<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT>
<HT TYPE="UC">Poiares Maduro</HT>
ippreżentati fis-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Lingwa oriġinali: il-Portugiż.
</NOTE>
<QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Il-President tal-Kunsill tal-Ministri għandu [...] jistabbilixxi b'digriet il-kumpanniji kkontrollati direttament jew indirettament mill-Istat u li joperaw fis-setturi tad-difiża, it-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, ir-riżorsi ta' l-ener-ġija u setturi oħrajn tas-servizz pubbliku, li l-istatut ta' assoċjazzjoni tagħhom għandu jipprovdu li, qabel ladozzjoni ta' xi miżura tirriżulta fit-telf tal-kontroll, għandha tiġi mdaħħla, b'ri-żoluzzjoni f'dan is-sens approvata f'laq-għa generali straordinarja talkumpannija, dispożizzjoni li tagħti lillministru għall-ekonomija u l-finanzi wieħed jew aktar mis-setgħat speċjali li ġejjin, li għandhom jiġu eżerċitati b'kon-sultazzjoni mal-ministru għall-attivita-jiet produttivi: [...]</TXT>
<LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-ħatra ta' dir ettur mingħajr drittijiet għall-vot [...]</TXT></NP></ITEM></LIST>
</NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għal kumpanniji kontrollati, direttament jew indirettament, minn korpi pubbliċi [...] li joperaw fis-setturi tat-trasport u servizzi pubbliċi oħrajn u magħżulin b'deċiżjoni tal-korp pubbliku li għandu ishma f'tali kumpanniji, li jkunu intitolati jeżerċitaw is-setgħat stipulati fil-paragrafu 1.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) jipprovdi, safejn huwa rilevanti:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Kumpanniji [bħal AEM] [...] li għandhom statut ta' assoċjazzjoni li jillimita d-drittijiet ta' l-azzjonisti għandhom jinkorporaw flistatut tagħhom dispożizzjoni speċjali, li ma tkunx tista' tiġi emendata sakemm kwalunkwe limitazzjoni bħal din tkun għadha fis-seħħ, fis-sens li d-diretturi jiġu maħtura abbażi ta' sistema ta' lista [...] Minimu ta' wieħed minn ħamsa tad-diretturi li ma jiġux maħtura skond l-Artikolu 2(1)(d) għandhom jiġu maħtura minn listi ta' minoranza, u f'każ li n-numru ikun frazzjoni ta' inqas minn unità singola, tali numru għandu jiġi miżjud sa l-eqreb numru sħiħ.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Waqt laqgħa generali straordinarja li saret fid-<DATE ISO="20040429">29 ta' April 2004</DATE>, il-membri ta' AEM adottaw riżoluzzjonijiet meħtieġa biex jemendaw l-istatut ta' assoċjazzjoni. Konformi ma' l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994, l-istatut ta' assoċjazzjoni l-ġdid kien jinkludi dispożizzjoni rigward l-elezzjoni tad-diretturi abbażi ta' votazzjoni bil-lista. Essenzjalment, ċerti azzjonisti, inkluż il-Comune di Milano, jistgħu jipproponu listi ta' kandidati.<?PAGE NO="I-10425"?> Flaqgħa generali sussegwenti, l-azzjonisti koliha jistgħu sussegwentement jivvutaw favur lista. Il-lista li ġġib l-ikbar ammont ta' voti tipprovdi sitta minn għaxra tal-membri tal-bord tad-diretturi, filwaqt li l-lista li ġġib it-tieni l-akbar ammont ta' voti tipprovdi erbgħa minn għaxra tal-membri. Għalhekk, bi 33.4 % ta' l-ishma, il-Comune di Milano, li huwa l-akbar azzjonista minoritarju jista' dejjem ikun ċert li l-lista ta' kandidati li jipproponi se tikseb ta' l-inqas biżżejjed voti biex tipprovdi erbgħa minn għaxra tal-membri tal-bord tad-diretturi.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-istatut ta' assoċjaz-zjoni l-ġdid ta' lill-Comune di Milano id-dritt li jaħtar direttament sa kwart tal-membri talbord tad-diretturi, konformi ma' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>It-titolu ta' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Civili Taljan jiddikjara li dan jirrigwardja <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>kumpanniji li fihom l-Istat jew korpi pub-bliċi jipparteċipaw bħala azzjonisti<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>. Dan jipprovdi:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Jekk l-Istat jew korpi pubbliċi għandhom ishma f'kumpannija limitata bl-ishma, l-istatut ta' assoċjazzjoni jista' jikkonferixxi fuqhom is-setgħa li jaħtru wieħed jew iktar mid-diretturi jew awdituri jew membri tal-bord ta' sorveljanza.
Id-dir etturi u l-awdituri jew il-membri tal-bord ta' sorveljanza mahtura skond il-paragrafu preċedenti jistgħu jitnehhew biss mill-korpi li permezz tagħhom kienu ġew mahtura.
Huma jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bhall-persuni mahtura mill-kumpannija flaqgħa generali. Id-dispożizzjonijiet ta' liġi-jiet speċjali għandhom jipprevalu.<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-qorti ta' rinviju tirrileva li, bħala riżultat ta' l-effett tad-dritt ta' hatra diretta ta' sa kwart mill-membri tal-bord tad-diretturi flimkien mad-dritt ta' parteċipazzjoni flelezzjoni ta' dir etturi bil-votazzjoni abbażi ta' listi, il-Comune di Milano jista' jikkontrolla l-maġġoranza assoluta tal-hatriet tal-bord tad-diretturi, minkejja li għandu sehem minoritarju. Il-bord tad-diretturi ta' AEM jikkonsisti f'7, 8 jew 9 membri u, sakemm il-Comune di Milano jżomm is-sehem tiegħu ta' 33.4 %, huwa intitolat li jaħtar: erbgħa membri f'bord ta' sebgħa (wieħed permezz ta' hatra diretta); hames membri f'bord ta' tmienja (tnejn permezz ta' hatra diretta); jew<?PAGE NO="I-10424"?> ħames membri f'bord ta' disgħa (tnejn permezz ta' ħatra diretta). Barra dan, din l-inŕluwenza fuq il-kontroll attwali tal-kumpannija hija effettivament permanenti. Permezz ta' 33.4 % ta' l-ishma, il-Comune di Milano, jista', fil-prattika, juża l-veto kontra kull proposta li temenda id-dispożizzjonijiet ta' l-istatut ta' assoċjazzjoni li jirrigwardjaw il-proċedura tal-ħatra ta' diretturi.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Federconsumatori <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iktar il quddiem <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Federconsumatori<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>), fil-kawża C-463/04, u l-Associazione Azionariato Diffuso dell'AEM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>ASAD-AEM<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>), fil-kawża C-464/04, ressqu rikors kontra l-Comune di Milano fejn qed jikkontestaw id-Deċiżjonijiet Nru 4/04 u Nru 5/04 tal-Comune di Milano quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20040610">10 ta' Ġunju 2004</DATE>, peress li ħadet il-pożizzjoni li s-sistema tal-hatra ta' diretturi kienet tidher f'konflitt mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar golden shares, il-qorti ta' rinviju ordnat bħala miżura temporanja li l-implementazzjoni tad-Deċiż-joni Nru 5/04 tal-Comune di Milano tiġi sospiża. Fl-<DATE ISO="20040810">10 ta' Awwissu 2004</DATE>, il-Consiglio di Stato (Kunsill ta' l-Istat), fl-appell, idde-ċieda kontra din is-sospensjoni, għar-raġuni li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="2018"/>sehem<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="2019"/> użat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kien fundamentalment differenti mis-setgħat speċjali in kwistjoni, li kienu mogħtija permezz tal-liġi ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-qorti ta' rinviju baqgħet fid-dubju dwar jekk l-applikazzjoni f'daqqa ta' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan u l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 474/1994 kinitx konformi ma' l-Artikolu 56 KE. B'Deċiżjoni tad-<DATE ISO="20040929">29 ta' Settembru 2004</DATE>, din irrinvijat, fiż-żewġ kawżi, id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Jista' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, kif applikat fiċ-ċirkustanzi li hemm kontestazzjoni dwar hom f'din il-kawża, jitqies li huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 56 KE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20000523">23 ta' Mejju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-58/99); ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Franza (C-503/99 u C-483/99), u tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-98/01 u C-463/00), meta jiġi invokat minn entità pubblika, li għal-kemm tkun tilfet il-kontroll b'operaz-zjoni tal-liġi fuq kumpannija limitata blishma, iżżomm sehem sostanzjali (33.4 %) bħala azzjonista li żżomm maġġoranza relattiva ta' l-ishma, u b'hekk tkun akkwistat setgħa ta' kontroll sproporzjonata?</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jista' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili, applikat flimkien ma' l-Artikolu 4 tad-Digriet Liġi Nru 332 tal-<DATE ISO="19940531">31 ta' Mejju 1994</DATE>, li sar il-Liġi Nru 474 tat-<DATE ISO="19940730">30 ta' Lulju 1994</DATE>, jiġi meqjus li huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 56 KE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20000523">23 ta' Mejju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-58/99); ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju<?PAGE NO="I-10426"?> u Il-Kummissjoni vs Franza (C-503/99 u C-483/99), u tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-98/01 u C-463/00), meta jiġi invokat minn entità pubblika li, għalkemm tilfet il-kontroll b'operazzjoni tal-liġi fuq kumpannija limitata bl-ishma, iżżomm sehem sostanzjali (33.4 %) bħala azzjonista li għandha maġġoranza relattiva ta' l-ishma, u b'hekk takkwista setgħa ta' kontroll sproporzjonata?</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jista' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili jitqies li huwa kompatibbli ma' l-Artikolu 56 KE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="20000523">23 ta' Mejju 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs LItalja (C-58/99); ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju u Il-Kummissjoni vs Franza (C-503/99 u C-483/99), u tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit u Il-Kummissjoni vs Spanja (C-98/01 u C-463/00), u dan billi, meta jiġi applikat għal każijiet speċifiċi, iwassal għal riżul-tat li jmur kontra dispożizzjoni oħra tal-liġi nazzjonali (jiġifieri l-Artikolu 2(1) (d) tad-Digriet Liġi Nru 332 tal-<DATE ISO="19940531">31 ta' Mejju 1994</DATE>, li sar il-Liġi Nru 474 tat-<DATE ISO="19940730">30 ta' Lulju 1994</DATE>) li hi nnifisha tikkonforma ma' l-Artikolu 56 KE u konsegwentement tirrifletti, fir-rigward tal-kundizzjonijiet li dwarhom jiġu eżerċitati setgħat speċjali u l-kundizzjonijiet li għalihom huma suġġetti, il-prinċipji stabbiliti f'dan ir-rigward mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitati hawn fuq?<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S>
Ara, bħala eżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19860430">30 ta' April 1986</DATE>, Asjes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="209/84—213/84" YEAR="1986" PAGE.ECR="1425">209/84 sa 213/84, Ġabra p. 1425, punt 12</REF.DOC.ECR>), u tad-<DATE ISO="20030909">9 ta' Settembru 2003</DATE>, Jaeger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-151/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-8389">C-151/02, Ġabra p. I-8389, punt 43</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Jien għalhekk nissuġġerixxi li d-domandi tal-qorti nazzjonali jiġu riformulati. Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tipprovdi tweġiba utli lill-qorti ta' rinviju jekk id-domanda kellha tiġi mfissra kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>L-Artikolu 56 KE jipprekludi regoli nazzjonali li jagħtu s-setgħa lil korp pubbliku, li<?PAGE NO="I-10427"?> għandu sehem minoritajru (33.4 %) f'kumpannija privatizzata, li jżomm il-poter li jaħtar maġġoranza assoluta tal-membri talbord tad-diretturi?<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Comune di Milano jieħu l-pożizzjoni li l-Artikolu 56 KE mhuwiex applikabbli, peress li s-sistema ta' ħatra ta' diretturi ta' AEM tirriżulta minn dispożizzjonijiet fl-istatut ta' assoċjazzjoni tal-kumpannija, li ġie adottat skond l-applikazzjoni normali tal-liġi privata tal-kumpanniji. Il-Comune di Milano jikkontendi li s-setgħat tal-ħatra la joħorġu minn miżura leġiżlattiva u lanqas minn xi eżerċizzju ieħor ta' l-awtorità ta' l-Istat. F'dan ir-rigward, il-Comune di Milano jenfasizza li l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan mhijiex obbligatorja, iżda minflok tirriżulta minn deċiż-joni volontarja ta' l-azzjonisti f'laqgħa ġenerali, fejn il-korp pubbliku in kwistjoni jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' azzjonista ordinarju. Għalhekk, l-introduzzjoni ta' poteri speċjali fl-istatut ta' assoċjazzjoni ma tikkostitwix eżerċizzju ta' <HT TYPE="ITALIC">ius imperii</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Gvern Taljan jargumenta li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="2018"/>golden shares<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="2019"/> jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn, fil-qafas tal-privatizzazzjoni ta' kumpannija li qabel kienet proprjetà ta' l-Istat, l-Istat jew korp pubbliku, permezz ta' miżura leġislativa jew att amministrattiv ekwivalenti, jikseb drittijiet speċjali li huma iktar b'saħħithom minn dawk li l-liġi normalment tagħti lill-azzjonisti. Skond il-Gvern Taljan, l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan huwa konsistenti mar-regoli ġenerali tal-ligi Taljana tal-kumpanniji. Taht dawn ir-regoli, l-hatra tal-maġġoranza tad-diretturi minn azzjonista minoritarju bl-ebda mod ma hija inaċċettab-bli. Il-liġi Taljana tal-kumpanniji ma tirrikjedix, bhala kwistjoni ta' prinċipju, li d-dritt ta' azzjonista li jahtar diretturi jkun proporzjonali mad-daqs relattiv tas-sehem tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Dawn l-argumenti jenfasizzaw essenzjalment tliet kwistjonijiet ewlenin. L-ewwel wahda hija jekk huwiex ta' importanza li s-setgħat ta' hatra li dwarhom hemm kontestazzjoni huma, ta' l-inqas parti minnhom, ibbażati fuq dispożizzjoni tal-liġi privata. Ittieni jekk l-Artikolu 56 KE japplikax <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> għal korpi pubbliċi meta ma jkunux qed jeżerċitaw l-awtorità pubblika tagħhom. It-tielet kwistjoni tinvolvi l-kwistjoni dwar liema drittijiet, meta jkunu miżmuma minn korp pubbliku fir-rwol ta' azzjonista ta' kumpannija, <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>x'aktarx jiskoraġġixxu investituri minn Stati Membri oħra milli jinvestu fil-kapital ta' [dik il-kumpannija]<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20030513">13 ta' Mejju 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4641">C-98/01, Ġabra p. I-4641, punt 47</REF.DOC.ECR>) u Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4581">C-463/00, Ġabra p. I-4581, punt 61</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Jien ser niddiskuti kull kwistjoni wahda wara l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-fatt li s-setgħat tal-hatra tal-Comune di Milano huma bbażati fuq dispożizzjoni tal-liġi privata ma jipprekludix l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE. F'dan ir-rigward ta' minn wieħed jinnota li, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-moviment liberu tal-kapital jiġix ristrett fejn l-Istat<?PAGE NO="I-10428"?> igawdi setgħat speċjali fimpriża, huwa irrilevanti kif dawk is-setgħat jiġu mogħtija jew liema forma legali jieħdu. Il-fatt li Stat Membru jaġixxi fi ħdan il-qafas tal-liġi domestika tal-kumpanniji tiegħu ma jfissirx li s-setgħat speċjali tiegħu ma jistgħux jikkostitwixxu restrizzjoni fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 56 KE<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara, f dan is-sens, il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawżi ċċitati iktar 'il fuq Il-Kummissjoni vs Spanja u Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, punt 48. Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Olanda (C-282/04 u C-283/04, li għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja), punt 23.
</NOTE>. F'każ kuntrarju, l-Istati Membri jkunu jistgħu faċilment jevitaw lapplikazzjoni ta' l-Artikolu 56 KE, billi jużaw il-pożizzjoni tagħhom ta' azzjonisti attwali sabiex jilħqu, fil-kuntest tal-liġijiet ċivili tagħhom, dak li setgħu jilħqu li kieku użaw is-setgħat regolatorji tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-każ preżenti jeżemplifika dan. Il-proċess juri li l-Comune di Milano inizjalment kien ippropona li l-istatut ta' assoċjazzjoni kellu jagħtih is-setgħa speċjali li jaħtar direttament kwart tal-membri tal-bord taddiretturi, skond l-Artikolu 2(d) tal-Liġi Nru 474/1994. Oriġinarjament, din id-dispożiz-zjoni offriet bażi legali biex korpi pubbliċi jiġu mogħtija s-setgħa speċjali li jaħtru minimu ta' direttur wieħed jew iktar. L-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 474/1994, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, ġie diskuss fil-kawża C-58/99 Il-Kummissjoni vs L-Italja<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Sentenza tat-<DATE ISO="20000523">23 ta' Mejju 2000</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-58/99" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-3811">C-58/99, Ġabra p. I-3811</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet, meta adottat din id-dispożizzjoni, li l-Italja kisret l-Artikolu 56 KE. Sussegwentement, il-liġi ġiet emendata, b'mod partikolari fir-rigward tas-setgħat speċjali pprovduti bl-Artikolu 2. Madankollu, fid-Deċiżjoni 5/04 tagħha tat-<DATE ISO="20040308">8 ta Marzu 2004</DATE> il-Comune di Milano introduċa dik li, effettivament, hija l-istess setgħa ta' ħatra, iżda abbażi ta' l-Artikolu 2449 tal-Kodiċi Ċivili Taljan. Irrispettivament ta' xsetgħu kienu l-motivi tal-Comune di Milano meta biddel l-għażla tal-bażi legali tiegħu, huwa ċar li ma jkunx diffidi għall-Istati Membri li jevitaw ir-restrizzjonijiet imposti bl-Artikolu 56 KE jekk din id-dispożizzjoni tiġi meqjusa li ma tapplikax għal sitwazzjonijiet irregolati mil-liġi privata.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>It-tieni kwistjoni hija dwar jekk l-Artikolu 56 KE japplikax <HT TYPE="ITALIC">rattorte personae</HT> għal korp pubbliku, fejn l-azzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-forma legali tagħ-hom, huma minn natura tagħhom privati u għalhekk ma jiġux imwettqa fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika ta' l-Istat. Fi kliem iehor u b'mod iktar ġenerali: l-Istati Membri huma obbligati li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-moviment liberu ta' oġġetti, persuni, servizzi u kapital meta ma jkunux qed jeżerċitaw l-awtorità pubblika tagħhom?</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, jeżisti dan l-obbligu. L-Istati Membri huma suġġetti għar-regoli dwar il-moviment liberu, li evidentement japplikaw għalihom, mhux fil-kapaċità tagħhom bhala awtorità pubblika imma fil-kapaċità tagħhom ta' firmatarji tat-Trattat<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara, b'analoġija, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19860226">26 ta' Frar 1986</DATE>, Marshall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="152/84" YEAR="1986" PAGE.ECR="723">152/84, Ġabra p. 723, punt 49</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="19900712">12 ta' Lulju 1990</DATE>, Foster <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-3313">C-188/89, Ġabra p. I-3313, punt 17</REF.DOC.ECR>).
</NOTE>. B nżultat ta' dan, id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu jimponu obbligazzjonijiet<?PAGE NO="I-10429"?> fuq l-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri, irrispettivament minn jekk dawn l-awtoritajiet jaġixxux fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità pubblika jew bħala entità privata. Tabilħaqq, kull entita li permezz tagħha l-Istat jaġixxi fi ħdan l-iskop <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tad-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara, f dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="19831213">13 ta' Diċembru 1983</DATE>, Apple & Pear Development Council (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="222/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="4083">222/82, Ġabra p. 4083, punt 17</REF.DOC.ECR>). Meta entità privata tiġi inkarigata twettaq funzjoni pubblika, jista' jiġi konkluż li l-Istat qed jaġixxi permezz ta' dik l-entità u li, konsegwentement, din għandha tirrispetta rregoli dwar il-moviment liberu: ara, bħala eżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19890518">18 ta' Mejju 1989</DATE>, Association of Pharmaceutical Importers (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="266/87+267/87" YEAR="1989" PAGE.ECR="1295">266/87 u 267/87, Ġabra p. 1295, punti 13 sa 16</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="19950811">11 ta' Awwissu 1995</DATE>, Dubois u General Cargo services (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-16/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-2421">C-16/94, Ġabra p. I-2421, punt 20</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="20040205">5 ta' Frar 2004</DATE>, Rieser Internationale Transporte (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-1477">C-157/02, Ġabra p. I-1477, punt 24</REF.DOC.ECR>); u l-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża AGM-COS.MET (C-470/03, li għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja), punt 87.
</NOTE>. Bħala prinċipju, għalhekk, korp pubbliku bħal Comune di Milano ma jistax jiddependi fuq l-argument li l-azzjonijiet tiegħu huma essenzjalment ta' natura privata biex jevita l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, id-domanda dwar jekk korp pubbliku huwiex fl-istess pożizzjoni u jaġixxi bl-istess mod bħal azzjonista privat hija ta rilevanza għad-delinjazzjoni ta' l-iskop <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta' l-Artikolu 56 KE. Huwa fattur li jiddetermina liema drittijiet, meta jkunu miżmuma minn korp pubbliku firrwol ta' azzjonista ta' kumpannija, x'aktarx jiskoraġġixxu investimenti minn Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Bħal fil-każ ta' libertajiet ohra, l-għan tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital hu l-promozzjoni tal-ftuħ ta' swieq nazzjonali permezz ta' l-opportunità mogħtija lil investituri u impriżi, li qed ifittxu kapital, li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq intern tal-Komunità. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri huma meħtieġa li jieħdu in kunsiderazzjoni l-effetti ta' l-azzjonijiet tagħ-hom fir-rigward ta' investituri stabbiliti fi Stati Membri oħra li jixtiequ jeżerċitaw iddritt tagħhom għall-moviment liberu talkapital. F'dan il-kuntest, l-Artikolu 56 KE jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, imma anki diskriminazzjoni li, fir-rigward ta' l-eżerċizzju ta attività transnazzjonali, timponi spejjeż addizzjonali jew tfixkel l-aċċess għas-suq nazzjonali għal investituri stabbiliti fi Stati Membri oħrajn jew għax għandu l-effett li jipproteġi l-pożizzjoni ta' ċerti operaturi ekonomiċi diġà stabbiliti fis-suq jew għax jagħmel il-kummerċ fi ħdan il-Komunità iktar diffidi mill-kummerċ intern<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Olanda, iċċitata iktar 'il fuq, punt 24, u l-konklużjoinijiet tiegħi fil-kawża Alfa Vita Vassilopoulos u Carrefour-Marinopoulos, pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, punti 40 u 41.
</NOTE>. Kull miżura nazzjonali li tirriżulta fit-trattament ta' sitwazzjonijiet transnazzjonali inqas favorevoli minn sitwazzjonijiet purament nazzjonali tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu. Suġġett għal din ir-riżerva, l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jirregolaw l-<?PAGE NO="I-10430"?>attivitàekonomika fit-territorji tagħhom u li jipparteċipaw fis-suq nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Cipolla et (C-94/04 u C-202/04, li għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja), punt 58.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li korp pubbliku jkollu ishma f'kumpannija ma jnaqqasx mill-attrazzjoni ta' investimenti f dik il-kumpannija minn barra l-pajjiz, sakemm investituri fi Stati Membri oħra jistgħu jkunu ċerti li l-korp pubbliku kkonċernat, bil-ħsieb li jimmassimizza r-redditu fuq l-investiment tie-għu, ser jirrispetta r-regoli normali tat-tħaddim tas-suq. Madankollu, peress li korpi pubbliċi huma suġġetti għall-mekkaniżmi lokali jew nazzjonali ta' responsabbiltà politika, naturalment ikunu mħajra li jaġġustaw l-imġieba tagħhom fid-dawl ta' l-interessi ta' dawk li huma rrappreżentati fi ħdan ilkuntest ta' dawk il-mekkaniżmi. Għalhekk, fejn korp pubbliku għandu ishma li jagħtuh pożizzjoni privileġġjata fir-rigward ta' azzjonisti ohrajn għal dawk li huma l-poteri tiegħu ta' kontroll fil-kumpannija kkonċernata, hemm riskju reali li dawn il-poteri jiġu użati biex jingħata aċċess selettiv u potenzjalment diskriminatorju għas-suq nazzjonali. Fil-fehma tiegħi, dan jispjega l-ġurisprudenza li tikkonċerna l-'golden shares' u l-limiti imposti fuq l-Istat meta jaġixxi bhala parte -ċipant fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din il-ġurisprudenza timponi fuq l-Istati Membri kundizzjoni dwar konsistenza. It-Trattat jintitola lill-Istati Membri li ċerti kumpanniji jibqgħu propjetà pubblika. Madankollu, ġaladarba Stat Membru jiddeċiedi li jiftah settur partikolari tas-suq, dan għandu jaġixxi b'mod li jkun konsistenti ma' din id-deċiżjoni u li jirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji ta' trasparenza u tan-nondiskriminazzjoni li huma inerenti fir-regoli li jirregolaw is-suq intern tal-Komu-nità. Fi kliem iehor, l-Istati mhumiex intitolati li jillimitaw b'mod selettiv l-aċċess għal operaturi fis-suq għal dan is-settur tas-suq. Fil-każ tal-privatizzazzjoni ta' kumpanniji li qabel kienu propjetà ta' l-Istat, din il-kundizzjoni hija partikolarment importanti. Jekk l-Istat kien intitolat li jżomm forom speċjali ta' kontroll tas-suq fuq kumpanniji privatizzati, dan faċilment jista' jfixkel lapplikazzjoni tar-regoli dwar moviment liberu billi jagħti biss aċċess selettiv u potenzjalment diskriminatorju lil partijiet sostanzjali tas-suq nazzjonali. Għalhekk forom ta' kontroll bhal dawn x'aktarx li jiskoraġġixxu investimenti minn Stati Membri ohra.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għalhekk meta Stat jipprivatizza kumpannija, ir-regoli dwar il-moviment liberu tal-kapital jeħtieġu li l-indipendenza ekonomika tal-kumpannija tiġi protetta, sakemm ma jkunx hemm il-bżonn li jiġu ssalvagwardjati interessi pubbliċi fundamentali rikonoxxuti mid-dritt Komunitarju. B'dan il-mod, kull kontroll ta' l-Istat, 'il barra mill-mekka-niżmi normali tas-suq, fir-rigward ta' kumpannija privatizzata għandhom ikunu marbutin mat-twettiq ta' attivitajiet ta' interess ekonomiku ġenerali assoċjati ma' dik il-kumpannija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10431"?><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Comune di Milano, l-AEM, u l-Gvern Taljan essenjalment huma tal-fehma li, taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi Taljana tal-kumpanniji, azzjonisti privati jistgħu, bħala prinċipju, jakkwistaw l-istess drittijiet speċjali fkumpannija bhal m'għandu il-Comune di Milano fl-AEM. Mandankollu, sabiex jiġi deċiż jekk il-kontroll ta' l-Istat f'kumpannija jibqax fi ħdan il-mekkaniżmi normali tas-suq, mhux biżżejjed li jiġi ddeterminat sempliċement jekk azzjonisti privati jistgħux, teor etikament, jakkwistaw forom simili ta' kontroll, mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-prattika ekonomika.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kuntest tal-kawża preżenti, għandu jiġi nnutat li, kif il-Gvern Pollakk ġustament enfasizza, is-setgħat speċ-jali tal-Comune di Milano jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li, għal benefiċċju partikolari ta' l-Istat jew korpi pubbliċi, jippermettu lintroduzzjoni ta' setgħat speċjali fl-istatut ta' assoċjazzjoni ta' kumpannija privatizzata. Madankollu, il-kundizzjoni dwar konsistenza tiġi miksura fejn Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni sabiex jippermetti lill-Istat jew l-organi tiegħu jokkupaw pożizzjoni privi-leġġjata, għal dak li huwa l-kontroll ta' kumpannija privatizzata, fir-rigward ta' l-azzjonisti l-oħra f'dik il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, regoli tal-liġi nazzjonali, li minnhom l-Istat u l-korpi pubbliċi jistgħu jnisslu biss setgħat speċjali, jammontaw, bħala definizzjoni, għal restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital għall-għa-nijiet ta' l-Artikolu 56 KE. Dan japplika mhux biss għall-miżuri leġiżlattivi li jagħtu setgħat speċjali direttament fuq l-Istat<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara s-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' ċunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/98" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4731">C-367/98, Ġabra p. I-4731</REF.DOC.ECR>); ta' l-<DATE ISO="20020604">4 ta' Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-483/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4781">C-483/99, Ġabra p. I-4781</REF.DOC.ECR>) u Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-503/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-4809">C-503/99, Ġabra p. I-4809</REF.DOC.ECR>), kif ukoll is-sentenza Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
</NOTE>, imma anki għal regoli nazzjonali li, għal benefiċċju partikolari ta' l-Istat, jippermettu li setgħat bħal dawn jiġu inkorporati fl-istatut ta assoċjazzjoni tal-kumpannija<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 3.
</NOTE>. L-applikazzjoni ta' regoli nazzjonali ta' dan it-tip tikkostitwixxi tluq mill-<QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>operazzjoni normali tal-liġi tal-kumpanniji<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES">
<HT TYPE="ITALIC">Ibid,</HT> punt 48.
</NOTE>, peress li dawn iqegħdu lill-Istat f'pożizzjoni privileġġjata fir-rigward ta' azzjonisti oħra. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-argument li azzjonisti privati jistgħu, fit-teorija, jakkwistaw privileġġi paragunabbli taħt ir-regoli ġenerali tal-liġi tal-kumpanniji, huwa irrilevanti<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES">
<HT TYPE="ITALIC">Ibid.</HT>
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Korp pubbliku li għandu sehem ta' 33.4 % f'kumpannija privatizzata, imma li jżomm is-setgħa li jaħtar il-maġġoranza tal-membri tal-bord tad-diretturi, huwa evidentement f'pożizzjoni privileġġjata meta mqabbel ma' l-azzjonisti l-oħra. Fil-fatt, kif il-qorti ta' rinviju ġustament osservai, is-setgħat tiegħu huma iktar estensivi minn dawk mogħtija mid-Digriet Liġi li l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li jikser l-Artikolu 56 KE fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES">
Iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5.
<QUOT.S LEVEL="1">
<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>L-Artikolu 56 KE jipprekludi regoli nazzjonali li jippermettu korp pubbliku, li għandu sehem ta' 33.4 % f'kumpannija privatizzata, li jżomm is-setgħa li jaħtar il-maġġoranza assoluta tal-membri tal-bord tad-diretturi.<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>
</QUOT.S>
</NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>