|
25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 226/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/1032 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-27 ta’ April 2021
dwar il-prorogazzjoni, b’perjodu addizzjonali, tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta’ April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament Ewropew (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/1089 tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta’ kumitat ta’ inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnhau d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu, id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu (2), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2021/429 tiegħu tal-20 ta’ Jannar 2021 li testendi l-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 208(11) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kumitat ta’ Inkjesta talab għat-tieni prorogazzjoni tal-mandat tiegħu sabiex ikun jista’ jwettaq bis-sħiħ u korrettament il-mandat tiegħu; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jipproroga b’perjodu addizzjonali ta’ tliet xhur il-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta. |
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D. M. SASSOLI
(1) ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.