2007R0593 — MT — 01.04.2012 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (ĠU L 140, 1.6.2007, p.3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1356/2008 tat-23 ta' Diċembru 2008 |
L 350 |
46 |
30.12.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 494/2012 tal-11 ta’ Ġunju 2012 |
L 151 |
22 |
12.6.2012 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 593/2007
tal-31 ta’ Mejju 2007
dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002, dwar regoli komuni fil-kamp ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 (1) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni,
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2005 tal-21 ta’ Marzu 2005 ( 2 ), stabbilixxa d-drittijiet u l-ħlasijiet li għandhom jiġu imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”). |
|
(2) |
Id-dħul ta’ l-Aġenzija jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u minn kull pajjiż terz Ewropew li jkun daħal biex jifforma parti mill-ftehim imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2000, dwar id-drittijiet imħallsa minn applikanti għal ċertifikati u approvazzjonijiet maħruġin, u ħlasijiet għal pubblikazzjonijiet, it-trattament ta’ appelli, taħriġ u kull servizz ieħor mogħti mill-Aġenzija. |
|
(3) |
Id-dħul u l-infiq ta’ l-Aġenzija għandhom jaqblu. |
|
(4) |
Drittijiet u ħlasijiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jintalbu u jiġu imposti mill-Aġenzija biss u f' EUR. Huma għandhom ikunu stabbiliti b’mod trasparenti, ġust u uniformi. |
|
(5) |
Id-drittijiet imposti mill-Aġenzija m’għandhomx jipperikolaw il-kompetittività ta’ l-industriji Ewropej ikkonċernati. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi li tikkunsidra kif xieraq il-kapaċità ta’ impriżi żgħar li jħallsu. |
|
(6) |
Waqt li s-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili għandha tiġi l-ewwel u qabel kollox, l-Aġenzija għandha, madankollu, tqis sewwa l-effiċjenza fl-infiq meta tkun qed twettaq il-ħidmiet li jaqgħu taħtha. |
|
(7) |
Il-post ġeografiku ta’ l-impriżi fit-territorji ta’ l-Istati Membri m’għandux ikun fattur diskriminatorju. Għaldaqstant, l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar li għandhom x’jaqsmu max-xogħol ta’ ċertifikazzjoni magħmul f’isem dawn l-impriżi għandhom jinġabru u jinqasmu bejn l-applikanti. |
|
(8) |
L-applikant għandu jkun informat, sa kemm huwa possibbli, bl-ammont previst li jkollu jħallas għas-servizz li jkun se jingħata u bil-mod li bih għandu jsir il-ħlas qabel ma jibda jingħata s-servizz. Il-kriterji biex jiġi stabbilit l-ammont li jkollu jitħallas għandhom ikunu ċari, uniformi u pubbliċi. Fejn huwa impossibbli li l-ammont ikun stabbilit minn qabel, l-applikant għandu jkun mgħarraf b’dan qabel ma jibda jingħata s-servizz. F’każ bħal dan għandu jkun hemm qbil, qabel ma jingħata s-servizz, fuq regoli ċari dwar kif għandu jkun stmat l-ammont li jkollu jitħallas waqt li jkun qed jingħata s-servizz. |
|
(9) |
L-industrija għandha tgawdi minn viżibilità finanzjarja tajba u tkun tista’ tantiċipa l-ispiża tad-drittijiet li jkun jeħtiġilha tħallas. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jkun assigurat bilanċ bejn l-infiq ġenerali ta’ l-Aġenzija meta din tagħmel xogħol ta’ ċertifikazzjoni u d-dħul ġenerali mid-drittijiet li timponi. Għandu, għaldaqstant, ikun possibbli li l-livelli tad-drittijiet ikunu riveduti kull sena abbażi tar-riżultati u t-tbassir finanzjarju ta’ l-Aġenzija. |
|
(10) |
Partijiet interessati għandhom jiġu kkonsultati qabel kull tibdil fid-drittijiet. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tagħti regolarment lill-partijiet interessati t-tagħrif dwar kif u fuq liema bażi jiġu kkalkolati d-drittijiet. Dan it-tagħrif għandu jagħti lill-partijiet interessati idea ta’ l-ispejjeż li tiltaqa’ magħhom l-Aġenzija u l-produttività tagħha. |
|
(11) |
It-tariffi stabbiliti b’dan ir-Regolament għandhom ikunu bbażati fuq it-tbassir ta’ l-Aġenzija fuq l-ammont ta’ xogħol tagħha u spejjeż relattivi. |
|
(12) |
Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fi żmien ħames snin minn meta jidħol fis-seħħ. |
|
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 għandu jkun revokat. |
|
(14) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 54 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għad-drittijiet u l-ħlasijiet miġburin mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni, ’il quddiem “l-Aġenzija”, biex jagħmlu tajjeb għas-servizzi li tipprovdi, inkluża l-provvista ta’ oġġetti.
Huwa jiddetermina, b’mod partikolari l-materji li għalihom huma dovuti drittijiet u ħlasijiet msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ammont ta’ dawk id-drittijiet u ħlasijiet u l-mod ta’ kif għandhom jitħallsu.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
(a) “drittijiet” tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li għandhom jitħallsu mill-applikanti għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni;
(b) “ħlasijiet” tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li għandhom jitħallsu mill-applikanti għal servizzi, għajr ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni, ipprovduti mill-Aġenzija, inkluża l-provvista ta’ merkanzija;
(c) “xogħol ta’ ċertifikazzjoni” tfisser l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija direttament jew indirettament għall-finijiet ta’ ħruġ, żamma jew emendar taċ-ċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu;
(d) “applikant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li titlob li tibbenefika minn xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizz ipprovdut mill-Aġenzija;
(e) “spejjeż ta’ vjaġġar” tfisser spejjeż ta’ trasport, spejjeż għal akkomodazzjoni u ikel, spejjeż inċidentali u allowances ta’ vjaġġar imħallsin lil persunal għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni;
(f) “spiża reali” tfisser in-nefqa attwali ta’ l-Aġenzija.
KAPITOLU II
DRITTIJIET
Artikolu 3
1. Il-drittijiet għandhom jassiguraw dħul totali li jkun biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha li jsiru għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, inklużi spejjeż ta’ sorveljanza kontinwa.
2. L-Aġenzija għandha tiddistingwi minn fost id-dħul u l-infiq tagħha dawk li jkunu attribwibbli għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni. Għal dan l-iskop:
(a) id-drittijiet miġburin mill-Aġenzija għandhom jinżammu f’kont separat u għandhom ikunu s-suġġett ta’ proċedura separata ta’ kontabilità;
(b) l-Aġenzija għandha tagħmel kontijiet analitiċi tad-dħul u l-infiq tagħha.
3. Id-drittijiet għandhom ikunu s-suġġett ta’ stima ġenerali provviżorja fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja. Din l-istima għandha tkun ibbażata fuq ir-riżultati finanzjarji preċedenti ta’ l-Aġenzija, l-istima tagħha ta’ nfiq u dħul u l-pjan tagħha ta’ ħidma għal quddiem.
Jekk fi tmiem sena finanzjarja d-dħul ġenerali mid-drittijiet, li jikkostitwixxu dħul assenjat skond l-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, ikun aktar mill-ispiża ġenerali għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, iż-żejjed għandu jintuża biex jiffinanzja xogħol ta’ ċertifikazzjoni skond ir-regolament Finanzjarju ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 4
Id-dritt li għandu jitħallas mill-applikant għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni partikulari għandu jikkonsisti:
(a) f’ammont wieħed varjabbli skond ix-xogħol involut li jirrifletti l-ispiża magħmula mill-Aġenzija biex twettaq dak ix-xogħol. L-ammonti differenti ta’ dritt uniformi huma stabbiliti fit-Taqsimiet I u III ta’ l-Anness; jew,
(b) ammont varjabbli proporzjonat mal-kwantità tax-xogħol involut, muri f’għadd ta’ sigħat immultiplikati bid-dritt għal kull siegħa. Id-dritt għal kull siegħa għandu jirrifletti l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn xogħol ta’ ċertifikazzjoni. Ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni li jitħallas abbażi ta’ kull siegħa, kif ukoll id-dritt applikabbli għal kull siegħa, huma speċifikati fit-Taqsima II ta’ l-Anness.
Mal-applikazzjoni ta’ Regolamenti futuri, l-Aġenzija tista’ timponi drittijiet skont it-Taqsima II tal-Anness għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni għajr dak imsemmi fit-Taqsima I tal-Anness.
Kwalunkwe tibdiliet fl-organizzazzjoni li huma rrappurtati lill-Aġenzija u jaffettwaw l-approvazzjoni tagħha jista’ jkollhom l-effett ta’ kkalkular mill-ġdid tad-dritt ta’ sorveljanza dovut, li se jkun applikabbli miċ-ċiklu ta’ drittijiet li jmiss.
Artikolu 5
1. L-ammonti stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta’ l-Aġenzija.
2. Dawn l-ammonti għandhom jiġu indiċjati kull sena mar-rata ta’ inflazzjoni stabbilita fit-Taqsima V ta’ l-Anness.
3. L-Anness għandu jkun rivedut kull sena jekk dan ikun meħtieġ.
4. L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati stabbilit skond l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, tagħrif dwar il-komponenti li jservu bħala bażi biex jiġi stabbilit il-livell tad-drittijiet. Dan it-tagħrif għandu jikkonsisti b’mod partikulari f’analiżi dettaljata ta’ l-ispejjeż relattivi għas-snin ta’ qabel u ta’ dawk li jmiss. L-Aġenzija għandha wkoll tagħti lill-Kummissjoni, lill-Bord tat-Tmexxija u lill-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati, darbtejn fis-sena, it-tagħrif dwar il-prestazzjoni li tidher fit-Taqsima VI ta’ l-Anness u bl-indikaturi ta’ prestazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.
5. Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament l-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati, tadotta sett ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni billi tqis partikularment it-tagħrif elenkat fit-Taqsima VI ta’ l-Anness.
6. L-Aġenzija għandha tikkonsulta mal-korp konsultattiv ta’ partijiet interessati qabel ma tagħti opinjoni dwar kull bidla fid-drittijiet. Waqt konsultazzjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tfisser ir-raġunijiet għal kull proposta għal modifika fil-livell ta’ drittijiet.
Artikolu 6
Bla ħsara għall-Artikolu 4, fejn isir kompitu ta' ċertifikazzjoni, b'mod sħiħ jew parzjali, barra t-territorji tal-Istati Membri il-miżata fatturata lill-applikant għandha tinkludi l-ispejjeż korrispondenti tal-ivjaġġar li saru barra minn dawk it-territorji, skond il-formula:
d = f + v + h – e
fejn:
|
d |
= |
il-ħlasijiet dovuti |
|
f |
= |
il-ħlasijiet li jikkorispondu għall-kompitu mwettaq, kif stipulat fl-Anness |
|
v |
= |
l-ispejjeż tal-ivvjaġġar |
|
h |
= |
il-ħin li ħadu l-esperti fil-meżżi tat-trasport, fatturat bi prezz fis-siegħa kif stipulat ġewwa l-Parti II |
|
e |
= |
l-ispejjeż medji tal-ivjaġġar ġewwa t-territorji tal-Istati Membri li jinkludu l-ħin medju użat fil-meżżi tat-trasport ġewwa t-territorji tal-Istati Membri mmultiplikat bil-prezz fis-siegħa kif stipulat ġewwa l-Parti II. |
Artikolu 7
Fuq talba ta’ l-applikant u bil-kunsens tad-Direttur Eżekuttiv ta’ l-Aġenzija, xogħol ta' ċertifikazzjoni jista’, f'każijiet eċċezzjonali, jsir kif se jingħad:
(a) billi għax-xogħol ikunu assenjati kategoriji ta’ persunal li normalment l-Aġenzija ma kinitx tassenja skond il-proċeduri standard tagħha, u/jew
(b) billi jkunu assenjati dawk ir-riżorsi umani biex ix-xogħol isir aktar malajr milli skond il-proċeduri standard ta’ l-Aġenzija.
F’każ bħal dan, għandha tiġi applikata żieda eċċezzjonali mad-dritt impost biex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kollha ta’ l-Aġenzija biex hija tissodisfa din it-talba speċjali.
Artikolu 8
1. Id-dritt għandu jitħallas mill-applikant f’EUR. It-termini tal-ħlas għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti fuq il-websajt tal-Aġenzija. L-applikant għandu jħallas id-dritt bis-sħiħ inklużi tariffi bankarji possibbli relatati mal-ħlas qabel il-ħruġ, iż-żamma jew l-emendar ta’ ċertifikat, sakemm l-Aġenzija ma tiddeċidix mod ieħor wara konsiderazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji. Id-dritt għandu jitħallas fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lill-applikant mill-Aġenzija. L-applikazzjoni tista’ tiġi kkanċellata jew iċ-ċertifikat jista’ jiġi sospiż jew revokat jekk il-ħlas dovut għad-drittijiet ma jasalx sa tmiem l-iskadenza u wara li l-Aġenzija tkun bagħtet twissija formali.
2. L-Aġenzija tista’ tiffattura d-dritt fi ħlas wieħed wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni jew fil-bidu tal-perjodu annwali jew dak ta’ sorvelljanza.
3. Għax-xogħol kollu ta’ ċertifikazzjoni li jwassal għall-ħlas ta’ drittijiet ikkalkulati għal kull siegħa, l-Aġenzija, fuq talba speċifika, tista’ tipprovdi stima lill-applikant. L-istima għandha tkun emendata mill-Aġenzija jekk jidher li x-xogħol huwa iktar sempliċi jew li jista’ jitwettaq aktar malajr milli kien imbassar inizjalment jew, bil-kontra, jekk inhu iktar kumpless u jieħu iktar żmien biex jitwettaq minn dak li l-Aġenzija setgħet raġonevolement tbassar.
4. Jekk, wara verifika tal-applikazzjoni, l-Aġenzija tiddeċiedi li ma taċċettax din l-applikazzjoni, kwalunkwe dritt li diġà tħallas jiġi ritornat lura lill-applikant, bl-eċċezzjoni tal-ammont li jkopri l-ispejjeż amministrattivi tat-trattament tal-applikazzjoni. Dak l-ammont għandu jkun ekwivalenti għad-doppju tad-dritt għal kull siegħa fit-Taqsima II tal-Anness. Fejn l-Aġenzija jkollha provi li l-kapaċità finanzjarja tal-applikant tkun f’riskju, hija tista’ tirrifjuta applikazzjoni sakemm l-applikant jipprovdi garanzija bankarja jew depożitu garantit. L-Aġenzija tista’ wkoll tirrifjuta applikazzjoni, jekk l-applikant ma jissodisfax l-obbligi tal-ħlas tiegħu li jirriżultaw mix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi mwettqa mill-Aġenzija, sakemm l-applikant iħallas l-ammonti pendenti dovuti għal dak ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi provduti.
5. Jekk xi xogħol ta’ ċertifikazzjoni jkollu jiġi interrott mill-Aġenzija minħabba li l-applikant ma għandux riżorsi biżżejjed jew minħabba li jonqos li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, jew għax l-applikant iddeċieda li jtemm l-applikazzjoni tiegħu jew li jipposponi l-proġett tiegħu, il-bilanċ ta’ kwalunkwe ħlasijiet dovuti, ikkalkulati bi prezz fis-siegħa għall-perjodu ta’ tnax-il xahar iżda li ma jaqbiżx id-dritt uniformi applikabbli, għandu jitħallas bis-sħiħ fil-mument li l-Aġenzija tieqaf taħdem, flimkien ma’ kwalunkwe ammont ieħor dovut f’dak il-mument. L-għadd rilevanti ta’ sigħat għandu jiġi fatturat bi dritt għal kull siegħa kif stipulat fit-Taqsima II tal-Anness. Meta, fuq talba tal-applikant, l-Aġenzija terġa’ tibda xogħol ta’ ċertifikazzjoni li kien ġie interrott qabel, il-ħlas ta’ dan ix-xogħol għandu jkun daqslikieku kien proġett ġdid.
6. Jekk id-detentur taċ-ċertifikat iċedi ċ-ċertifikat korrispondenti jew jekk l-Aġenzija tirrevoka ċ-ċertifikat, il-bilanċ ta’ kwalunkwe dritt dovut, ikkalkulat kull siegħa iżda li ma jaqbiżx id-dritt uniformi applikabbli, għandu jitħallas fil-mument li sseħħ il-konċessjoni jew ir-revoka, flimkien ma’ kwalunkwe ammonti oħrajn dovuti sa dak il-mument. L-għadd rilevanti ta’ sigħat għandu jiġi fatturat bi dritt għal kull siegħa kif stipulat fit-Taqsima II tal-Anness.
7. Jekk l-Aġenzija tissospendi ċertifikat minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ dritt annwali jew dritt ta’ sorveljanza jew għaliex l-applikant jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, għandhom ikomplu l-perjodi rispettivi tad-drittijiet.
Artikolu 9
Id-drittijiet għandhom jintalbu u jinġabru biss mill-Aġenzija.
Stati Membri m’għandhomx jiġbru drittijiet għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni, anki jekk huma jagħmlu dak ix-xogħol f’isem l-Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tirrimborsa lill-Istati Membri għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni li jagħmlu f’isimha.
KAPITOLU III
ĦLASIJIET
Artikolu 10
1. Il-ħlasijiet għandhom jinġabru mill-Aġenzija għas-servizzi kollha, inkluża l-provvista ta’ oġġetti, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 3.
Iżda dawn li ġejjin għandhom ikunu mingħajr ħlas:
(a) it-trasmissjoni ta’ dokumenti u tagħrif, f’kull għamla, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(b) id-dokumenti disponibbli mingħajr ħlas mill-websajt ta’ l-Aġenzija.
▼M2 —————
Artikolu 11
L-ammont ta’ ħlasijiet miġbur mill-Aġenzija għandu jkun ugwali għan-nefqa attwali tas-servizz mogħti, inkluża l-ispiża biex is-servizz ikun disponibbli għall-applikant. Għal dak il-għan, iż-żmien li l-Aġenzija tieħu biex tagħti s-servizz għandu jitniżżel fil-fattura skond id-dritt għal kull siegħa, kif imsemmi fit-Taqsima II ta’ l-Anness.
Għandhom jiġu imposti ħlasijiet għall-ipproċessar ta’ appell imressaq skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ). L-ammonti tal-ħlasijiet huma stipulati fit-Taqsima IV tal-Anness. Fejn l-appellant ikun persuna ġuridika, jeħtieġ li tipprovdi lill-Aġenzija ċertifikat iffirmat minn uffiċjal awtorizzat tal-organizzazzjoni kkonċernata li jispeċifika l-fatturat finanzjarju tal-appellant. Dan iċ-ċertifikat għandu jitressaq flimkien man-notifika tal-appell. Ħlasijiet ta’ appelli għandhom jitħallsu fi żmien 60 jum kalendarju mid-data li fiha l-appell kien reġistrat fl-Aġenzija skont il-proċedura applikabbli stabbilita mill-Aġenzija. Fil-każ li l-ħlas ma jsirx qabel din l-iskadenza, il-Bord tal-appell għandu jiċħad l-appell. Jekk l-appell ikun konkluż favur l-appellant, il-ħlasijiet tal-appell imħallsa għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija mingħajr dewmien.
Tista’ tiġi kkomunikata stima tal-ammont tal-ħlasijiet lill-applikant fuq talba speċifika qabel ma jiġi pprovdut is-servizz. L-istima għandha tkun emendata mill-Aġenzija jekk jidher li x-xogħol huwa iktar sempliċi jew li jista’ jitwettaq aktar malajr milli kien imbassar inizjalment jew, bil-kontra, jekk inhu iktar kumpless u jieħu iktar żmien biex jitwettaq milli seta’ raġonevolment jiġi imbassar mill-Aġenzija.
Artikolu 12
Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-applikant, jew fil-każ ta’ appell, mill-persuna naturali jew ġuridika li tkun ippreżentat l-appell.
Huma għandhom jitħallsu f'EUR.
L-applikant għandu jassigura li l-Aġenzija titħallas l-ammont sħiħ dovut. Drittijiet bankarji li jista’ jkun hemm u li jkunu relattivi għall-ħlas għandhom jitħallsu mill-applikant.
Sakemm ma jkunx miftiehem xort’oħra bejn l-Aġenzija u l-applikant jew il-persuna naturali jew ġuridika appellanti, il-ħlasijiet għandhom jinġabru qabel ma jingħata s-servizz jew, skond il-każ, qabel ma tibda l-proċedura ta’ l-appell.
▼M1 —————
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI
Artikolu 13
Ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 huwa revokat.
Artikolu 14
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007. Huwa għandu japplika suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) Id-drittijiet li jidhru fit-tabelli 1 sa 5 tat-Taqsima I ta’ dak l-Anness għandhom japplikaw għal kull ċertifikat maħruġ wara l-1 ta’ Ġunju 2007.
(b) Id-drittijiet li jidhru fit-Tabella 6 tat-Taqsima I ta’ l-Anness għandhom japplikaw għad-drittijiet annwali miġbura wara l-1 ta’ Ġunju 2007.
(c) Għal applikanti li kienu mitlubin iħallsu d-dritt ta’ sorveljanza msemmi fil-punt (vi) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005 qabel l-1 ta’ Ġunju 2007, id-drittijiet li jidhru fit-Tabella 7 tat-Taqsima I ta’ l-Anness għandhom japplikaw ma’ l-ewwel ħlas akkont annwali dovut fl-aħħar tal-perjodu ta’ tliet (3) snin imsemmi fil-punt (vi) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005.
(d) Għal applikanti li kienu mitlubin iħallsu d-drittijiet ta’ sorveljanza msemmija fil-punti (viii), (x), (xiii) jew (xi) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005 qabel l-1 ta’ Ġunju 2007, id-drittijiet ta’ sorveljanza li jidhru fit-Tabelli 8, 9 u 10 tat-Taqsima I, u fil-paragrafu 2 tat-Taqsima III, ta’ l-Anness ta’ dan ir-Regolament, rispettivament, għandhom japplikaw ma’ l-ewwel ħlas akkont annwali dovut fl-aħħar tat-tmiem tal-perjodi ta’ sentejn (2) imsemmijin fil-punti (viii), (x) u (xiii) ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 488/2005.
2. Bla ħsara għall-Artikolu 13, ir-Regolament (KE) Nru 488/2005 għandu jibqa’ japplika għal kull dritt u ħlas li jmorru lil hinn mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skond il-paragrafu 1.
▼M1 —————
3. L-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut perjodikament biex jiġi żgurat li l-informazzjoni sinifikanti relatata għas-suppożizzjonijiet sottostanti għad-dħul u n-nefqa antiċipata tal-Aġenzija hija riflessa debitament fl-ammonti tad-drittijiet jew ħlasijiet imposti mill-Aġenzija. Fejn meħtieġ, dan ir-Regolament u l-Anness tiegħu jistgħu jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Kontenut |
|
|
Taqsima I: |
Xogħol bi ħlas ta’ dritt uniformi |
|
Taqsima II: |
Xogħol bi ħlas bis-siegħa |
|
Taqsima III: |
Drittijiet għal xogħol ieħor ta’ ċertifikazzjoni |
|
Taqsima IV: |
Ħlasijiet għal appelli |
|
Taqsima V: |
Rata annwali ta’ inflazzjoni |
|
Taqsima VI: |
Tagħrif dwar prestazzjoni |
Nota ta’ spjegazzjoni
(1) Drittijiet u ħlasijiet huma denominati f'ewro.
(2) Drittijiet relattivi għal prodotti msemmija fit-Tabelli 1 sa 4 tat-Taqsima I huma imposti għal kull operazzjoni u għal kull peijodu ta’ 12-il xahar. Wara l-ewwel peijodu ta’ 12-il xahar, jekk ikun il-każ, dawn id-drittijiet jiġu determinati pro rata temporis (parti waħda (1) minn kull 365 parti tad-dritt annwali rilevanti kull jum wara l-ewwel peijodu ta’ 12-il xahar). Id-drittijiet imsemmijin fit-Tabella 5 huma imposti għal kull operazzjoni. Id-drittijiet imsemmijin fit-Tabella 6 huma imposti għal kull peijodu ta’ 12-il xahar.
(3) Dwar drittijiet relattivi għal organizzazzjonijiet imsemmijin fit-Tabelli 7 sa 10 tat-Taqsima I, drittijiet ta’ approvazzjoni huma imposti darba u drittijiet ta’ sorveljanza huma imposti kull 12-il xahar.
(4) Xogħol bi ħlas bis-siegħa kif imsemmi fit-Taqsima II jintlaqat mid-dritt applikabbli għal kull siegħa, kif speċifikat f’din it-Taqsima, immultiplikat bin-numru attwali ta’ sigħat ta’ xogħol li tkun għamlet l-Aġenzija, jew bl-għadd ta’ sigħat stabbilit f’din it-Taqsima.
(5) Speċifikazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni (CS) imsemmijin f’dan l-Anness huma dawk adottati skond l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta’ l-Aġenzija skond id-Deċiżjoni ta’ l-EASA 2003/8 tat-30 ta’ Ottubru 2003 (www.easa.europa.eu).
(6) “Ajruplani kbar bi ġwienaħ li jduru” (Large rotorcraft) tirreferi għal “CS 29” u “CS 27 cat A”; “Ajruplani żgħar bi ġwienaħ li jduru” (Small rotorcraft) tirreferi għal “CS 27 b”Piż Massimu mat-Tluq (MTOW) taħt it-3 175 Kg u limitat għal 4 sedili, li jinkludu dak tal-pilota, u għal “CS VLR”; “Ajruplani medji bi ġwienaħ li jduru (Medium rotorcraft)” tirreferi għal “CS 27” oħra.
(7) “Id-derivattiv” tfisser Ċertifikat tat-Tip emendat kif defenit u kif applikat għalih mid-Detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip.
(8) Fit-Tabelli 1, 2 u 6 tat-Taqsima I, il-valuri tal-“partijiet” jirreferu għall-prezzijiet rilevanti fil-lista tal-manifattur.
(9) Fit-Tabelli 3 u 4 ta' Parti I, “Sempliċi”, “Standard” u “Kumpless” jirreferu għal li ġej:
|
Sempliċi |
Standard |
Kumplessi |
|
|
Ċertifikat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (EASA) tat-tip supplimentari (STC) EASA il-bidliet prinċipali fid-disinn EASA tiswijiet prinċipali |
STC, il-bidla prinċipali fid-disinn, u fit-tiswija,, li tinvolvi biss metodi ta' ġustifikazzjoni kurrenti u li diġa ġew ippruvati b'mod tajjeb, li għalihom hemm ġabra sħiħa ta' dejta (deskrizzjoni, lista ta' verifika ta' konformità u dokumenti ta' konformità) li tkun tista' tiġi kkomunikata fil-ħin tal-applikazzjoni, u li għaliha l-applikant ikun wera esperjenza, u li tkun tista' tiġi evalwata biss mill-maniġer taċ-ċertifikazzjoni tal-proġett, jew bil-parteċipazzjoni limitata ta' speċjalista fid-dixxiplina. |
Kull bidliet prinċipali oħra, fid-disinn jew tiswijiet tal-STC. |
Sinifikanti (1) STC jew bidla prinċipali fid-disinn |
|
STC ivvalidat bi ftehim bilaterali |
Bażiku (2) |
Mhux bażiku (2) |
STC mhux bażiku (2) meta l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (2) tkun immarkat il-bidla bħala “sinifikanti” (1) |
|
Bidla ta' disinn prinċipali ivvalidat bi ftehim bilaterali |
Level 2 (2) Bidliet prinċipali fid-disinn meta ma jiġux aċċettati awtomatikament (3). |
Level 1 (2) |
Level 1 (2) bidla prinċipali fid-disinn meta l-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (2) tkun immarkat il-bidla bħala “sinifikanti” (1) |
|
Tiswija prinċipali ivvalidata bi ftehim bilaterali |
M/A (aċċettazzjoni awtomatika |
Tiswijiet ta' komponenti kritiċi (2) |
M/A |
|
(1) “Sinifikanti” hi defenita f'paragrafu 21A.101 (b) fl-Anness ta' Regolament (KE) Nru 1702/2003. (2) Għad-definizzjoni ta' “bażiku”, “mhux bażiku”, “livell 1”, “livell 2”, “komponenti kritiċi” u “L-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni”, ara l-ftehim bilaterali applikabbli li fih isseħħ il-validazzjoni. (3) Kriterja t'aċċettazzjoni awtomatika mill EASA għal 2 bidliet prinċipali mfissra fid-Deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv 2004/04/CF, jew fil-ftehim bilaterali applikabbli li fih isseħħ il-valudazzjoni. |
|||
(10) Fit-Tabella 7 tat-Taqsima I, Organizzazzjonijiet tad-Disinn huma kkategorizzati kif ġej:
|
L-Iskop tal-Ftehim dwar l-Organizzazzjoni tad-Disinn |
Grupp A |
Grupp B |
Grupp Ċ |
|
DOA 1 Detenturi ta’ ċertifikati tat-tip |
Kumplessi ħafna / Kbar |
Kumplessi / Żgħar-Medji |
Inqas kumplessi / Żgħar ħafna |
|
DOA 2 STC / Bidliet / Tiswijiet |
Mingħajr restrizzjoni |
Ristretti (oqsma tekniċi) |
Ristretti (daqs ta’ l-inġenji ta’ l-ajru) |
|
DOA 3 Bidliet żgħar / Tiswijiet |
(11) Fit-Tabella 8 tat-Taqsima I, il-fatturat li jkun tqies huwa l-fatturat relattiv għal attivitajiet skond l-iskop tal-ftehim.
(12) Fit-Tabelli 7, 9 u 10 tat-Taqsima I, l-għadd tal-persunal li jkun tqies huwa l-għadd tal-persunal relattiv għal attivitajiet skond l-iskop tal-ftehim.
TAQSIMA I
Xogħol bi ħlas ta’ dritt uniformi
Tabella 1: Iċ—Ċertifikati tat-Tip u ċ-Ċertifikati tat-Tip Ristretti (li hemm referenza għalihom fis-sottoparti B u sottoparti O tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (1))
|
(EUR) |
|
|
Miżata fissa |
|
|
Ajruplani bi ġwienaħ fissi. |
|
|
Aktar minn 150 000 kg |
2 600 000 |
|
Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg |
1 330 000 |
|
Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg |
1 060 000 |
|
Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg |
410 000 |
|
Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg |
227 000 |
|
sa 2 000 kg |
12 000 |
|
Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ |
6 000 |
|
Ajruplan bl-iskrajjen |
|
|
Kbar |
525 000 |
|
Medji |
265 000 |
|
Żgħar |
20 000 |
|
Oħrajn |
|
|
Blalen tal-Ajru |
6 000 |
|
Propulsjoni: |
|
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
365 000 |
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
185 000 |
|
Magni mingħajr turbina |
30 000 |
|
Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B |
15 000 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW |
10 250 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW |
2 925 |
|
Partijiet |
|
|
Valur aktar minn EUR 20 000 |
2 000 |
|
bejn 2 000 u EUR 20 000 |
1 000 |
|
Valur taħt EUR 2 000 |
500 |
|
(1) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. |
|
Tabella 2: Derivattivi taċ-Ċertifikati tat-Tip jew Certifikati tat-Tip Ristrett
|
(EUR) |
|
|
Miżata fissa (1) |
|
|
Ajruplani bi ġwienaħ fissi. |
|
|
Aktar minn 150 000 kg |
1 000 000 |
|
Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg |
500 000 |
|
Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg |
400 000 |
|
Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg |
160 000 |
|
Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg |
80 000 |
|
sa 2 000 kg |
2 800 |
|
Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ |
2 400 |
|
Ajruplan bl-iskrajjen |
|
|
Kbar |
200 000 |
|
Medji |
100 000 |
|
Żgħar |
6 000 |
|
Oħrajn |
|
|
Blalen tal-Ajru |
2 400 |
|
Propulsjoni: |
|
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
100 000 |
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
50 000 |
|
Magni mingħajr turbina |
10 000 |
|
Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B |
5 000 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW |
2 500 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW |
770 |
|
Partijiet |
|
|
Valur aktar minn EUR 20 000 |
1 000 |
|
bejn EUR 2 000 u EUR 20 000 |
600 |
|
Valur taħt EUR 2 000 |
350 |
|
(1) Għad-Derivattivi li jinvolvu Bidla/Bidliet Sostanzjali fit-Tip ta' Disinn, kif iddefinit fis-Subparti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, il-ħlas taċ-Ċertifikat tat Tip rispettiv jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif ddefinit fit-Tabella 1, se japplika. |
|
Tabella 3: Iċ-Ċertifikati tat-Tip Supplimentali (irreferuti għalihom fis-subparti E tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)
|
(EUR) |
|||
|
Miżata fissa (1) |
|||
|
Kumplessi |
Standard |
Sempliċi |
|
|
Ajruplani bi ġwienaħ fissi. |
|||
|
Aktar minn 150 000 kg |
25 000 |
6 000 |
3 000 |
|
Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg |
13 000 |
5 000 |
2 500 |
|
Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg |
8 500 |
3 750 |
1 875 |
|
Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg |
5 500 |
2 500 |
1 250 |
|
Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg |
3 800 |
1 750 |
875 |
|
sa 2 000 kg |
1 600 |
1 000 |
500 |
|
Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ |
250 |
250 |
250 |
|
Ajruplan bl-iskrajjen |
|||
|
Kbar |
11 000 |
4 000 |
2 000 |
|
Medji |
5 000 |
2 000 |
1 000 |
|
Żgħar |
900 |
400 |
250 |
|
Oħrajn |
|||
|
Blalen tal-Ajru |
800 |
400 |
250 |
|
Propulsjoni: |
|||
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
12 000 |
5 000 |
2 500 |
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
5 800 |
2 500 |
1 250 |
|
Magni mingħajr turbina |
2 800 |
1 250 |
625 |
|
Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B |
1 400 |
625 |
300 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW |
2 000 |
1 000 |
500 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW |
1 500 |
750 |
375 |
|
(1) Għaċ-Ċertifikati tat-Tip Supplimentali li jinvolvu Bidla/Bidliet Sostanzjali, kif iddefinit fis-Subparti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, il-ħlas taċ-Ċertifikat tat Tip rispettiv jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif ddefinit fit-Tabella 1, se japplika. |
|||
Tabella 4: Il-bidliet prinċipali u t-tiswijiet prinċipali (li għalihom saret referenza fis-subparti D u M tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)
|
(EUR) |
|||
|
Kumplessi |
Standard |
Sempliċi |
|
|
Ajruplani bi ġwienaħ fissi. |
|||
|
Aktar minn 150 000 kg |
20 000 |
6 000 |
3 000 |
|
Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg |
9 000 |
4 000 |
2 000 |
|
Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg |
6 500 |
3 000 |
1 500 |
|
Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg |
4 500 |
2 000 |
1 000 |
|
Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg |
3 000 |
1 400 |
700 |
|
sa 2 000 kg |
1 100 |
500 |
250 |
|
Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ |
250 |
250 |
250 |
|
Ajruplan bl-iskrajjen |
|||
|
Kbar |
10 000 |
4 000 |
2 000 |
|
Medji |
4 500 |
2 000 |
1 000 |
|
Żgħar |
850 |
400 |
250 |
|
Oħrajn |
|||
|
Blalen tal-Ajru |
850 |
400 |
250 |
|
Propulsjoni: |
|||
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq. 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
5 000 |
2 000 |
1 000 |
|
Magni tat-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom sa 25 KN jew qawwa massima għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
2 500 |
1 000 |
500 |
|
Magni mingħajr turbina |
1 300 |
600 |
300 |
|
Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B |
600 |
300 |
250 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW |
250 |
250 |
250 |
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani sa 5 700 kg MTOW |
250 |
250 |
250 |
|
(1) Għal bidliet prinċipali sinifikanti li jinvolvu Bidla/Bidliet Sostanzjali, kif iddefinit fis-Subparti B tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, il-ħlas rispettiv taċ-Ċertifikat tat Tip jew iċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett, kif ddefinit fit-Tabella 1, se japplika. (2) Bidliet u tiswiiet fuq Unita ta' Qawwa Awżiljarju (APU) ser ikollhom jitħallsu bħall-bidliet u t-tiswijiet fuq magni ta'l-istess qawwa. |
|||
Tabella 5: Il-bidliet minuri u t-tiswijiet minuri (li għalihom saret referenza fis-subparti D u M tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)
|
(EUR) |
|
|
Ajruplani bi ġwienaħ fissi. |
|
|
Aktar minn 150 000 kg |
500 |
|
Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg |
500 |
|
Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg |
500 |
|
Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg |
500 |
|
Aktar minn 2 000 kg sao 5 700 kg |
250 |
|
sa 2 000 kg |
250 |
|
Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ |
250 |
|
Ajruplan bl-iskrajjen |
|
|
Kbar |
500 |
|
Medji |
500 |
|
Żgħar |
250 |
|
Oħrajn |
|
|
Blalen tal-Ajru |
250 |
|
Propulsjoni: |
|
|
Magni bit-turbina |
500 |
|
Magni mingħajr turbina |
250 |
|
Skrun |
250 |
|
(1) Il-ħlasijiet imfassla f'din it-Tabella mhux ser japplikaw għall-Bidliet u Tiswijiet imwettqa minn Organiżżazzjonijiet ta' Disinn skont il-Parti 21A.263(c)(2) tas-Subparti J tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003. (2) Bidliet u tiswijiet fuq Unitajiet ta' Qawwa Awżiljarji (APU) ser ikollhom jitħallsu bħall-bidliet u t-tiswijiet fuq magni tal-istess rati ta' qawwa. |
|
Tabella 6: Miżata annwali għad-detenturi ta' Ċertifikati tat-Tip u Ċertifikati ta' Tip Ristrett u Ċertifikati ta' Tip meqjusin aċċettabli taħt ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002
|
(EUR) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Disinn tal-UE |
Id-Disinn mhux tal-UE |
|||||||||||||||||||||||||
|
Ajruplani bi ġwienaħ fissi. |
||||||||||||||||||||||||||
|
Aktar minn 150 000 kg |
270 000 |
90 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Aktar minn 50 000 kg sa 150 000 kg |
150 000 |
50 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Aktar minn 22 000 kg sa 50 000 kg |
80 000 |
27 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Aktar minn 5 700 kg sa 22 000 kg |
17 000 |
5 700 |
||||||||||||||||||||||||
|
Aktar minn 2 000 kg sa 5 700 kg |
4 000 |
1 400 |
||||||||||||||||||||||||
|
sa 2 000 kg |
2 000 |
670 |
||||||||||||||||||||||||
|
Ajruplani Ħfief ħafna, Ajruplani tal-Elettriku bil-Qlugħ, Ajruplani bil-Qlugħ |
900 |
300 |
||||||||||||||||||||||||
|
Ajruplan bl-iskrajjen |
||||||||||||||||||||||||||
|
Kbar |
65 000 |
21 700 |
||||||||||||||||||||||||
|
Medji |
30 000 |
10 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Żgħar |
3 000 |
1 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Oħrajn |
||||||||||||||||||||||||||
|
Blalen tal-Ajru |
900 |
300 |
||||||||||||||||||||||||
|
Propulsjoni: |
||||||||||||||||||||||||||
|
Magni bit-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom aktar minn 25 KN jew ħruġ ta' saħħa għat-tluq aktar minn 2 000 kW |
40 000 |
13 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Magni bit-turbini b'żieda fl-imbuttatura għat-tluq li jkollhom aktar minn 25 KN jew ħruġ ta' saħħa għat-tluq mhux aktar minn 2 000 kW |
6 000 |
2 000 |
||||||||||||||||||||||||
|
Magni mingħajr turbina |
1 000 |
350 |
||||||||||||||||||||||||
|
Magni mingħajr turbina CS 22 H, CS VLR App. B |
500 |
250 |
||||||||||||||||||||||||
|
Skrun għall-użu fuq ajruplani itqal minn 5 700 kg MTOW |
750 |
250 |
||||||||||||||||||||||||
|
Partijiet |
||||||||||||||||||||||||||
|
Valur aktar minn EUR 20 000 |
2 000 |
700 |
||||||||||||||||||||||||
|
bejn EUR 2 000 u EUR 20 000 |
1 000 |
350 |
||||||||||||||||||||||||
|
Valur taħt EUR 2 000 |
500 |
250 |
||||||||||||||||||||||||
|
(1) Għall-verżjonijiet ta’ ajruplani għall-ġarr ta' merkanzija li jkollhom iċ-ċertifikat tat-tip tagħhom, huwa applikat koeffiċjent ta' 0,85 għall-miżata għall-verżjoni ekwivalenti ta' ajruplani għall-passieġġieri. (2) Għall-detenturi ta'Ċertifikati tat-Tip multipli u/jew Ċertifikati tat-Tip Ristrett, tiġi applikata miżata annwali għat-tieni Ċertifikat tat-Tip u dawk sussegwentament, jew Ċertifikati tat-Tip Ristrett, fl-istess kategorija ta' prodotti kif muri fit-tabella li ġejja:
(3) L-ajruplan li bħalu hemm irreġistrat inqas minn 50 eżempju madwar id-dinja, attivitajiet ta' airworthiness kontinwi ser jiġu imposti fuq bażi ta' kull siegħa, bil-miżata ta' kull siegħa stipulata fil-Parti II tal-Anness, sal-livell tal-miżata tal-kategorija tal-prodott tal-ajruplan relevanti. Għall-prodotti, partijiet u apparat li ma humiex ajruplani, il-limitazzjoni tikkonċerna in-numru tal-ajruplan li fuqhu hu installat il-prodott, il-parti jew l-apparat fil-kwistjoni. |
||||||||||||||||||||||||||
Tabella 7: L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tad-Disinn (imsemmija fis-Sotto-Taqsima J ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)
|
(EUR) |
|||||
|
DOA 1A |
DOA 1B DOA 2A |
DOA 1C DOA 2B DOA 3A |
DOA 2C DOA 3B |
DOA 3C |
|
|
Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro |
|||||
|
Relattiva għall-persunal taħt 10 |
11 250 |
9 000 |
6 750 |
4 500 |
3 600 |
|
10 sa 49 |
31 500 |
22 500 |
13 500 |
9 000 |
— |
|
50 sa 399 |
90 000 |
67 500 |
45 000 |
36 000 |
— |
|
400 sa 999 |
180 000 |
135 000 |
112 500 |
99 000 |
— |
|
1 000 sa 2 499 |
360 000 |
— |
— |
— |
— |
|
2 500 sa 5 000 |
540 000 |
— |
— |
— |
— |
|
Iktar minn 5 000 |
3 000 000 |
— |
— |
— |
— |
|
Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro |
|||||
|
Relattiva għall-persunal taħt 10 |
5 625 |
4 500 |
3 375 |
2 250 |
1 800 |
|
10 sa 49 |
15 750 |
11 250 |
6 750 |
4 500 |
— |
|
50 sa 399 |
45 000 |
33 750 |
22 500 |
18 000 |
— |
|
400 sa 999 |
90 000 |
67 500 |
56 250 |
49 500 |
— |
|
1 000 sa 2 499 |
180 000 |
— |
— |
— |
— |
|
2 500 sa 5 000 |
270 000 |
— |
— |
— |
— |
|
Iktar minn 5 000 |
1 500 000 |
— |
— |
— |
— |
Tabella 8: L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (imsemmija fis-Sotto-Taqsima G ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)
|
(EUR) |
||
|
Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro |
Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro |
|
|
Fatturat taħt il-miljun ewro |
9 000 |
6 500 |
|
Bejn 1 000 000 u 4 999 999 |
38 000 |
28 000 |
|
Bejn 5 000 000 u 9 999 999 |
58 000 |
43 000 |
|
Bejn 10 000 000 u 49 999 999 |
75 000 |
57 000 |
|
Bejn 50 000 000 u 99 999 999 |
270 000 |
200 000 |
|
Bejn 100 000 000 u 499 999 999 |
305 000 |
230 000 |
|
Bejn 500 000 000 u 999 999 999 |
630 000 |
475 000 |
|
Iktar minn 999 999 999 |
900 000 |
2 000 000 |
L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness I, Sotto-Taqsima F, u fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 )
|
(EUR) |
||
|
Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro (1) |
Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro (1) |
|
|
Relattiva għall-persunal taħt 5 |
3 000 |
2 300 |
|
Bejn 5 u 9 |
5 000 |
4 000 |
|
Bejn 10 u 49 |
11 000 |
8 000 |
|
Bejn 50 u 99 |
22 000 |
16 000 |
|
Bejn 100 u 499 |
32 000 |
23 000 |
|
Bejn 500 u 999 |
43 000 |
32 000 |
|
Iktar minn 999 |
53 000 |
43 000 |
|
(EUR) |
|
|
Klassifikazzjoni teknika |
Dritt uniformi abbażi tal-klassifikazzjoni teknika, f'ewro (1) |
|
A 1 |
11 000 |
|
A 2 |
2 500 |
|
A 3 |
5 000 |
|
A 4 |
500 |
|
B 1 |
5 000 |
|
B 2 |
2 500 |
|
B 3 |
500 |
|
C |
500 |
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta’ l-20 ta’ Novembru 2003, dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħolpersunal (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 376/2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 18).
Tabella 10: L-Approvazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003)
|
(EUR) |
||
|
Dritt ta’ approvazzjoni, f'ewro |
Dritt ta’ sorveljanza, f'ewro |
|
|
Relattiva għalt-persunal taħt 5 |
4 000 |
3 000 |
|
Bejn 5 u 9 |
7 000 |
5 000 |
|
Bejn 10 u 49 |
16 000 |
14 000 |
|
Bejn 50 u 99 |
35 000 |
30 000 |
|
Iktar minn 99 |
42 000 |
40 000 |
TAQSIMA II
Xogħol bi ħlas abbażi ta’ kull siegħa
1. Dritt għal kull siegħa:
|
Dritt applikabbli bis-siegħa |
225 EUR |
2. Bażi ta’ siegħa skont ix-xogħol ikkonċernat ( 6 ):
|
Dimostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn permezz ta’ proċeduri alternattivi |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Produzzjoni mingħajr approvazzjoni |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Metodi Alternattivi ta’ Konformità ma’ kull AD |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Sostenn ta’ validazzjoni (aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-EASA minn awtoritajiet barranin) |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Assisstenza teknika mitluba mill-awtoritajiet barranin |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Aċċettazzjoni mill-EASA tar-rapporti mill-Bord ta’ Analiżi tal-Manutenzjoni |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Trasferiment taċ-ċertifikati |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni Approvata tat-Taħriġ |
Għadd attwali ta’ sigħat |
|
Ċertifikat ta’ Ċentru Ajrumediku |
Għadd attwali tas-sigħat |
|
Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni ATM-ANS |
Għadd attwali tas-sigħat |
|
Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni tat-Taħriġ tal-Kontrolluri tat-traffiku tal-Ajru |
Għadd attwali tas-sigħat |
|
Dejta Operattiva relatata maċ-Ċertifikat tat-Tip, tibdiliet għaċ-Ċertifikat tat-Tip u ċ-Ċertifikat tat-Tip Supplimentari (1) |
Għadd attwali tas-sigħat |
|
Ċertifikat ta’ Kwalifika għal Apparat ta’ Taħriġ għas-Simulazzjoni tat-Titjir |
Għadd attwali tas-sigħat |
|
L-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għall-Permess ta’ titjir |
3 sigħat |
|
Ħruġ amministrattiv mill-ġdid ta’ dokumenti |
siegħa |
|
Ċertifikat ta’ esportazzjoni ta’ kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir (E-CoA) għal inġenju tal-arju CS 25 |
6 sigħat |
|
Ċertifikat ta’ esportazzjoni ta’ kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir (E-CoA) għal inġenji tal-arju oħrajn |
sagħtejn |
|
(1) Ara l-Artikoli 5 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 u l-modifiki tiegħu. |
|
TAQSIMA III
Drittijiet għal xogħol ieħor relattiv għaċ-ċertifikazzjoni
1. L-aċċettazzjoni ta’ approvazzjonijiet ekwivalenti għal approvazzjonijiet tat-“taqsima 145” u tat-“taqsima 147” skond il-ftehim bilaterali applikabbli:
|
Approvazzjonijiet ġodda, għal kull applikazzjoni |
1 500 EUR |
|
Tiġdid ta’ approvazzjonijiet eżistenti, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar |
750 EUR |
2. L-approvazzjoni ta’ l-organizzazzjoni tal-maniġment tal-kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir (imsemmija fit-taqsima M, is-sotto-taqsima Ġ ta’ l-anness I tar-regolament (ke) nru 2042/2003):
|
Approvazzjonijiet ġodda, għal kull applikazzjoni |
24 000 EUR |
|
Tiġdid ta’ approvazzjonijiet eżistenti, għal kull perjodu ta’ 12-il xahar |
18 000 EUR |
3. Reviżjonijiet u/jew emendi awtonomi għall-manwal ta’ titjir ta’ inġenji ta’ l-ajru:
Bi ħlas daqs ta’ bidla fil-prodott korrispondenti.
TAQSIMA IV
Ħlasijiet għal appelli
L-applikazzjonijiet kollha għal appell jattiraw il-ħlas fiss muri fit-tabella, immultiplikat bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta’ ħlas korrispondenti għall-persuna jew l-organizzazzjoni inkwistjoni.
L-appell għandu jitqies li jkun ammissibbli biss meta jitħallas il-ħlas għal appell.
|
Ħlas fiss |
EUR 10 000 |
|
Kategorija ta’ ħlasijiet għal persuni naturali |
Koeffiċjent ta’ ħlas fiss |
|
0,1 |
|
Kategorija ta’ ħlasijiet għall-organizzazzjonijiet, skont il-fatturat finanzjarju tal-appellant f’euro |
Koeffiċjent ta’ ħlas fiss |
|
inqas minn 100 001 |
0,25 |
|
bejn 100 001 u 1 200 000 |
0,5 |
|
bejn 1 200 001 u 2 500 000 |
0,75 |
|
bejn 2 500 001 u 5 000 000 |
1 |
|
bejn 5 000 001 u 50 000 000 |
2,5 |
|
bejn 50 000 001 u 500 000 000 |
5 |
|
bejn 500 000 001 u 1 000 000 000 |
7,5 |
|
‘il fuq minn 1 000 000 000 |
10 |
TAQSIMA V
Rata annwali ta’ inflazzjoni
L-ammonti stabbiliti fit-Taqsimiet I, II u III għandhom jiġu indiċjati skond ir-rata ta’ inflazzjoni stabbilita f’din it-Taqsima. Dan l-indiċjar għandu jsir kull sena fl-anniversarju tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
|
Rata annwali ta’ inflazzjoni li għandha tintuża: |
EUROSTAT HICP (L-oġġetti kollha) – UE 27 (2005 = 100) Bidla perċentwali/medja ta’ 12-il xahar |
|
Il-valur tar-rata li għandha titqies: |
Il-valur tar-rata fil-31 ta’ Diċembru qabel l-implimentazzjoni ta’ l-indiċjar |
TAQSIMA VI
Tagħrif dwar il-prestazzjoni
It-tagħrif li ġej għandu jkun relatat ma’ l-aħħar perjodu ta’ 6 xhur qabel ma jinħarġu mill-Aġenzija skond l-Artikolu 5.
L-għadd ta’ persunal ta’ l-Aġenzija li jagħmel xogħol ta’ ċertifikazzjoni
L-għadd ta’ sigħat ta’ xogħol mogħti biex jinħadem mill-Amministrazzjonijiet Nazzjonali ta’ l-Avjazzjoni (NAAs)
L-ispiża totali taċ-ċertifikazzjoni
L-għadd ta’ ħidmiet ta’ ċertifikazzjoni magħmulin (kollha jew mibdijin) mill-Aġenzija
L-għadd ta’ ħidmiet ta’ ċertifikazzjoni magħmulin (kollha jew mibdijin) f’isem l-Aġenzija
L-għadd ta’ sigħat li l-persunal ta’ l-Aġenzija ħadem f’attivitajiet għall-kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir
L-ammont totali tal-fattura mibgħuta lill-industrija
( 1 ) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).
( 2 ) ĠU L 81, 30.3.2005, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 779/2006 (ĠU L 137, 25.5.2006, p. 3).
( 3 ) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
( 4 ) ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.
( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta’ l-20 ta’ Novembru 2003, dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħolpersunal (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 376/2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 18).
( 6 ) Din hija lista mhux eżawrjenti tax-xogħol. Xogħol li ma jiġix inkluż f’din it-Taqsima ma għandux jiġi awtomatikament interpretat bħala li jindika li dak ix-xogħol ma jistax jitwettaq mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.