemmija fil-premessa 14 tal-imsemmi regolament – li ma huwiex inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur bl-ajru kkonċernat (l-ewwel parti); u (ii) minħabba n-natura jew l-oriġini tiegħu, imur lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur bl-ajru (it-tieni parti). Għandu jiġi osservat li dawn iż-żewġ partijiet (kundizzjonijiet): (i) natura inerenti u (ii) kontroll, għandhom jiġu evalwati każ b’każ u huma kumulattivi. Jien ser nindirizzahom wara xulxin hawn taħt.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Natura inerenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, liema avveniment kawżali għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan il-kuntest: it-tixrid tal-fjuwil jew id-deċiżjoni li tingħalaq il-pista jew it-tnejn?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Jidhirli (kif jagħmlu l-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni) li ċ-ċirkustanza rilevanti hawnhekk ma hijiex it-tixrid tal-fjuwil fuq il-pista, iżda d-deċiżjoni sussegwenti tal-awtoritajiet tal-ajruport li jagħlqu dik il-pista, u ma huwiex rilevanti li tiġi stabbilita r-raġuni għal dik id-deċiżjoni, sa fejn l-għeluq ma kienx prevedibbli, ippjanat jew imħabbar bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-istess bħall-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, li jistgħu jipprevjenu t-twettiq ta’ titjira ppjanata, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-ajruporti jistgħu jinfluwenzaw ukoll b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>mod estranju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (jiġifieri minn barra) it-twettiq ta’ titjira ppjanata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat mill-Gvern Ġermaniż, dawn id-deċiżjonijiet ma jiffurmawx parti mill-attivitajiet tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat fil-kuntest tat-twettiq tat-trasport bl-ajru; huma jaqgħu taħt l-attivitajiet u l-kompetenzi tal-awtoritajiet tal-ajruport, li għandhom ikunu distinti minn dawk tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Ma huwiex neċessarju li jkun magħruf liema raġunijiet wasslu lill-awtoritajiet tal-ajruporti jordnaw l-għeluq ta’ pista, sa fejn hija biss dik id-deċiżjoni nnifisha li għandha impatt negattiv fuq it-twettiq tat-titjira ppjanata kkonċernata, filwaqt li t-trasportatur tal-ajru ma għandu ebda influwenza fuqha. Jekk id-deċiżjoni timplika dewmien jew kanċellazzjonijiet, hija f’din id-deċiżjoni li hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru. Jista’ jiġi argumentat li abbażi tal-premessa 15 ta’ dan ir-regolament, huwa wkoll possibbli li l-mod kif id-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-ajruport kienet immotivata ma huwiex rilevanti. Din il-premessa espliċitament tinkludi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ċirkustanza straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> deċiżjoni ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fir-rigward ta’ ajruplan partikolari li jimplika dewmien twil jew il-kanċellazzjoni ta’ titjira jew iktar ta’ dan l-ajruplan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li ċ-ċirkustanzi li ġejjin ma jikkostitwixxux avvenimenti li huma inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat: l-għeluq ta’ (parti minn) spazju tal-ajru minħabba l-eruzzjoni tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajökull, dan l-avveniment estranju jaqa’ barra mill-kontroll tat-trasportatur tal-ajru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>McDonagh</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-12/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:43">EU:C:2013:43</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)); ħabta bejn ajruplan u għasfur, kif ukoll il-ħsara kkawżata minnha, sakemm dawn ma jkunux intrinsikament marbuta mas-sistema operattiva tal-ajruplan u ma jkunux min-natura jew mill-oriġini tagħhom inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru, u barra minn hekk, jaqgħu barra mill-kontroll effettiv tiegħu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pešková u Peška</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-315/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:342">EU:C:2017:342</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); difett moħbi tal-manifattura li jaffettwa s-sigurtà tat-titjira jew il-ħsara lill-ajruplan minħabba sabotaġġ jew terroriżmu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u fil-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Germanwings</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-501/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:945">EU:C:2018:945</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jiena qist li ħsara ta’ tajer ta’ ajruplan ikkawżata minn viti fuq il-pista tat-tluq jew tal-inżul taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Jekk wieħed japplika l-ġurisprudenza ta’ hawn fuq għall-kawża preżenti, huwa ċar li l-għeluq ta’ pista li la kien previst u lanqas imħabbar jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar- Regolament tad-Drittijiet tal-Passiġġieri, sa fejn huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>estranju<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> għat-trasportatur tal-ajru kkonċernat – la huwa marbut mal-manutenzjoni u lanqas mal-funzjonament tajjeb tal-ajruplan tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, naqbel mal-Gvern Ġermaniż li, anki jekk ir-raġuni għall-għeluq kellha tittieħed inkunsiderazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>), dan ma jeskludix il-konklużjoni li hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Dan huwa l-każ minħabba li t-tixrid tal-fjuwil inkwistjoni huwa, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, attribwibbli għal trasportatur tal-ajru differenti minn dak inkwistjoni ineżami u għalhekk ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu (bl-istess mod bħad-deċiżjoni li tingħalaq il-pista) u mid-deċiżjoni tar-rinviju lanqas ma jirriżulta li kienet ir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru li jnaddaf din il-pista<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Fil-fatt, pereżempju, fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-qrati qiesu li falliment tekniku, bħat-tixrid ta’ fjuwil, għandu jitqies bħala kwistjoni ta’ sikurezza u kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Ara r-Rikorrenti vs KLM Royal Dutch Airlines, rechtbank Amsterdam (il-Qorti Distrettwali ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi il-Baxxi), <DATE ISO="20070509">9 ta’ Mejju 2007</DATE>, 791233 CV Expl 06-19812; NAS a.O. vs Transavia, rechtbank Utrecht (il-Qorti Distrettwali ta’ Utrecht, il-Pajjiżi il-Baxxi), <DATE ISO="20070627">27 ta’ Ġunju 2007</DATE>, LJN BE9027; rechtbank Haarlem, (il-Qorti Distrettwali ta’ Haarlem, il-Pajjiżi il-Baxxi) <DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, LJN BG2720; rechtbank Haarlem (il-Qorti Distrettwali ta’ Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi), <DATE ISO="20071003">3 ta’ Ottubru 2007</DATE>, LJN AZ5828.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-analiżi preċedenti hija sostnuta wkoll mill-proposta tal-Kummissjoni COM(2013) 130 finali għal regolament ġdid li jemenda r-Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru, fejn jidħol it-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom.</P></NOTE> li issa jipprovdi espressament għal dan il-għan: l-għeluq imprevist ta’ ajruport għandu jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-kitba legali akkademika qieset ukoll li skont is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) wieħed jista’ jikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> l-għeluq temporanju jew restrizzjonijiet operattivi ta’ ajruport (Bartlik, M., <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Der <QUOT.START CODE="201E" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>außergewöhnliche Umstand<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> nach dem Urteil des Europäischen Gerichtshofs in der Rechtssache Wallentin-He[r]mann gegen Alitalia<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="2019" ID="QE0046"/>, RRa, 2009, p. 278, Balfour, J., The <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Extraordinary Circumstances’ Defence in EC Regulation 261/2004 after Wallentin-Hermann v Alitalia<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="2019" ID="QE0048"/>, Zeitschrift für Luft- und Weltraumrecht, 58, 2009, p. 224 u 230).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Finalment, nirrimarka li l-ġurisprudenza Ġermaniża hija partikolarment rikka f’dan il-kuntest u tidher li tmur fl-istess direzzjoni bħal dik li qiegħed nipproponi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara s-sentenza tal-Amtsgericht Erding (il-Qorti Distrettwali ta’ Erding, il-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20110418">18 ta’ April 2011</DATE>, Kawża 2 C-1053/11. Ara wkoll sentenzi rilevanti oħra ta’: Amtsgericht Wedding (il-Qorti Distrettwali ta’ Wedding, il-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Kawża 2 C-115/10, Amtsgericht Geldern (il-Qorti Distrettwali ta’ Geldern, il-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20110803">3 ta’ Awwissu 2011</DATE>, Kawża 4 C-242/09, Amtsgericht Königs Wusterhausen (il-Qorti Distrettwali ta’ Königs Wusterhausen, il-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20110608">8 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Kawża 9 C-113/11, Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Distrettwali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>, Kawża 32 C-3328/13, Amtsgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Distrettwali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) tal-<DATE ISO="20140801">1 ta’ Awwissu 2014</DATE>, Kawża 30 C-2922/13.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kontroll</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>il-leġiżlatur [UE] ma kellux l-intenzjoni li jipprovdi għal eżenzjoni mill-obbligu li jiġu kkumpensati l-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira mhux fiċ-ċirkustanzi straordinarji kollha, iżda biss f’dawk iċ-ċirkustanzi li ma setgħux jiġu evitati anki li kieku l-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu.<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>peress li mhux iċ-ċirkustanzi straordinarji kollha kienu jagħtu lok għal eżenzjoni, huwa min jixtieq jinvoka ċ-ċirkustanzi straordinarji bħala difiża li għandu l-oneru li jistabbilixxi, barra minn hekk, li f’kull każ dawn ma setgħux jiġu evitati permezz ta’ miżuri adatta għas-sitwazzjoni, jiġifieri permezz ta’ dawk il-miżuri li, meta seħħew dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji, kienu jissodisfaw b’mod partikolari kundizzjonijiet teknikament u ekonomikament sostenibbli għat-trasportatur tal-ajru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> Dan tal-aħħar għandu jistabbilixxi li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>anki li kieku kellu juża l-mezzi kollha f’termini ta’ persunal jew ta’ materjal u l-mezzi finanzjarji li huwa kellu, evidentement xorta ma kienx jista’ mingħajr ma jbati minn sagrifiċċji insopportabbli fid-dawl tal-kapaċitajiet tal-impriża tiegħu fil-mument ikkonċernat, jevita li ċ-ċirkustanzi straordinarji li kien qed jiffaċċja jwasslu għall-kanċellazzjoni tat-titjira.<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>l-Artikolu 5(3) tar-[Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru] ma jistax jiġi interpretat bħala li jimponi, skont miżuri raġonevoli, li tiġi ppjanata, b’mod ġenerali u indifferenzjat, riżerva ta’ żmien minima applikabbli indistintivament għat-trasportaturi tal-ajru kollha fis-sitwazzjonijiet kollha li fihom seħħew ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Eglītis u Ratnieks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-294/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:303">EU:C:2011:303</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>[h]ija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, it-trasportatur tal-ajru kkonċernat ħax il-miżuri adattati għas-sitwazzjoni, jiġifieri dawk li, fil-mument meta seħħew iċ-ċirkustanzi straordinarji kkonstatati, kienu jissodisfaw, b’mod partikolari, kundizzjonijiet teknikament u ekonomikament sostenibbli għal dan it-trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Wallentin-Hermann,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-549/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:771">EU:C:2008:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Naqbel mal-Gvern Ġermaniż li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li t-trasportatur tal-ajru kkonċernat kellu informazzjoni minn qabel jew indikazzjonijiet dwar l-għeluq tal-pista, li kienet tippermettilu jieħu miżuri preventivi. Barra minn hekk, anki jekk it-trasportatur tal-ajru kellu għad-dispożizzjoni tiegħu dik l-informazzjoni, ma huwiex ċar liema miżuri seta’ effettivament ħa sabiex jevita ċ-ċirkustanza straordinarja. Fil-każ ineżami, it-trasportatur tal-ajru kien f’sitwazzjoni li kienet esklużivament passiva u kien obbligat isegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tal-ajruport. Jirriżulta mill-proċess quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li t-trasportatur tal-ajru nnifsu ma kellu ebda awtorità neċessarja li tippermettilu jieħu miżuri korrettivi fuq inizjattiva tiegħu stess - u dan la b’mod preventiv (pereżempju, permezz ta’ tluq qabel l-għeluq tal-pista) u lanqas <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, ladarba ttieħdet id-deċiżjoni sabiex tingħalaq il-pista. Lanqas ma kien obbligat jew seta’ jieħu miżuri attivi sabiex jikseb spazju ta’ ħin ġdid kemm jista’ jkun malajr fil-kuntest tal-iskedar mill-ġdid tat-tlugħ ippjanat mill-awtoritajiet tal-ajruporti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, it-trasportatur tal-ajru ma jiksibx informazzjoni immedjata dwar l-okkorrenza tal-avveniment, ma jipparteċipax fid-deċiżjoni dwar l-għeluq tal-pista, ma jistax ifittex fuq inizjattiva tiegħu soluzzjonijiet alternattivi u huwa obbligat isegwi l-istruzzjonijiet maħruġa mill-kontroll tat-traffiku tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat mill-Gvern Pollakk, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-għeluq tal-pista, id-dritt tal-Unjoni nnifsu jeżiġi dan l-għeluq għat-tul tat-tindif<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-Anness IV, taħt ADR.OPS.C.010 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Bankini, uċuħ tal-art oħrajn u drenaġġ<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, taħt (a) u (b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-<DATE ISO="20140212">12 ta’ Frar 2014</DATE> li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 44, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, filwaqt li t-trasportatur tal-ajru m’għandu ebda influwenza fuq dik id-deċiżjoni (jew fuq il-ħeffa tal-operazzjoni tat-tindif).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat f’dan il-kuntest li, waqt l-evalwazzjoni tal-miżuri raġonevoli li għandu jieħu inkunsiderazzjoni t-trasportatur tal-ajru, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>għandhom biss jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri li jistgħu effettivament jiġu attribwiti lilu, minbarra dawk li huma kompetenza ta’ terzi, bħal, b’mod partikolari, it-tmexxija tal-ajruporti u l-kontrolluri tat-traffiku kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pešková u Peška</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-315/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:342">EU:C:2017:342</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fl-aħħar, inqis (kif tagħmel il-Kummissjoni) li s-sitwazzjoni f’din il-kawża tirrifletti sa ċertu punt il-premessa 15 tar-Regolament dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri tal-Ajru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara wkoll il-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> li tirrikonoxxi n-natura straordinarja ta’ ipoteżi li tista’ titqabbel ma’ dik inkwistjoni hawnhekk: sitwazzjoni fejn deċiżjoni dwar l-immaniġġjar tat-traffiku tal-ajru fir-rigward ta’ ajruplan partikolari f’ġurnata partikolari timplika dewmien twil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar id-Drittijiet ta’ Passiġġieri tal-Ajru, li tipprovdi li ċ-ċirkustanzi straordinarji u l-konsegwenzi tagħhom, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha ġew meħudin<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> hija ssodisfatta fil-każ preżenti. Sa fejn it-trasportatur tal-ajru la seta’ jipprevedi l-għeluq temporanju tal-pista insegwitu tat-tixrid tal-fjuwil fuqha, la jqassar il-perijodu ta’ żmien ta’ dan l-għeluq u lanqas jirrikorri għal soluzzjonijiet alternattivi, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-ajruport kienet tmur lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur tal-ajru u ma setgħetx tiġi evitata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Justice de paix du troisième canton de Charleroi (il-Qorti Konċiljatorja tat-Tielet Kanton ta’ Charleroi, il-Belġju) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>L-avveniment li jikkonsisti fit-tixrid ta’ fjuwil fuq pista ta’ tlugħ li kkawża l-għeluq tal-pista ma jikkostitwixxix fih innifsu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91. Sabiex dan l-avveniment jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>ċirkustanza straordinarja<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, huwa meħtieġ li l-qorti tar-rinviju teżamina l-fatti kollha tal-kawża prinċipali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tixrid ta’ fjuwil fuq pista ta’ tlugħ li kkawża l-għeluq tal-pista għal iktar minn sagħtejn u li implika d-dewmien tat-titjira kkonċernata jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>ċirkustanzi straordinarji<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dan l-avveniment ma huwiex inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat u jmur lil hinn mill-kontroll effettiv tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>