Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 8 u 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322) kif ukoll tal-Artikolu 20 u l-punt (4) tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) - Għoti ta’ kuntratt mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż minn qabel - Kuntratt rigward servizzi addizzjonali ta’ reġistrazzjoni fir-reġistru ta’ proprjetà immobbli u ta’ urbaniżmu - Muniċipalitajiet ta’ Vasilikon, Kassandras, Egnatiias u Arethousas.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Meta ma tatx, billi applikat proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, kuntratti pubbliċi, li għandhom bħala suġġett servizzi addizzjonali ta’ reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli u ta’ urbaniżmu, li ma jinsabux fil-kuntratt inizjali konkluż mill-komuni ta’ Vassilika, ta’ Kassandra, ta’ Egnatia u ta’ Arethousa, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8 u 11(3) tad-Direttiva 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi], kif emendata bid-Direttiva 97/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1997, kif ukoll taħt l-Artikolu 20 u l-punt (4) tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2004/18/KE 2004/18 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].

2) Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.