European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2734

22.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2734

tal-21 ta’ Ottubru 2024

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp bħala t-tielet pagament parzjali għall-2024

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2024, li tispeċifika l-ammont tat-tielet pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2024.

(3)

Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi għall-BEI u għall-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1877.

(4)

Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) jibqa’ parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jintuża mill-ġdid.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2586 (3) tiffissa l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2024 għal EUR 1 200 000 000 għall-Kummissjoni, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI.

(6)

Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) bħala t-tielet pagament parzjali għall-2024 huwa b’dan stabbilit għal EUR 350 000 000. Dan għandu jitħallas kif ġej:

(a)

għall-Kummissjoni, EUR 250 000 000; u

(b)

għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), EUR 100 000 000.

Artikolu 2

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tielet pagament parzjali għall-2024, kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY I.


(1)   ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1.

(3)  Id-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2586 tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li jispeċifika l-limitu massimu għall-2025, l-ammont annwali għall-2024, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2024 u previżjoni indikattiva, mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2026 u 2027 (ĠU L, 2023/2586, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2586/oj).


ANNESS

It-tielet pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2024 (f’EUR)

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Il-kjavi tal-11-il FEŻ f’%

It-tielet pagament parzjali tal-2024 (f’EUR)

Totali

Il-Kummissjoni

Il-BEI

Il-11-il FEŻ

Il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

8 123 175

3 249 270

11 372 445

Il-BULGARIJA

0,21853

546 325

218 530

764 855

IĊ-ĊEKJA

0,79745

1 993 625

797 450

2 791 075

ID-DANIMARKA

1,98045

4 951 125

1 980 450

6 931 575

IL-ĠERMANJA

20,57980

51 449 500

20 579 800

72 029 300

L-ESTONJA

0,08635

215 875

86 350

302 225

L-IRLANDA

0,94006

2 350 150

940 060

3 290 210

IL-GREĊJA

1,50735

3 768 375

1 507 350

5 275 725

SPANJA

7,93248

19 831 200

7 932 480

27 763 680

FRANZA

17,81269

44 531 725

17 812 690

62 344 415

IL-KROAZJA

0,22518

562 950

225 180

788 130

L-ITALJA

12,53009

31 325 225

12 530 090

43 855 315

ĊIPRU

0,11162

279 050

111 620

390 670

IL-LATVJA

0,11612

290 300

116 120

406 420

IL-LITWANJA

0,18077

451 925

180 770

632 695

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

637 725

255 090

892 815

L-UNGERIJA

0,61456

1 536 400

614 560

2 150 960

MALTA

0,03801

95 025

38 010

133 035

IN-NETHERLANDS

4,77678

11 941 950

4 776 780

16 718 730

L-AWSTRIJA

2,39757

5 993 925

2 397 570

8 391 495

IL-POLONJA

2,00734

5 018 350

2 007 340

7 025 690

IL-PORTUGALL

1,19679

2 991 975

1 196 790

4 188 765

IR-RUMANIJA

0,71815

1 795 375

718 150

2 513 525

IS-SLOVENJA

0,22452

561 300

224 520

785 820

IS-SLOVAKKJA

0,37616

940 400

376 160

1 316 560

Il-FINLANDJA

1,50909

3 772 725

1 509 090

5 281 815

L-IŻVEZJA

2,93911

7 347 775

2 939 110

10 286 885

IR-RENJU UNIT (*1)

14,67862

36 696 550

14 678 620

51 375 170

TOTALI UE-27 U R-RENJU UNIT

100,00

250 000 000

100 000 000

350 000 000


(*1)  Abbażi tal-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, f’Marzu 2023 ir-Renju Unit talab formalment li l-Kummissjoni tagħti rifużjoni tas-sehem pendenti tar-Renju Unit tar-riżervi tal-10 u tal-11-il FEŻ billi tpaċi l-kontribuzzjoni pendenti tar-Renju Unit. Din it-tpaċija ser tkun riflessa fl-istruzzjonijiet ta’ pagament rispettivi.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2734/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)