|
14.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/809
tat-13 ta’ April 2023
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/141 (2), il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping definittivi li jvarjaw minn 30,7 % sa 64,9 % fuq l-importazzjonijiet ta’ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u dazji anti-dumping definittivi li jvarjaw minn 5,1 % sa 12,1 % fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mit-Tajwan. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(2) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Avviż dwar l-iskadenza imminenti tal-miżuri fis-seħħ (3), il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
It-talba għal rieżami saret fis-26 ta’ Ottubru 2021 mill-Kumitat tad-Difiża tal-industrija tat-Tagħmir tal-azzar li ma jsaddadx iwweldjat tarf ma’ tarf tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) li jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni jew f’rikorrenza ta’ dumping u dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(4) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fis-26 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Investigazzjoni antiċirkomvenzjoni parallela
|
(5) |
Fit-8 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, dwar ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-RPĊ, u għamlet dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (5). |
|
(6) |
L-investigazzjoni kkonkludiet li l-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-RPĊ, kienu qed jiġu evitati. Il-miżuri ġew estiżi għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, ikkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/453 (6). |
1.5. Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(7) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kienet tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami” jew “RIP”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.6. Partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikant, lill-produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufin, lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-awtoritajiet tat-Tajwan, lill-importaturi magħrufin, lill-utenti, lin-negozjanti kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma talbet seduta ta’ smigħ. |
1.7. Affermazzjonijiet tal-bidu
|
(10) |
Zhejiang Jndia Pipeline Industry Co. Ltd., (“Zhejiang Jndia”), produttur esportatur ta’ tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf tal-azzar li ma jsaddadx (“SSTPF”), u l-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u tal-Esportaturi tal-Metalli, tal-Minerali u tal-Kimiċi (“CCCMC”) ipprovdew kummenti dwar it-talba għal rieżami u l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet ġenerali li t-talba ma kienx fiha biżżejjed evidenza, il-Kummissjoni nnotat li l-ġurisprudenza tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) ikkwotata minn Zhejiang Jndia u mis-CCCMC hija irrilevanti, peress li ma tindirizzax l-istandard ta’ evidenza meħtieġ għall-bidu tal-proċedimenti (7). L-applikant ipprovda “evidenza suffiċjenti” biex jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni, skont it-tifsira tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li huwa l-istandard ġuridiku xieraq. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(12) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC iddikjaraw li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma kinitx iġġustifikata għall-finijiet tat-talba u li ma kien hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti fir-RPĊ. Dawn l-affermazzjonijiet ġew indirizzati fil-premessi (84) sa (87) hawn taħt. |
|
(13) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC iddikjaraw li l-applikant ippropona lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv mingħajr ma pprovda evidenza li tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 2(6a)(a). |
|
(14) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant eżamina erba’ pajjiżi bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali li kellhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri t-Tajlandja, l-Indoneżja, il-Malażja u t-Turkija (8). L-erba’ pajjiżi kollha ġew identifikati bħala li għandhom industrija li tesporta mill-anqas 500 tunnellata ta’ SSTPFs fis-sena (9). L-applikant għażel lit-Tajlandja minn fost l-erba’ pajjiżi abbażi tad-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti (10). L-għażla tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv kienet appoġġata minn biżżejjed evidenza, bħall-istatistika dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni, sorsi użati biex jiġu stabbiliti kostijiet mingħajr distorsjoni, u evidenza ta’ produtturi magħrufa b’informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku. |
|
(15) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC affermaw ukoll li t-Tajlandja ma hijiex għażla xierqa. B’mod konkret, huma affermaw li l-prezz tal-gass fit-Tajlandja huwa distort peress li l-industrija tal-gass hija ddominata minn żewġ atturi biss, u li l-kumpanija Tajlandiza magħżula mill-applikant għall-istabbiliment tal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u tal-profitt tipproduċi wkoll prodotti oħrajn, allura r-rappreżentattività tagħha teħtieġ kjarifika ulterjuri. |
|
(16) |
Fir-rigward tal-gass naturali, l-evidenza pprovduta minn Zhejiang Jndia u s-CCCMC tmur lura għall-2011, 10 snin qabel il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (11). Barra minn hekk, il-partijiet interessati ma pprovdewx evidenza ta’ distorsjonijiet fit-Tajlandja, huma sempliċiment affermaw li minħabba li s-suq huwa ddominat minn żewġ atturi dan kien distort. Barra minn hekk, l-applikant ibbaża l-parametru referenzjarju għall-gass fuq il-prezz tal-importazzjonijiet fit-Tajlandja. Il-partijiet interessati ma spjegawx għaliex il-pożizzjoni dominanti fis-suq allegata twassal għal prezzijiet distroti tal-importazzjoni (12). Zhejiang Jndia u s-CCCMC ma pprovdew l-ebda evidenza dwar il-firxa tal-prodotti tal-kumpanija magħżula mill-applikant jew għaliex din l-evidenza ma tkunx xierqa. Fi kwalunkwe każ, it-talba pprovdiet biżżejjed evidenza li l-kumpanija li użat biex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A u l-profitt hija produttur tal-SSTPF b’informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (13), u dan kien biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(17) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC affermaw ukoll li l-applikant ma kkalkolax il-valur normali b’mod korrett minħabba li, kif indikat mit-talba, it-Tajlandja ma għandhiex informazzjoni dwar l-imballaġġ, kostijiet diretti oħrajn, it-tagħmir tal-produzzjoni u l-ispejjeż ġenerali tal-fabbrika, u għalhekk l-applikant ħadimhom fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. L-informazzjoni dwar l-imballaġġ, kostijiet diretti oħrajn, it-tagħmir tal-produzzjoni u l-ispejjeż ġenerali tal-fabbrika fit-Tajlandja ma kinitx disponibbli faċilment għall-applikant. L-investigazzjoni oriġinali stabbiliet li l-SSTPF prodott fl-Unjoni u dak esportat mir-RPĊ għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi. Zhejiang Jndia u s-CCCMC ma pprovdewx evidenza li tiġġustifika konklużjoni differenti. Għalhekk, biex jistabbilixxi l-valur normali, u biex jitqies l-impatt potenzjali tad-differenza fl-iżvilupp ekonomiku bejn it-Tajlandja u l-Unjoni, minflok ma uża valuri assoluti, l-applikant uża l-proporzjon ta’ dawk l-entrati fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li sussegwentement huwa applika għall-valuri mingħajr distorsjoni stabbiliti bl-użu tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(19) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC qalu wkoll li fit-talba l-applikant kien naqas milli jipprovdi evidenza pożittiva li d-dannu x’aktarx li jkompli jew jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fir-rigward tal-kontinwazzjoni tad-dannu, dawn il-partijiet affermaw li l-konsum fis-suq tal-Unjoni, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni u x-xejriet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif irrapportati fit-talba kienu kollha pożittivi u li, b’mod ġenerali, l-industrija ma kinitx qiegħda ġġarrab dannu, filwaqt li indikaw ukoll id-diffikultajiet eċċezzjonali tas-suq ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19. Huma indikaw ukoll iċ-ċifri tal-profittabbiltà ppubblikati ta’ produttur ewlieni tal-Unjoni fit-3 snin ta’ qabel il-pandemija tal-COVID-19, li kienu fl-istess firxa bħall-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri. Fuq dik il-bażi, huma sostnew li l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qiegħda ġġarrab dannu. Fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu, Zhejiang Jndia u s-CCCMC sostnew li t-talba wriet li d-dannu ma kienx probabbli li jerġa’ jseħħ peress li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien f’livell għoli b’mod konsistenti filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kien żgħir wisq biex ikollu xi impatt fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(20) |
Bħala kumment preliminari, huwa mfakkar li sejba ta’ evidenza biżżejjed fir-rigward ta’ dannu materjali tirrikjedi eżami, inter alia, tal-fatturi rilevanti kif deskritt fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). Dan huwa applikabbli mutatis mutandis għall-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ analiżi ta’ rikorrenza fir-rieżamijiet ta’ skadenza, fejn l-enfasi tkun fuq dak li jseħħ jekk il-miżuri jiskadu. |
|
(21) |
Fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ Zhejiang Jndia u tas-CCCMC rigward l-iżvilupp pożittiv tal-produzzjioni u tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-volumi tal-bejgħ kif ukoll il-profittabbiltà, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri anti-dumping spiss ikollhom effett pożittiv fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni – fattur li ovvjament tqies fl-analiżi tas-Servizzi tal-Kummissjoni qabel il-bidu. |
|
(22) |
Skont l-evidenza pprovduta fit-talba u analizzata mill-Kummissjoni, il-volumi tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ u mit-Tajwan li jippenetraw fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li kienu jiżdiedu minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata f’dawk il-pajjiżi. It-talba kien fiha biżżejjed evidenza li l-effett ta’ dawn il-volumi bi prezzijiet li x’aktarx ikomplu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li jkun kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(23) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC affermaw ukoll li l-verżjoni miftuħa tat-talba ma ppermettietx fehim xieraq tal-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li diversi indikaturi mikroekonomiċi li jikkonċernaw it-tliet produtturi tal-Unjoni ġew irrapportati f’format indiċjat biss minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. |
|
(24) |
Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, huwa meqjus li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tat-talba kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt trattament kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment. |
|
(25) |
Huwa mfakkar li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6(5) tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (14) jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollha effett negattiv sinifikanti fuq il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq il-persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni. L-informazzjoni pprovduta bħala kunfidenzjali taqa’ taħt dawn il-kategoriji. L-applikant ġabar fil-qosor b’mod adegwat il-kontenut ta’ dawn l-annessi, mingħajr ma żvela data sensittiva speċifika għall-kumpanija. L-indiċjar taċ-ċifri f’każijiet fejn jeżisti biss għadd żgħir ħafna ta’ produtturi fl-Unjoni huwa perfettament ġustifikat. |
|
(26) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu, u b’hekk issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, it-talba ssodisfat ir-rekwiżiti għall-bidu. |
1.8. Kampjunar
|
(27) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.8.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(28) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ tliet produtturi tal-Unjoni, li jinsabu fi tliet Stati Membri differenti. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 irrapportat mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni permanenti ta’ qabel il-bidu. Il-kampjun kien jammonta għal [56 % - 62 %] tal-produzzjoni stmata fl-Unjoni tal-prodott simili. Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bil-kampjun provviżorju tagħha permezz ta’ Nota għall-fajl fis-26 ta’ Jannar 2022. F’dik in-Nota, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. |
|
(29) |
L-ebda parti ma tat kumment. Matul il-konsultazzjonijiet mal-applikant wara li fil-fajl tqegħdet in-Nota msemmija hawn fuq, deher ċar li ma kienx xieraq li Rohrbogen Sp.z.o.o. tiġi inkluża fil-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni peress li, għal raġunijiet sensittivi għall-kumpanija, ma setgħetx titqies bħala produttur rappreżentattiv matul il-perjodu ta’ referenza kollu. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kienet meħtieġa bidla fil-kampjun. |
|
(30) |
Il-partijiet interessati ġew innotifikati bil-kampjun rivedut permezz ta’ Nota fil-fajl fit-18 ta’ Frar 2022 u ġew mistiedna jikkummentaw. Il-kampjun rivedut kien jikkonsisti mit-tliet produtturi Erne Fittings GmbH (l-Awstrija), OSTP Finland Oy u OSTP Sweden AB, li kienu jirrappreżentaw madwar [44 % - 50 %] tal-volumi totali stmati tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. |
|
(31) |
L-ebda parti ma għamlet kumment u l-kampjun ġie kkonfermat permezz ta’ Nota fil-fajl fit-28 ta’ Frar 2022. |
1.8.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(32) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u jekk iva biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil xi importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Ma kienx hemm importatur mhux relatat li ppreżenta l-informazzjoni mitluba. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.8.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan
|
(33) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u jekk iva biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa/produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u fit-Tajwan sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lill-Awtoritajiet Tajwaniżi rilevanti jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi/produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(34) |
L-ebda produttur/produttur esportatur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba u/jew qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Għalhekk, peress li ma kienx hemm kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, is-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ qed isiru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(35) |
Billi produttur esportatur Tajwaniż wieħed biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ kampjunar fir-rigward tat-Tajwan. |
1.9. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(36) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(37) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u lill-uniku produttur esportatur Tajwaniż li kkoopera. L-istess kwestjonarji kif ukoll kwestjonarji għall-importaturi mhux relatati saru disponibbli fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (15) fil-jum tal-bidu. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant li fih talbet data makroekonomika dwar l-industrija tal-Unjoni. |
|
(38) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur Tajwaniż wieħed, mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand l-applikant. |
1.10. Verifika
|
(39) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa biex tiddetermina l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u tad-dannu kif ukoll l-interess tal-Unjoni. |
|
(40) |
Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
(41) |
Il-Kummissjoni wettqet ukoll Kontroverifika mill-Bogħod (Remote Cross Check - RCC) tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-kumpaniji li ġejjin:
|
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(42) |
Il-prodott taħt rieżami huwa tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet, ta’ gradi ta’ azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondi għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħrajn, b’dijametru estern massimu li ma jaqbiżx l-406,4 mm u bi ħxuna tal-ħitan ta’ 16 mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ intern ta’ mhux anqas minn 0,8 mikrometri, mhux ifformati bħala flanġijiet, imlestija jew le, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u mit-Tajwan (“SSTPF” jew “il-prodott taħt rieżami”), attwalment ikklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (il-kodiċijiet TARIC 7307231050, 7307231055, 7307239050 u 7307239055). |
|
(43) |
Il-prodott taħt rieżami jiġi mmanifatturat essenzjalment billi jinqatgħu u jiġu fformati tubi u pajpijiet. Jintuża biex jgħaqqad pajpijiet u tubi tal-azzar li ma jsaddadx u jeżisti f’forom differenti bħal elbows, reducers, forom ta’ T u tappijiet. Ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet, kif definiti hawn fuq, jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ industriji tal-konsumatur u applikazzjonijiet finali, bħall-industrija petrokimika, l-industriji tal-ipproċessar tax-xorb u tal-ikel u tal-farmaċewtiċi, fil-bini tal-bastimenti, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, fl-impjanti tal-enerġija, fil-kostruzzjonijiet u fl-installazzjonijiet industrijali. |
|
(44) |
Fil-kuntest ta’ seduta li saret fit-3 ta’ Marzu 2022, l-assoċjazzjoni Euranimi, li tirrappreżenta grupp ta’ importaturi, ikkummentat li s-suq tal-SSTPF huwa naturalment maqsum f’żewġ segmenti speċifiċi u kważi mhux sovrapposti: Materjali Ewropej u Asjatiċi. Din żiedet li għal ċerti kundizzjonijiet tal-użu, l-utenti finali normalment jitolbu materjali Ewropej. Min-naħa l-oħra, il-materjali Asjatiċi ntużaw għal ambjenti li fost l-oħrajn kienu b’korrużjoni limitata u temperaturi mnaqqsa. |
|
(45) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-ebda talba speċifika għall-esklużjoni tal-prodott ma kienet marbuta ma’ dan il-kumment. Minkejja dan, il-Kummissjoni ċċarat li fil-qafas ta’ investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ma setgħet tiġi indirizzata l-ebda talba ta’ dan it-tip għall-esklużjoni ta’ prodott. |
|
(46) |
Fit-23 ta’ Awwissu 2022, Euranimi tenniet il-kummenti preċedenti tagħha u żiedet speċifikazzjonijiet tekniċi, bħal li ċerti materjali Asjatiċi kienu jeħtieġu trattament bis-sħana filwaqt li dawk Ewropej ma kinux. Dawn il-kummenti ma kinux adatti biex ibiddlu l-konklużjonijiet li saru fil-premessa (45). |
2.2. Prodott simili
|
(47) |
Kif intwera fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ (16), il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
3.1.1. Kummenti preliminari
|
(48) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet ta’ SSTPF li joriġinaw mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Skont COMEXT (Eurostat), l-importazzjonijiet ta’ SSTPF mir-RPĊ ammontaw għal madwar 5,6 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ 22,9 % fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ ammontaw għal 719-il tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbla ma’ 3 238 tunnellata fl-investigazzjoni oriġinali. |
|
(49) |
Kif imsemmi fil-premessa (34), l-ebda wieħed mill-produtturi magħrufa/produtturi esportaturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward. |
|
(50) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami, id-data disponibbli għall-pubbliku mill-produtturi tal-SSTPF Tajlandiżi, mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, mit-Tajlandja, id-data mill-Awtorità Provinċjali tat-Tajlandja tax-Xogħlijiet tal-Ilma, mill-Ministeru tal-Enerġija tat-Tajlandja, mill-bażi tad-data COMEXT tal-Eurostat, mill-bażi tad-data tal-Istatistika tal-ILO u mill-Atlas Globali tal-Kummerċ (GTA) (17). |
3.1.2. Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami
3.1.2.1.
|
(51) |
Minħabba li l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kellha t-tendenza turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(52) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(53) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Speċifikat ukoll li pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-RPĊ f’dan il-każ huwa t-Tajlandja, iżda li se teżamina pajjiżi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(54) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ħarġet nota fil-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“Nota dwar is-sorsi”). |
|
(55) |
Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, ikollha tiddependi fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb tuża l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku kif speċifikat hawn taħt f’din in-nota. |
|
(56) |
Permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet beħsiebha tuża lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv u dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali bit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(57) |
Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni hija se tibbaża kostijiet diretti oħrajn u l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura fuq l-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza u tesprimihom bħala perċentwali. |
|
(58) |
Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li se tistabbilixxi l-kostijiet u l-profitti tal-SG&A abbażi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku għal żewġ produtturi mit-Tajlandja, Thai Benkan Co. Ltd., u Thairungrueng Fitting & Value Co. Ltd. |
|
(59) |
Permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar is-sorsi u l-adegwatezza tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, sakemm dawn ippreżentaw biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-applikant, Zhejiang Jndia u mingħand is-CCCMC. L-applikant qabel man-Nota dwar is-sorsi. Il-kummenti ta’ Zhejiang Jndia u tas-CCCMC huma analizzati hawn taħt fit-taqsimiet rilevanti. |
3.1.2.2.
|
(60) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(61) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“administrative, selling and general costs” minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(62) |
Kif spjegat ulterjorment hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.1.2.2.1.
|
(63) |
F’investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ (18), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(64) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali mill-gvern fir-RPĊ u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (19). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (20), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku (21). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta f’konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (22). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi kif ukoll meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (23). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (24), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (25). |
|
(65) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tal-azzar fir-RPĊ, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fit-talba, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ (26) (“ir-Rapport”), li jibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif misjub ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(66) |
It-talba allegat li l-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mill-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. It-talba indikat f’dan ir-rigward mhux biss id-distorsjonijiet fis-suq tal-azzar li ma jsaddadx (l-azzar li ma jsaddadx jirrappreżenta madwar 50 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami) iżda sostniet li l-fatturi l-oħrajn kollha tal-produzzjoni – l-art, il-kapital, il-manodopera – huma distorti bl-istess mod. Bħala konsegwenza, it-talba kkonkludiet li mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-azzar li ma jsaddadx ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament jew il-manodopera huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern. |
|
(67) |
Sabiex tappoġġa l-pożizzjoni tagħha, it-talba rreferiet għal għadd ta’ sorsi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħar-Rapport, il-konklużjonijiet milħuqa mill-EUCCC (27), l-investigazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni tas-settur tal-azzar Ċiniż (28) kif ukoll l-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-awtoritajiet rilevanti fil-Kanada u fl-Awstralja, (29) jew il-konklużjonijiet tal-Forum Globali tal-G20 dwar il-Kapaċità Żejda tal-Azzar (30). |
|
(68) |
Fuq din il-bażi, it-talba enfasizzat li:
|
|
(69) |
Kif huwa indikat fil-premessa (52), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(70) |
Speċifikament fis-settur tal-prodott taħt rieżami, jiġifieri s-settur tal-azzar, għad hemm livell sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Filwaqt li l-qasma nominali bejn l-għadd ta’ intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) u kumpaniji privati hija stmata li hija kważi ugwali, erbgħa mill-ħames produtturi tal-azzar Ċiniżi kklassifikati mal-ewwel 10 tal-akbar produtturi tal-azzar fid-dinja huma SOEs (31). Fl-istess ħin, filwaqt li fl-2016 l-ewwel 10 produtturi kienu jirrappreżentaw biss madwar 36 % tal-output totali tal-industrija, il-GTĊ stabbilixxa l-mira fl-istess sena li jikkonsolida bejn 60 % u 70 % tal-produzzjoni tal-azzar f’madwar 10 intrapriżi fuq skala kbira sal-2025 (32). Din l-intenzjoni ġiet ripetuta mill-GTĊ f’April 2019, meta dan ħabbar il-ħruġ ta’ linji gwida dwar il-konsolidazzjoni tal-industrija tal-azzar (33). Tali konsolidazzjoni tista’ tinvolvi fużjonijiet furzati ta’ kumpaniji privati profittabbli ma’ SOEs bi prestazzjoni batuta (34). Peress li ma kienx hemm kooperazzjoni mill-esportaturi Ċiniżi tal-prodott taħt rieżami, il-proporzjon eżatt tal-produtturi privati u tal-Istat ma setax jiġi ddeterminat. Madankollu, filwaqt li jista’ ma jkunx hemm informazzjoni speċifika disponibbli għall-prodott taħt rieżami, is-settur jirrappreżenta sottosettur tal-industrija tal-azzar u s-sejbiet li jikkonċernaw is-settur tal-azzar huma għalhekk meqjusa bħala indikattivi wkoll għall-prodott taħt rieżami. |
|
(71) |
L-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi għas-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Jingħata eżempju ta’ dan fl-abbozz ta’ Opinjoni Gwida tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar li titlob aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell tal-modernizzazzjoni tal-katina industrijali (35), jew mill-14-il Pjan ta’ 5 Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima li jgħid li s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u b’kompetittività ewlenija” (36). Eżempji simili tal-intenzjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi li jwettqu superviżjoni u jiggwidaw l-iżviluppi tas-settur jistgħu jiġu osservati fil-livell provinċjali, bħal f’Shandong, li mhux biss jipprevedi “l-bini ta’ ekoloġija tal-industrija tal-azzar […], l-istabbiliment ta’ parks tal-manifattura, l-estensjoni tal-katina industrijali u l-ħolqien ta’ raggruppamenti industrijali, iżda jridu li l-industrija tal-azzar tipprovdi dimostrazzjoni għat-trasformazzjoni u l-aġġornament […] fil-provinċja tagħhom u anke fil-pajjiż kollu” (37). |
|
(72) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTC huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita b’mod sistematiku l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott taħt rieżami u s-CCP. Minħabba li l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt rieżami. Sabiex jingħata eżempju speċifiku, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baowu jservi fl-istess ħin bħala Segretarju tal-Kumitat tal-Partit bil-Maniġer Ġenerali jservi wkoll bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (38). Bl-istess mod, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baosteel jokkupa l-pożizzjoni ta’ segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li l-Maniġer Eżekuttiv huwa l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (39). B’mod aktar ġenerali, fid-dawl tal-applikabbiltà ġenerali tal-leġiżlazzjoni dwar il-preżenza tas-CCP fil-kumpaniji, ma jistax jiġi preżunt li l-kapaċità tal-GTĊ li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti tkun differenti fir-rigward tal-prodott taħt rieżami meta mqabbla mas-settur tal-azzar b’mod ġenerali. |
|
(73) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-fittings tat-tubi u tal-pajpijiet huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika. L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ, li qiegħed jiżdied, fis-settur tal-prodott taħt rieżami. Il-produtturi tal-fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet jenfasizzaw attivitajiet ta’ bini tal-Partit fid-dokumenti korporattivi tagħhom, bħal pereżempju Zhejiang Good Fittings Co., Ltd li fir-rapport dwar ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħha tqis il-bini tas-CCP bħala azzjoni meħuda biex tiġi żviluppata l-kultura soċjali korporattiva (40): L-interferenza tas-CCP tista’ tiġi osservata wkoll fil-livell ta’ assoċjazzjonijiet tal-industrija reġjonali, pereżempju l-assoċjazzjoni tal-industrija tat-tubi ta’ Shanghai (41). Kif ġie rrapportat fuq is-sit web tal-assoċjazzjoni fl-2019: “F’waranofsinhar tas-17 ta’ April, [...] Il-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-Federazzjoni tal-Industrija u tal-Ekonomija ta’ Shanghai, u l-persunal rilevanti mill-Uffiċċju tal-Kumitat tal-Partit żaru l-assoċjazzjoni biex jinvestigaw il-bini tal-partit u l-ħidma tal-assoċjazzjoni [...] Imbagħad, il-President [tal-assoċjazzjoni] irrapporta għand is-Segretarju [tas-CCP] [...] dwar il-ħidma ta’ bini tal-partit tal-assoċjazzjoni. Il-President [tal-assoċjazzjoni] qal li l-bini tal-partit tal-assoċjazzjoni jiffoka fuq żewġ livelli. Minn naħa waħda, fil-livell vertikali, jiġifieri fuq l-istabbiliment tal-fergħa tal-partit tal-assoċjazzjoni. […]. L-iżvilupp tan-numru ta’ membri ġodda tal-partit kiseb riżultati inizjali. It-tieni wieħed jinsab fil-livell orizzontali, sabiex isir xogħol tajjeb tal-bini tal-partit fil-livell tad-diretturi. F’dawn l-aħħar snin, l-uffiċċju tal-president tal-assoċjazzjoni, flimkien mal-Bord tad-Diretturi organizzaw skambji biex jistudjaw l-ispirtu tal-gvern ċentrali [u], iwasslu r-rekwiżiti tal-kumitat tal-partit Muniċipali għall-bini tal-partit” (42). B’mod simili, skont ir-rapport reċenti tal-assoċjazzjoni: “Fl-2021, il-fergħa tal-partit tal-assoċjazzjoni ġiet ittrasferita lill-kumitat tal-partit tal-Federazzjoni Muniċipali tal-Industrija u l-Ekonomija. L-assoċjazzjoni għandha tieħu l-inizjattiva li taċċetta t-tmexxija u l-gwida tal-Federazzjoni tal-Industrija u l-Ekonomija, kemm f’termini ta’ ħidma relatata mal-partit kif ukoll mal-gvern. Wara li l-President [tal-federazzjoni] mar l-assoċjazzjoni biex jinvestiga u jiggwida x-xogħol is-sena l-oħra, l-assoċjazzjoni żiedet l-intensità tax-xogħol konġunt, u użatu biex tmexxi l-progress teknoloġiku u l-iżvilupp innovattiv tal-unitajiet membri, filwaqt li rrealizzat l-iżvilupp ta’ benefiċċju reċiproku tal-membri u tal-assoċjazzjoni.” (43) |
|
(74) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott taħt rieżami jeżistu politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku. Minkejja li matul l-investigazzjoni ma seta’ jiġi identifikat l-ebda dokument ta’ politika li jiggwida speċifikament l-iżvilupp tal-industrija tat-tagħmir tat-tubi jew tal-pajpijiet bħala tali, l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tal-azzar, billi l-prodott taħt rieżami jirrappreżenta wieħed mis-sottosetturi tiegħu. |
|
(75) |
L-industrija tal-azzar tibqa’ titqies bħala industrija essenzjali mill-GTĊ (44). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq l-azzar, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il Pjan ta’ 5 Snin adottat f’Marzu 2021, il-GTĊ għażel lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (45). B’mod simili, l-14-il Pjan ta’ 5 Snin dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka lis-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jifforma l-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jindika għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur tal-azzar fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħal aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-anqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (46). Barra minn hekk, il-Katalgu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (il-Verżjoni tal-2019) (47) jelenka l-azzar bħala industrija mħeġġa. Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri stabbiliti sabiex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-politika pubblika li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Dawn il-miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(76) |
L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u tal-proprjetà skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku fis-settur tat-tagħmir tat-tubi jew tal-pajpijiet imsemmi hawn fuq fil-premessa (64) ma taffettwax il-manifatturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(77) |
Is-settur tat-tagħmir tat-tubi u tal-pajpijiet huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (64). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (waqt il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami jew tal-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (waqt li jkun hemm aċċess għall-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema ta’ xogħol fir-RPĊ) (48). |
|
(78) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (64). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha. |
|
(79) |
Fl-aħħar, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tat-tagħmir tat-tubi jew tal-pajpijiet jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma evidentement esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(80) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tat-SSTPF ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(81) |
Il-GTĊ ma ppreżenta l-ebda evidenza jew argument kuntrarju. Madankollu, fid-9 ta’ Marzu 2022, fis-sottomissjonijiet tagħhom rigward il-bidu tal-investigazzjoni, Zhejiang Jndia u s-CCCMC ippreżentaw sett parallel ta’ kummenti, fejn argumentaw li, l-ewwel nett, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkompatibbli mad-WTO u, it-tieni, li fi kwalunkwe każ, ma teżisti l-ebda distorsjoni sinifikanti fis-settur tal-azzar fiċ-Ċina. Iż-żewġ partijiet tennew il-fehmiet tagħhom fil-kummenti tagħhom tas-7 ta’ Lulju 2022, sottomessi bi tweġiba għan-Nota dwar is-sorsi. |
|
(82) |
Aktar speċifikament, fir-rigward tal-ewwel argument, il-partijiet ħadu l-pożizzjoni li l-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”) ma jirrikonoxxix il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Artikolu 2.2 tal-ADA, li jippermetti biss li jinħadem il-valur normali jekk ma jkunx hemm bejgħ tul il-perkors ordinarju tal-kummerċ jew fil-każ tas-sitwazzjoni ta’ suq partikolari. Il-partijiet osservaw li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti ma jaqa’ taħt l-ebda waħda minn dawk il-kategoriji li jippermettu li jinħadem il-valur normali. Għalhekk, fil-fehma tal-partijiet, l-UE introduċiet kunċett li ma jeżistix fil-liġi tad-WTO. F’dan ir-rigward, il-partijiet irreferew għat-tħassib li tqajjem ukoll minn membri oħrajn tad-WTO, b’mod partikolari għall-kawża (DS494) EU - Cost Adjustment Methodologies II (Russia) . Konsegwentement, il-partijiet qiesu li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija inkonsistenti mad-WTO. |
|
(83) |
Fir-rigward tat-tieni argument, il-partijiet indikaw l-allegat nuqqas ta’ evidenza fir-rigward tad-distorsjonijiet sinifikanti. Skont il-partijiet, ir-Rapport li użaw l-Applikant u l-Kummissjoni ma huwiex oġġettiv u huwa skadut. Barra minn hekk, l-użu tar-Rapport bħala bażi għal konklużjoni ta’ distorsjonijiet sinifikanti kkawża, skont il-partijiet, raġunament ċirkolari. Barra minn hekk, il-partijiet indikaw li mhux il-kumpaniji kollha fis-settur huma proprjetà tal-Istat u li anke dawk ikkontrollati mill-gvern b’xi mod xorta joperaw fis-suq ħieles. F’dan ir-rigward, il-partijiet irreferew għall-Artikolu 6 tal-Liġi tar-RPĊ dwar l-Assi tal-Istat fl-Intrapriżi (“il-Liġi Ċiniża dwar l-SOE”) li jipprevedi s-separazzjoni bejn il-gvern u l-intrapriżi. Il-partijiet ikkontestaw ukoll il-fatt li l-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà taċ-Ċina huma relatati ma’ din l-investigazzjoni, filwaqt li, fir-rigward tat-13-il FYP għar-Riżorsi Minerali, il-partijiet affermaw li din hija biss linja gwida mingħajr effett vinkolanti. |
|
(84) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet. Fir-rigward tal-ewwel argument, il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Il-fatt li l-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” ma jintużax espliċitament fl-ADA tad-WTO ma jirrestrinġix l-użu ta’ dak il-kunċett mill-Unjoni. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa biex jinħadem il-valur normali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Artikolu 2(6a) jipprevedi li jinħadmu l-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, inkluż dawk f’pajjiż rappreżentattiv xieraq b’livell simili ta’ żvilupp bħall-pajjiż esportatur. Fir-rigward tal-kawża DS 494, il-Kummissjoni fakkret li kemm l-UE kif ukoll il-Federazzjoni Russa appellaw is-sejbiet tal-Bord, li ma humiex finali u għalhekk, skont il-ġurisprudenza permanenti tad-WTO, ma għandhomx status ġuridiku fis-sistema tad-WTO, peress li dawn ma ġewx approvati mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim b’deċiżjoni tal-Membri tad-WTO. Fi kwalunkwe każ, ir-Rapport tal-Bord f’din it-tilwima qies speċifikament id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala barra l-ambitu tat-tilwima. |
|
(85) |
Fir-rigward tat-tieni argument, il-Kummissjoni nnotat li r-Rapport huwa dokument komprensiv ibbażat fuq evidenza oġġettiva estensiva, inklużi leġiżlazzjoni, regolamenti u dokumenti ta’ politika uffiċjali oħrajn ippubblikati mill-GTĊ, rapporti minn organizzazzjonijiet internazzjonali, studji akkademiċi u artikli minn akkademiċi, u sorsi indipendenti affidabbli oħrajn. Ilu għad-disponizzjoni tal-pubbliku minn Diċembru 2017 biex kull parti interessata jkollha biżżejjed opportunità tirribatti, tissupplimenta jew tikkummenta dwaru u dwar l-evidenza li huwa bbażat fuqha, u la l-GTĊ u lanqas partijiet oħrajn ma ppreżentaw argumenti jew evidenza li tirribatti s-sorsi inklużi fir-Rapport. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat b’mod partikolari li d-dokumenti ta’ politika ewlenin u l-evidenza li jinsabu fir-Rapport, inklużi l-FYPs u l-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli għall-prodott taħt rieżami, li ġew sostitwiti suċċessivament bid-dokumenti korrispondenti tal-14-il ċiklu ta’ ppjanar, kienu rilevanti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(86) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-kumpaniji fiċ-Ċina, kemm jekk huma proprjetà tal-Istat kif ukoll jekk le, joperaw f’suq ħieles, il-Kummissjoni ma qablitx. Il-Kummissjoni nnotat li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fl-analiżi fil-premessi (63) u (64) u (70) sa (81), flimkien mal-evidenza mressqa mill-Applikant, juru li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija, irrispettivament mis-sjieda tal-kumpaniji inkwistjoni. Konsegwentement, ir-referenza għall-Artikolu 6 tal-Liġi Ċiniża tal-SOE (49) b’appoġġ għall-argument tal-partijiet hija żbaljata. Biżżejjed li jingħad li minflok is-separazzjoni bejn il-gvern u l-intrapriżi, l-Artikolu 7 tal-Kostituzzjoni tar-RPĊ (50) jistipula li “l-ekonomija tal-Istat, jiġifieri l-ekonomija soċjalista taħt sjieda mill-poplu kollu, hija l-forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali. L-Istat jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tal-ekonomija tal-Istat”, filwaqt li l-Artikolu 7 tal-Liġi Ċiniża tal-SOE jagħti mandat lill-Istat biex “jieħu miżuri biex jippromwovi ċ-ċentralizzazzjoni tal-kapital tal-Istat għall-industriji importanti u għall-oqsma ewlenin li għandhom piż fuq il-linja tal-ħajja ekonomika nazzjonali u s-sigurtà tal-Istat, jottimizza t-tqassim u l-istruttura tal-ekonomija tal-Istat, jippromwovi r-riforma u l-iżvilupp tal-intrapriżi tal-istat, itejjeb il-kwalità ġenerali tal-ekonomija tal-Istat, u jsaħħaħ il-forza ta’ kontroll u l-influwenza tal-ekonomija tal-Istat”. Flimkien mal-Artikolu 36 tal-Liġi Ċiniża tal-SOE, li jgħid li “intrapriża b’investiment mill-Istat għandha tikkonforma mal-politiki industrijali nazzjonali” dawn – u oħrajn (51) - fil-fatt joħolqu ambjent legali li fih separazzjoni bejn il-gvern u l-intrapriżi hija impossibbli. Il-Kummissjoni naqset ukoll milli tifhem kif il-liġijiet dwar il-falliment jew il-proprjetà, li huma applikabbli b’mod universali u li għalhekk huma soġġetti għalihom ukoll il-partijiet, ma setgħux ikunu relatati mal-investigazzjoni attwali. Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll li t-13-il FYP għar-Riżorsi Minerali sempliċiment jirrappreżenta linja gwida mhux vinkolanti. Għall-kuntrarju, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar fiċ-Ċina huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fil-livell aktar baxx korrispondenti tal-gvern, b’hekk jidderiġu r-riżorsi lejn is-setturi deżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (52). |
|
(87) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u lavorattivi, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
|
(88) |
Wara d-divulgazzjoni, Zhejiang Jndia u CCCMC tennew il-kummenti preċedenti tagħhom li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa f’kunflitt mad-WTO ADA, li ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti fis-settur tal-SSTPF, li r-Rapport tal-Pajjiż tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċina huwa skadut u li d-dokumenti ta’ politika Ċiniżi ma għandhomx effett vinkolanti fuq is-suq. |
|
(89) |
Kif iddikjarat fil-premessa (62), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet iġġustifikata fid-dawl tal-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) huma konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li f’konformità mal-kjarifiki tal-Korp tal-Appell f’DS473 EU-Biodiesel (l-Arġentina), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, bħall-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu, jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. |
|
(90) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li r-Rapport tal-Pajjiż huwa antikwat, din ġiet koperta b’mod komprensiv fil-premessa (85). Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li d-determinazzjonijiet tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma bbażati fuq il-korp kollu ta’ evidenza disponibbli, li minnu r-Rapport jirrappreżenta element wieħed biss. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi b’mod partikolari għall-premessi (70) sa (75) li jiddeskrivu evidenza addizzjonali rilevanti f’din l-investigazzjoni. |
|
(91) |
L-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ informazzjoni settorjali speċifika jew informazzjoni dwar suq speċifiku li jkopri l-prodott taħt rieżami. F’dan ir-rigward, kif muri fil-premessi (63) sa (66) u fil-premessi (77) sa (80), f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-industrija tal-SSTPF u fis-setturi tal-inputs relatati. L-użu tal-kostijiet domestiċi biex inħadem il-valur normali huwa permess mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biss jekk matul l-investigazzjoni jiġi stabbilit b’mod pożittiv li dawn il-kostijiet mhumiex distorti. F’dak ir-rigward, madankollu, ma kienx hemm evidenza pożittiva li l-fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi individwali ma kinux soġġetti għal distorsjoni. |
|
(92) |
L-ewwel nett, il-FYPs ippubblikati mill-GTĊ mhumiex biss dokumenti ta’ gwida ġenerali, iżda huma ta’ natura legalment vinkolanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-analiżi dettaljata tal-pjanijiet fil-Kapitolu 4 tar-Rapport, b’taqsima ddedikata speċifikament għan-natura vinkolanti tal-pjanijiet fit-Taqsima 4.3.1. L-14-il FYP ifakkar b’mod espliċitu lill-awtoritajiet kollha biex jimplimentaw il-pjanijiet b’mod diliġenti: “Aħna se nsaħħu s-sistemi ta’ ġestjoni tal-ippjanar bħal katalgi u listi, kompilazzjoni u arkivju, u allinjament u koordinazzjoni, niżviluppaw listi u katalogi bħall-“14 edizzjoni tal-Pjanijiet Speċjali ta’ Livell Nazzjonali ta’ Ħames Snin”, nippromwovu arkivju tal-pjanijiet li jiddependi fuq il-pjattaforma nazzjonali ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni integrata tal-ippjanar, u nġibu diversi pjanijiet taħt ġestjoni unifikata. Ser nistabbilixxu u ntejbu l-mekkaniżmi ta’ allinjament u koordinazzjoni tal-ippjanar, nallinjaw il-pjanijiet approvati mill-Kumitat Ċentrali tas-CCP u l-Kunsill tal-Istat u l-pjanijiet ta’ żvilupp provinċjali ma’ dan il-pjan qabel is-sottomissjoni għall-approvazzjoni, niżguraw li l-ippjanar spazjali fil-livell nazzjonali, l-ippjanar speċjali, l-ippjanar reġjonali, u livelli oħra ta’ ppjanar jiġu kkoordinati ma’ dan il-pjan f’termini ta’ għanijiet ewlenin, direzzjonijiet ta’ żvilupp, tqassim ġenerali, politiki ewlenin, proġetti kbar, u prevenzjoni u kontroll tar-riskju.” (53) Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li “jeħtieġ li l-lokalitajiet kollha jtejbu lilhom infushom b’dan il-Pjan, u jinkludu l-kontenut ewlieni u l-proġetti ewlenin tiegħu fil-kompiti lokali primarji tagħhom”, filwaqt li “is-settur tal-azzar u setturi ewlenin oħra għandhom jifformulaw opinjonijiet ta’ implimentazzjoni speċifiċi bbażati fuq l-objettivi u l-kompiti ta’ dan il-Pjan.” (54) |
|
(93) |
Għalhekk, abbażi tal-evidenza fil-premessi (89) sa (92), il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet innotati fil-premessa (88). |
3.1.2.2.2.
|
(94) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(95) |
Kif huwa spjegat fil-premessa (54), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi li ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
|
(96) |
Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku, inkluż il-GTA, “Doing Business” tal-Bank Dinji (57), il-Ministeru tal-Enerġija Tajlandiż (58), l-Awtorità Provinċjali tat-Tajlandja tax-Xogħlijiet tal-Ilma (59) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, it-Tajlandja (60). |
|
(97) |
Fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku, fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant eżamina erba’ pajjiżi bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali li kellhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. Il-pajjiżi eżaminati kienu t-Tajlandja, l-Indoneżja, il-Malażja u t-Turkija (61). |
|
(98) |
Fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, l-erba’ pajjiżi kollha ġew identifikati bħala li għandhom industrija li tesporta mill-anqas 500 tunnellata fis-sena ta’ SSTPF (62). |
|
(99) |
Fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv, fit-talba tiegħu għal rieżami, l-applikant identifika lit-Tajlandja bħala pajjiż xieraq minn fost l-erba’ pajjiżi abbażi tad-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti, bħall-istatistika uffiċjali dwar l-importazzjoni, il-prezzijiet tal-enerġija u l-produtturi magħrufa b’informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku. L-applikant identifika erba’ kumpaniji li pproduċew l-SSTPF fit-Tajlandja (63). |
|
(100) |
Kif huwa spjegat fin-Nota dwar is-sorsi, tnejn mill-kumpaniji kienu qed jagħmlu telf fis-sentejn ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u għalhekk ma setgħux jintużaw biex jiġi stabbilit profitt raġonevoli skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Iż-żewġ kumpaniji l-oħrajn identifikati fit-talba, Thai Benkan Co. Ltd., u Thairungrueng Fitting & Value Co. Ltd., kellhom data disponibbli faċilment għas-sena 2020, li wriet profitti stmati ta’ 1,2 % u livell ta’ SG&A ta’ 32,6 %. |
|
(101) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC affermaw li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq u li l-Malażja tkun għażla aktar xierqa. |
|
(102) |
Fil-bidu, il-Kummissjoni nnotat li la Zhejiang Jndia u lanqas is-CCCMC ma ddikjaraw li t-Tajlandja ma kinitx tkun għażla xierqa. Huma sempliċiment iddikjaraw li l-Malażja tkun għażla aktar xierqa. Madankollu, la Zhejiang Jnidia u lanqas is-CCCMC ma pprovdew jew saħansitra ma ssuġġerew xi sors jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar valuri mingħajr distorsjoni għall-Malażja għal ħafna mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija fin-nota. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. |
|
(103) |
Barra minn hekk, skont it-Twissija Kummerċjali Globali (64), fl-Istati Uniti ilhom fis-seħħ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-Malażja għal għadd ta’ snin. Barra minn hekk, fit-3 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni estendiet id-dazju anti-dumping residwu fuq iċ-Ċina għal ċerti produtturi Malasjani li nstabu li evitaw il-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141 fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami. Ma setax jiġi eskluż li dawn iż-żewġ fatturi jista’ jkollhom impatt fuq l-adegwatezza tal-Malażja bħala pajjiż rappreżentattiv, pereżempju fir-rigward tal-SG&A u tal-profitt tal-kumpaniji li joperaw fis-suq tal-Malażja, għall-imġiba kummerċjali potenzjalment inġusta tagħhom fi swieq kbar tal-esportazzjoni bħall-Istati Uniti u/jew l-Unjoni, u b’mod aktar ġenerali dwar il-funzjonament korrett tas-suq tal-Malażja tal-prodott taħt rieżami u potenzjalment tal-inputs tiegħu. Il-Kummissjoni qieset li dawn l-elementi jagħmlu lill-Malażja mhux pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(104) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC sostnew ukoll li l-Kummissjoni ma kienet offriet l-ebda indikazzjoni dwar il-volumi prodotti fit-Tajlandja. |
|
(105) |
Kif huwa spjegat fil-premessa (98), il-Kummissjoni nnotat li t-talba għal rieżami ta’ skadenza pprovdiet statistika dwar l-esportazzjoni li turi li t-Tajlandja (u t-tliet pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħrajn) kellhom esportazzjonijiet sinifikanti tal-prodott taħt rieżami (65). Il-Kummissjoni nnotat ukoll li dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza dwar il-volumi attwalment prodotti fit-Tajlandja, u wisq anqas tqabbil mal-volumi prodotti fil-Malażja jew f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali oħrajn. Għalhekk, din l-affermazzjoni tqieset bħala mhux sostanzjata u irrilevanti. |
|
(106) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC affermaw ukoll li l-proporzjon ta’ profitt fit-Tajlandja kien baxx wisq biex jitqies raġonevoli. Wara din l-affermazzjoni, huma sostnew li l-Malażja tkun għażla aħjar u identifikaw produttur b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku li kkoinċidiet mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(107) |
Data aktar reċenti relatata mal-kumpaniji profittabbli fit-Tajlandja saret disponibbli matul l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrevediet id-data. Id-data aġġornata għall-2021, il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal din l-investigazzjoni, għaż-żewġ kumpaniji Tajlandiżi wriet, bħala medja, profitti ta’ 1,22 % u livell ta’ SG&A ta’ 19,64 %. |
|
(108) |
Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li profitt żgħir bħal dan ma setax jitqies raġonevoli. Madankollu, f’rieżami ta’ skadenza ma hemmx ħtieġa li jiġi stabbilit il-livell eżatt ta’ dumping peress li l-investigazzjoni trid tiddetermina jekk id-dumping huwiex probabbli li jkompli jew jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tuża livell baxx ta’ profitt jekk id-dumping ikun diġà stabbilit fuq din il-bażi. Dan japplika wkoll għad-data aktar reċenti u riveduta tal-kumpaniji Tajlandiżi. Kif jidher hawn taħt fit-taqsima 3.1.2.4, l-investigazzjoni stabbiliet dumping abbażi ta’ data finanzjarja mit-Tajlandja. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Barra minn hekk, il-profitt tal-kumpanija tal-Malażja ssuġġerit mill-partijiet interessati huwa ogħla mill-profitt tal-kumpaniji mit-Tajlandja (66). Għalhekk, l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni u l-użu tad-data mill-kumpanija tal-Malażja jwasslu biss għal żieda fil-valur normali u livelli ogħla ta’ dumping. |
|
(109) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC iddikjaraw li l-kalkolu ta’ kostijiet diretti oħrajn, espress bħala perċentwal fuq il-bażi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif previst fit-talba, ma kienx raġonevoli minħabba li l-proċess tal-produzzjoni fit-Tajlandja huwa differentiminn dak tal-Unjoni. |
|
(110) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC ma pprovdew l-ebda evidenza rigward il-proċess tal-produzzjoni fit-Tajlandja u għalhekk id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata. Aktar u aktar għax Zhejiang Jndia u l-membri tas-CCCMC setgħu kkooperaw fl-investigazzjoni billi jipprovdu l-kost tal-produzzjoni tagħhom u l-konsum tagħhom ta’ fatturi ta’ produzzjoni fir-RPĊ, li għalihom il-Kummissjoni setgħet tapplika l-parametri referenzjarji. Minflok, huma għażlu li ma jikkooperawx, minkejja li Zhejiang Jndia kienet produttur esportatur li esporta kwantitajiet sinifikanti ta’ SSTPF lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (67). |
|
(111) |
Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. L-investigazzjoni oriġinali stabbiliet li l-prodott ikkonċernat esportat miċ-Ċina u l-prodott simili manifatturat fl-Unjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Ma hemmx evidenza li l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami ssegwi proċess differenti fl-Unjoni, fiċ-Ċina u fil-pajjiżi terzi rappreżentattivi xierqa. |
|
(112) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC iddikjaraw li t-Tajlandja ma hijiex għażla xierqa peress li l-prezz medju tal-importazzjonijiet ta’ pajpijiet mingħajr weldjatura fit-Tajlandja ma huwiex raġonevoli. Il-partijiet interessati affermaw li l-prezz huwa “mhux tas-soltu” minħabba l-varjazzjoni sinifikanti bejn il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet fit-Tajlandja minn diversi pajjiżi fornituri. Huma argumentaw li l-prezz medju huwa għoli b’mod mhux raġonevoli meta mqabbel mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet f’pajjiżi jew fi blokok oħrajn tal-produzzjoni tal-SSTPF bħall-Malażja, l-Indja u l-Unjoni. Huma argumentaw ukoll li l-prezz referenzjarju huwa ogħla mill-prezzijiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, mhux biss tal-input iżda anke tal-prodott simili lest. Skont il-partijiet interessati, “il-Kummissjoni għandha ssib ir-raġuni għaliex il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajpijiet mingħajr weldjatura tat-Tajlandja minn ċerti pajjiżi huma anormali u jeskludu jew jaġġustaw dawn il-prezzijiet anormali”. |
|
(113) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Għar-raġunijiet deskritti fil-premessi (97) sa (100), it-Tajlandja hija pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-partijiet interessati naqsu milli juru li d-data użata mill-Kummissjoni ma kinitx relatata mal-“kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Huma argumentaw biss li l-prezz huwa “anormali”, b’referenza għal sorsi oħrajn, mingħajr spjegazzjoni u jagħtu lill-Kummissjoni l-kompitu li ssib ir-raġuni għal din l-allegata anormalità. Sadanittant, l-ebda produttur fir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni u kif innotat fil-premessa (34), il-fatturi tal-produzzjoni kellhom jiġu stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-volum tal-importazzjonijiet tal-input inkwistjoni fit-Tajlandja, u l-informazzjoni fil-fajl, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda evidenza li d-data użata hija distorta jew li hija relatata ma’ inputs li ma jikkorrispondux għall-kostijiet fir-RPĊ. Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li l-prezzijiet bejn is-sorsi jvarjaw u li l-prezz medju huwa għoli meta mqabbel ma’ sorsi oħrajn ma jagħmilx dak il-prezz mhux raġonevoli. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda bħala mhux sostanzjata. Barra minn hekk, għalkemm Zhejiang Jndia u s-CCCMC ma pprovdewx bażi jew suġġeriment għal aġġustament jew alternattiva, il-Kummissjoni nnotat li anke bl-użu tal-anqas valur ta’ importazzjoni fit-Tajlandja (CNY 32,81 għal kull kilogramma, mill-Indoneżja) iwassal għal sejba ta’ dumping. |
|
(114) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC iddikjaraw ukoll li l-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni jenħtieġ li jitnaqqsu mill-prezz tal-importazzjoni. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni ma qablitx. Il-prezz tal-importazzjoni tal-inputs f’pajjiżi rappreżentattivi jintuża bħala indikatur ta’ prezz mingħajr distorsjoni fis-suq domestiku tal-pajjiż rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Dan il-prezz huwa inkluż fil-GTA f’livell CIF. Għalhekk, it-trasport bil-baħar u l-assigurazzjoni – jekk ikun hemm – jenħtieġ li ma jitnaqqsux, inkella ma jibqax jirrappreżenta l-indikatur fis-suq domestiku tal-prezz tal-inputs. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(116) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq kollu u tad-diskrezzjoni li l-Kummissjoni għandha fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni kkonfermat l-għażla tagħha tat-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(117) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmijin hawn fuq, u wara li ġew analizzati l-kummenti mill-partijiet interessati, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, l-aħħar sentenza, tar-Regolament bażiku. |
|
(118) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(119) |
Zhejiang Jndia u s-CCCMC tennew il-kummenti, wara d-divulgazzjoni, li l-Malasja kienet pajjiż terz rappreżentattiv aktar xieraq mit-Tajlandja. Dawn it-talbiet ġew imwieġba fit-taqsima 3.1.2.2.2 hawn fuq. It-Tajlandja ssodisfat il-kriterji għal pajjiż rappreżentattiv kif stabbilit fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif iddikjarat fil-premessa (107), il-Kummissjoni użat data disponibbli għall-pubbliku għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għaż-żewġ kumpaniji Tajlandiżi. Fir-rigward tal-kummenti mill-partijiet interessati dwar il-prezz tal-importazzjoni tal-pajpijiet mingħajr weldjatura u dwar li jitnaqqsu mill-prezz it-tariffi tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-konklużjonijiet li jinsabu fil-premessi (113) u (115). |
3.1.2.2.3.
|
(120) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba għal rieżami, u wara li ġew analizzati l-kummenti mill-partijiet interessati, il-fatturi tal-produzzjoni li ġejjin, is-sorsi tagħhom u l-valuri mingħajr distorsjoni ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni ta’ ċertu tagħmir tat-tubi u tal-pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.1.2.2.3.1. Materja Prima
|
(121) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68). |
|
(122) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.1.2.2 hija kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO fil-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(123) |
Kif inhu spjegat fin-nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni eskludiet anomalija statistika fl-importazzjonijiet mill-Ġappun lejn it-Tajlandja taħt is-subintestatura HS 7306 11 (pajpijiet iwweldjati) fl-ewwel nofs tal-2021. Ma wasal l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati f’dan ir-rigward. |
|
(124) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif ikkonsenjata sal-fabbrika tal-produttur, il-Kummissjoni applikat id-dazju fuq l-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, fil-livelli rispettivi, skont il-pajjiż ta’ oriġini tal-volumi importati. Il-Kummissjoni żiedet il-kost tat-trasport domestiku fit-Tajlandja abbażi tar-Rapport “Doing Business” tal-Bank Dinji. (69) |
|
(125) |
Il-Kummissjoni ġabret flimkien entrati b’piż negliġibbli fil-kost tal-produzzjoni, bħal materja prima oħra, il-kostijiet tal-imballaġġ, l-utilitajiet u l-oġġetti tal-konsum u esprimiethom bħala perċentwal tal-kostijiet diretti. |
3.1.2.2.3.2. Prodotti sekondarji
|
(126) |
Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, fil-produzzjoni tal-SSTPF jinkiseb prodott sekondarju wieħed biss, jiġifieri ruttam. Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tagħha, il-Kummissjoni żiedet ukoll id-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport intern mal-prezz medju tal-importazzjoni fit-Tajlandja, billi segwiet l-istess metodoloġija bħal dik għall-materja prima. |
3.1.2.2.3.3. Manodopera
|
(127) |
Sabiex tikkalkula l-valur għall-manodopera, il-Kummissjoni użat data disponibbli mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (“NSO”), mit-Tajlandja u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”). L-NPO jippubblika informazzjoni dettaljata trimestrali dwar il-pagi skont l-industrija, ir-reġjun u ż-żona fit-Tajlandja. Il-Kummissjoni użat ukoll l-aħħar statistika disponibbli, dik tal-2020, mill-ILO (70) biex tikkalkula s-sigħat medji ta’ kull ġimgħa u ta’ kull xahar maħduma fit-Tajlandja. |
3.1.2.2.3.4. Enerġija/utilitajiet
|
(128) |
Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum korrispondenti f’kWh (71) kif ippubblikata fl-istudju tal-Bank Dinji “Doing Business” tal-2020, li kienet l-aħħar data disponibbli. |
|
(129) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja huwa ppubblikat mill-Unità tal-Enerġija, il-Politika u l-Ippjanar fil-Ministeru tal-Enerġija (72). Il-Kummissjoni użat id-data disponibbli għall-2021 li kopriet il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(130) |
Il-prezz għall-konsum tal-ilma għall-użu industrijali fit-Tajlandja nkiseb mill-Awtorità Provinċjali tax-Xogħlijiet tal-Ilma (73). Għan-negozji, l-ilma huwa pprezzat skont firxa speċifika skont il-konsum ta’ kull xahar. Il-Kummissjoni għażlet ċifra medja mill-firxa biex tikkalkula l-kost tal-ilma. |
3.1.2.2.3.5. Kostijiet diretti oħrajn
|
(131) |
Kostijiet diretti oħrajn kienu bbażati fuq l-informazzjoni dwar l-industrija tal-Unjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (ara l-premessi (57) u (109) sa (111)). |
3.1.2.2.4.
|
(132) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(133) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi/produtturi esportaturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera abbażi tad-data pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. |
|
(134) |
Għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja għall-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami ta’ żewġ produtturi Tajlandiżi, kif huwa stabbilit fil-premessa (107). |
3.1.2.2.5.
|
(135) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(136) |
L-SSTPF jista’ jsir minn pajpijiet iwweldjati jew mingħajr weldjatura. Il-Kummissjoni stabbiliet valur normali għal tagħmir mingħajr weldjatura bl-użu tal-parametru referenzjarju għal pajpijiet mingħajr weldjatura, u valur normali għal tagħmir iwweldjat bl-użu tal-parametru referenzjarju għal pajpijiet iwweldjati. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll valur normali għat-tagħmir kollu li juża bħala punt ta’ riferiment il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni kemm tal-pajpijiet iwweldjati kif ukoll dawk mingħajr weldjatura fit-Tajlandja. Il-metodoloġija, spjegata fil-premessi li ġejjin, hija l-istess fit-tliet każijiet kollha, bil-valur mingħajr distorsjoni tal-fattur ewlieni tal-produzzjoni jkun l-unika differenza. |
|
(137) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur għall-produzzjoni tal-SSTPF. |
|
(138) |
L-entrati b’piż negliġibbli fil-kost tal-produzzjoni, bħal materja prima oħra, il-kostijiet tal-imballaġġ, l-utilitajiet u l-oġġetti tal-konsum ġew raggruppati u espressi bħala perċentwal tal-kostijiet diretti abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni kif huwa stabbilit fil-premessa (137). |
|
(139) |
Ġew stabbiliti kostijiet diretti oħrajn fuq l-istess bażi. Il-perċentwal tagħhom fuq il-kostijiet diretti totali abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza ġie applikat għall-kostijiet diretti mingħajr distorsjoni. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni mbagħad żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(141) |
Il-valur normali, ikkalkolat kif deskritt fil-premessi minn (137) sa (140), tnaqqas bil-valur mingħajr distorsjoni tal-prodott sekondarju. |
|
(142) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.1.2.3.
|
(143) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-prezz tal-esportazzjoni għall-importazzjonijiet kollha tal-SSTPF ġie ddeterminat abbażi tad-data CIF mill-Eurostat aġġustata għal-livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika billi tnaqqsu l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, tal-assigurazzjoni u tat-trasport domestiku. Il-kost medju tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni miċ-Ċina kien ibbażat fuq it-talba għal rieżami (74). It-trasport domestiku fiċ-Ċina kien ibbażat fuq ir-rapport tal-pajjiż taċ-Ċina “Doing Business” (75). |
|
(144) |
Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni dwar it-taħlita tal-prodotti minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, u ċ-ċifri mill-Eurostat jinkludu l-SSTPF kollha mingħajr ma ssir distinzjoni bejn it-tipi. Għalhekk, il-Kummissjoni użat ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni għal fittings mingħajr weldjatura u wweldjati pprovduti fit-talba, aġġustati għal-livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika fuq l-istess bażi bħall-prezz CIF tal-Eurostat. |
3.1.2.4.
|
(145) |
Il-Kummissjoni qabblet il-prezz medju tal-esportazzjoni mill-Eurostat fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq mal-valur normali għall-fittings kollha. Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ aktar minn 100 %. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ fittings mingħajr weldjatura u wweldjati, abbażi tat-talba għal rieżami u aġġustati għal-livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika, mal-valuri normali għal fittings mingħajr weldjatura u wweldjati. Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet ta’ dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma 63,3 % għal tagħmir iwweldjat u aktar minn 100 % għal tagħmir mingħajr weldjatura. Dan il-kalkolu huwa konservattiv peress li l-Kummissjoni użat l-ogħla prezzijiet tal-esportazzjoni pprovduti fit-talba. |
|
(147) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping tkompla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
3.1.3. Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping
|
(148) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu mħassra. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.1.3.1.
|
(149) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza (76), fejn il-produzzjoni kienet stmata għal 119 000-il tunnellata fis-sena u l-kapaċità tal-produzzjoni għal 170 000 tunnellata fis-sena bħala minimu. Il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ kienet stmata għal 51 000 tunnellata. Dan huwa kważi erba’ darbiet il-konsum totali tal-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(150) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu l-SSTPF għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u jżidu ħafna l-probabbiltà ta’ esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.1.3.2.
|
(151) |
Sabiex tiddetermina l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni l-ewwel qabblet il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi. |
|
(152) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-GTA (77) għall-esportazzjonijiet Ċiniżi tas-subinċiż HS 7307 23 (Stainless Steel Butt Welding Fittings) fil-livell FOB biex jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn l-Unjoni ma’ dawk lejn swieq terzi kif ukoll mal-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien 12 % ogħla mill-prezzijiet lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Meta jiżdied il-kost medju tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni abbażi tat-talba għal rieżami (78) biex jiġi aġġustat għal-livell CIF tal-fruntiera tal-Unjoni, il-prezz medju tal-esportazzjoni Ċiniż lejn swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien 15,9 % orħos mill-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, mingħajr dazji, l-esportaturi Ċiniżi jkunu jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ogħla minn dawk lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn iżda xorta taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, b'hekk żieda fl-esportazzjonijiet bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping issir probabbli ħafna jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(153) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll fid-dawl tad-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ 12 819-il tunnellata. |
|
(154) |
Minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet miċ-Ċina xorta kellhom sehem mis-suq ta’ 5,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (ara l-premessa (48)), indikazzjoni oħra li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, kif inhu spjegat fil-premessa (6), il-Kummissjoni sabet li l-miżuri qed jiġu evitati permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fil-Malażja. Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni juru l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet u, b’hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. |
3.1.3.3.
|
(155) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kif stabbilit fil-premessa (147), u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, kif huwa spjegat fil-premessi (149) sa (154), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping. |
3.2. It-Tajwan
3.2.1. Kummenti preliminari
|
(156) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mit-Tajwan komplew, għalkemm f’livelli konsiderevolment aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Ottibru 2014 sat-30 ta’ Settembru 2015). Skont l-istatistika ta’ Comext (Eurostat), l-importazzjonijiet tal-SSTPF mit-Tajwan irrappreżentaw 203 tunnellati fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, meta mqabbla ma’ 1 102 tunnellati matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. L-importazzjonijiet tal-SSTPF mit-Tajwan ammontaw għal madwar 1,6 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 7,8 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
|
(157) |
Kumpanija Tajwaniża waħda biss (Ta Chen (79)) ikkooperat fir-rieżami u pprovdiet tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping. Il-bejgħ ta’ Ta Chen kien jammonta għal 91 % tal-importazzjonijiet tat-Tajwan tal-SSTPF fl-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
3.2.2. Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami
3.2.2.1.
|
(158) |
Minħabba n-nuqqas ta’ bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami, il-valur normali għal Ta Chen inħadem f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi żdiedu mal-kost tal-produzzjoni tat-tipi ta’ prodotti rilevanti, il-kostijiet SG&A mġarrba u profitt raġonevoli. |
|
(159) |
L-ammont ta’ spejjeż SG&A u profitt ġie ddeterminat, f’konformità mal-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku, abbażi tal-bejgħ domestiku tal-kumpanija tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. |
|
(160) |
Wara d-divulgazzjoni, Ta Chen sostniet li l-SG &A u l-perċentwali tal-profitt użati fil-kalkolu tal-valur normali, jiġifieri dawk ibbażati fuq il-bejgħ domestiku tal-kumpanija tal-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, mhumiex rappreżentattivi. Il-kumpanija argumentat li dak il-bejgħ ma kienx rappreżentattiv fil-volum, kien jikkonċerna prodotti ferm differenti mill-prodott taħt rieżami u kien jinkludi l-bejgħ tar-ruttam. Il-kumpanija sostniet li fil-kalkolu tal-valur normali jenħtieġ li jintużaw l-SG&A u l-profitt tal-prodott taħt rieżami fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
|
(161) |
Ta’ min jinnota li l-unika bażi legali li tippermetti lill-Kummissjoni biex potenzjalment tuża l-SG&A u l-profitt tal-bejgħ mill-esportazzjoni fil-kalkolu tal-valur normali tkun l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku. Madankollu dan l-Artikolu jeħtieġ tqabbil tal-profitt użat biex jitkejjel il-profitt “normalment magħmul minn esportaturi jew produtturi oħra fuq bejgħ ta’ prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini”. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ produtturi Tajwaniżi oħra, il-Kummissjoni ma ġabritx data affidabbli f’dan ir-rigward, speċjalment fid-dawl tal-fatt li nġabret biżżejjed data minn Ta Chen biex isir il-kalkolu tal-valur normali abbażi tal-Artikolu 2(6)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(162) |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-fatturat domestiku użat bħala bażi għall-kalkolu kien rappreżentattiv fil-volum (aktar minn 25 % tal-fatturat totali tal-kumpanija tal-bejgħ indipendenti) kien jikkonċerna prinċipalment il-prodotti tal-azzar li ma jsaddadx u l-bejgħ tar-ruttam kien biss parti żgħira minn dan il-fatturat (80). Fl-aħħar nett, l-aċċettazzjoni tal-affermazzjoni ma jkollha l-ebda impatt fuq is-sejbiet dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping. |
|
(163) |
Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
3.2.2.2.
|
(164) |
Il-produttur esportatur li kkoopera għamel bejgħ bl-esportazzjoni lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti li kienu jinsabu fl-Unjoni. |
|
(165) |
Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk kien stabbilit abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli għall-prodott taħt rieżami meta nbiegħ għall-esportazzjoni mill-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.2.2.3.
|
(166) |
Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera ġew imqabbla fuq bażi ta’ kif joħorġu mill-fabbrika. |
|
(167) |
Għall-fini tal-iżgurar ta’ tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħataw konċessjonijiet ġusti, fil-forma ta’ aġġustamenti, għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(168) |
Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti għat-trasport, il-kostijiet tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, il-kostijiet tal-immaniġġar, tat-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kostijiet tal-ippakkjar, il-kostijiet ta’ kreditu, skontijiet u kummissjonijiet li kienu ppruvati li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. L-aġġustamenti totali kienu bbażati fuq valuri reali rrapportati minn Ta Chen u vverifikati fuq il-post. Dawk iċ-ċifri huma dawk irrapportati fl-entrati tal-kost rilevanti mill-kumpanija, u ġew iddivulgati fid-divulgazzjoni speċifika. |
|
(169) |
Ta’ min jinnota li fil-kalkolu, il-Kummissjoni rrifjutat aġġustament għall-konverżjoni tal-munita mitlub minn ta Chen. Il-kumpanija talbet lill-Kummissjoni biex minflok ma tuża r-rata tal-kambju fid-data tal-fattura tuża r-rata tal-kambju fid-data tal-pagament. Ir-Regolament bażiku jistipula li normalment, tintuża d-data tal-fattura għall-istabbiliment tar-rata tal-kambju, iżda li f’sitwazzjonijiet straordinarji, tista’ tintuża data aktar kmieni (pereżempju d-data tal-kuntratt). Madankollu, ir-Regolament bażiku ma jipprovdi l-ebda bażi ġuridika għall-użu ta’ data wara d-data tal-fattura. |
|
(170) |
Kif huwa previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat skont it-tip tal-SSTPF tqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami. |
|
(171) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, instab li kien f’livell ta’ 39,67 %. |
3.2.3. Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping jekk il-miżuri jiġu revokati
|
(172) |
Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jiġu rrevokati. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: l-eżistenza ta’ esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lejn pajjiżi terzi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fit-Tajwan u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
3.2.3.1.
|
(173) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-marġnijiet tad-dumping fir-rigward tal-bejgħ lil Ta Chen lit-tliet swieq terzi ewlenin ta’ esportazzjoni tal-kumpanija, jiġifieri l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti. |
(a) Valur normali
|
(174) |
Il-valur normali nħadem kif huwa spjegat hawn fuq fil-premessi (158) u (159). |
(b) Prezz tal-esportazzjoni
|
(175) |
Il-produttur esportatur li kkoopera għamel bejgħ bl-esportazzjoni lill-Awstralja u lill-Kanada direttament lil klijenti indipendenti li jinsabu f’dawn il-pajjiżi. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit abbażi tal-prezzijiet reali mħallsa jew pagabbli għall-prodott taħt rieżami meta mibjugħ bl-esportazzjoni mill-pajjiż tal-esportazzjoni f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(176) |
Peress li l-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti sar permezz ta’ importatur relatat, il-prezz tal-esportazzjoni għall-fini ta’ dan il-kalkolu nħadem abbażi tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
(c) Tqabbil u Marġni tad-dumping
|
(177) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum u l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(178) |
Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ingħataw konċessjonijiet ġusti, fil-forma ta’ aġġustamenti, għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(179) |
Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti għat-trasport, il-kostijiet tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni, il-kostijiet tal-immaniġġar, tat-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kostijiet tal-ippakkjar, il-kostijiet ta’ kreditu, skontijiet u kummissjonijiet li kienu ppruvati li jaffettwaw it-tqabbil tal-prezzijiet. |
|
(180) |
Fir-rigward tal-bejgħ lill-Istati Uniti saru aġġustamenti addizzjonali għall-kostijiet imġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti li akkumulaw. |
|
(181) |
Kif huwa previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat skont it-tip tal-SSTPF tqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami. |
|
(182) |
Abbażi ta’ dan, il-bejgħ ta’ Ta Chen lejn is-swieq ewlenin tagħha ta’ pajjiżi terzi nstab li kien oġġett ta’ dumping. |
3.2.3.2.
|
(183) |
Minħabba l-kooperazzjoni limitata fir-rigward tal-produzzjoni u l-kapaċità fit-Tajwan mill-produtturi Tajwaniżi, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fit-Tajwan ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant u mill-uniku produttur Tajwaniż li kkoopera. |
|
(184) |
Skont din l-informazzjoni, hemm mill-anqas disa’ manifatturi tal-SSTPF fit-Tajwan b’kapaċità ta’ produzzjoni totali ta’ aktar minn 22 000 tunnellata u kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ 13 000-il tunnellata, li taqbeż il-konsum kollu tal-Unjoni (81). |
3.2.3.3.
|
(185) |
L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur Tajwaniż esporta lejn is-swieq terzi ewlenin tiegħu bi prezzijiet ta’ bejn 25 % u 45 % aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dawn huma wkoll aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-produttur esportatur Tajwaniż fl-esportazzjoni lejn l-Unjoni. B’kunsiderazzjoni ta’ dan il-livell ta’ prezzijiet, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija potenzjalment ħafna aktar attraenti għall-kumpaniji esportaturi milli hija l-esportazzjoni lejn il-pajjiżi l-oħrajn kollha. |
|
(186) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll fid-dawl tad-daqs tiegħu, b’konsum totali ta’ 12 819-il tunnellata. |
3.2.3.4.
|
(187) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Tajwaniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-volumi tal-importazzjonijiet kienu ħafna aktar baxxi milli kienu matul il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali iżda xorta kienu biżżejjed biex jagħtu indikazzjoni ġusta tal-imġiba futura fil-prezzijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(188) |
Barra minn hekk, analiżi tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi wriet li l-prattiki tad-dumping seħħew ukoll fis-swieq ta’ pajjiżi terzi. |
|
(189) |
Apparti dan, il-kapaċità ta’ riżerva fit-Tajwan hija sinifikanti ħafna u taqbeż il-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(190) |
Fl-aħħar nett, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tad-daqs u tal-prezzijiet kif jidher hawn fuq, tindika l-probabbiltà li l-esportazzjonijiet Tajwaniżi u l-kapaċità ta’ riżerva jkunu diretti (mill-ġdid) lejn l-Unjoni, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(191) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ tkomplija ta’ dumping, jekk il-miżuri ma jiġux estiżi. |
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(192) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli fit-talba, il-prodott simili kien immanifatturat minn 14-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(193) |
Ġie stabbilit li l-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kienet ta’ 9 867 tunnellata. Iċ-ċifra ġiet ikkalkolata abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-makroindikaturi sottomessa mill-applikant. |
|
(194) |
Kif huwa indikat fil-premessi (28) sa (31), il-kampjunar ġie applikat għad-determinazzjoni tat-tkomplija tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar [44 % - 50 %] tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(195) |
Peress li tnejn mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun huma relatati, id-data kollha dwar il-mikroindikaturi kellha tiġi indiċizzata biex tipproteġi l-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(196) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) Id-data tal-applikant dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili, parzjalment kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet, tal-prodott li qed jiġi investigat, lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif huwa rrapportat fil-bażi tad-data Comext (Eurostat). |
|
(197) |
Abbażi ta’ dan, il-konsum mill-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||
|
(198) |
Ir-rieżami wera li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-konsum tal-Unjoni ġie affettwat b’mod negattiv mit-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020, iżda rkupra tajjeb matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(199) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati abbażi tal-istatistika tal-Eurostat, kif huwa spjegat kif xieraq fil-premessa (185) hawn fuq. Is-sehem mis-suq tagħhom ġie stabbilit billi tqabblu l-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fit-tabella 2. |
|
(200) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(201) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mit-Tajwan ma jinkludux l-importazzjonijiet mill-kumpanija b’marġni ta’ dumping ta’ 0 %, King Lai (ara n-nota 79 f’qiegħ il-paġna). |
|
(202) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kien stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’volumi ta’ madwar 1 000 tunnellata matul l-2020 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Madankollu, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu kemm fil-volum kif ukoll fis-sehem mis-suq, l-importazzjonijiet mit-Tajwan naqsu. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz.
4.3.2.1.
|
(203) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Eurostat u tat-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-uniku produttur esportatur li kkoopera mit-Tajwan li l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni jikkostitwixxu l-maġġoranza assoluta tal-importazzjonijiet mit-Tajwan fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, il-valuri tal-importazzjoni mit-Tajwan u ċ-ċifri akkumulati għall-pajjiżi kkonċernati tqiegħdu f’firxiet. |
|
(204) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(205) |
Il-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’14 %, u dan jirrifletti livell ġenerali ogħla tal-prezzijiet b’mod partikolari matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
4.3.2.2.
|
(206) |
Ma kienx hemm kooperazzjoni mill-ebda produttur fiċ-Ċina, filwaqt li kien hemm kooperazzjoni minn produttur esportatur Tajwaniż wieħed. |
4.3.3. RPĊ
|
(207) |
Billi ma kienx hemm kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz billi qabblet (a) il-prezzijiet medji ponderati tal-istatistika tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, kif huwa spjegat fil-premessa (136), stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għar-rata konvenzjonali tad-dazju doganali, id-dazju anti-dumping u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, u (b) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ tat-tliet produtturi tal-Unjoni ddebitati lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(208) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Ma weriex twaqqigħ tal-prezz. |
|
(209) |
F’konformità mal-approċċ għall-kalkoli tad-dumping kif huwa spjegat fil-premessa (137), fl-alternattiva għall-prezzijiet medji ponderati tal-importazzjoni tal-istatistika li ma jagħmlux distinzjoni bejn tagħmir mingħajr weldjatura u dawk iwweldjati, il-Kummissjoni użat ukoll il-prezzijiet tal-esportazzjoni għal tagħmir mingħajr weldjatura u dak iwweldjat, b’forma ta’ minkeb, ipprovduti fit-talba, aġġustati għal-livell CIF fil-fruntiera tal-UE b’aġġustamenti xierqa għar-rata konvenzjonali tad-dazju doganali, id-dazju anti-dumping u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, sabiex jitwettqu kalkoli ta’ twaqqigħ tal-prezz komplementari li jiddistingwu bejn dawn iż-żewġ gruppi ta’ prodotti. Bl-użu ta’ dawk il-prezzijiet u t-tqabbil tagħhom mal-prezz medju tal-kwalità u l-forma korrispondenti manifatturati mill-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet Ċiniżi ma waqqgħux il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(210) |
Il-Kummissjoni kkalkolat ukoll it-twaqqigħ tal-prezz fin-nuqqas ta’ dazji anti-dumping. Il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz mingħajr l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping ammontaw għal 17,7 % u 16,4 %, rispettivament. |
4.3.4. It-Tajwan
|
(211) |
Kif huwa msemmi fil-premessa (150), l-importazzjonijiet mill-produttur esportatur li kkoopera Ta Chen ammontaw għal 91 % tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mit-Tajwan fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat it-twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet Tajwaniżi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami billi qabblet: (a) il-prezzijiet medji ponderati fil-livell CIF fil-fruntiera tal-Unjoni għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet minn Ta Chen għall-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni, id-dazji tal-importazzjoni u d-dazji anti-dumping (jekk applikabbli), u (b) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ debitati lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni tal-istess tipi ta’ prodotti tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika. |
|
(212) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar skont it-tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut abbażi tal-kostijiet attwali fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet kif irrapportat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(213) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, instab li l-importazzjonijiet mit-Tajwan waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 60 %. |
4.4. Il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(214) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi billi applikat l-istess metodoloġija bħal dik għar-RPĊ u għat-Tajwan (ara t-taqsima 4.3.1) |
|
(215) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(216) |
Fost l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-importazzjoni mill-Malażja u mill-Iżvizzera huma sorsi importanti ta’ importazzjonijiet. L-importazzjonijiet mill-Malażja żdiedu b’45 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kif jingħad fil-premessa (5), il-Kummissjoni qed twettaq investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni dwar l-importazzjonijiet mill-Malażja. |
|
(217) |
L-importazzjonijiet mill-Iżvizzera, li kienu jikkostitwixxu wkoll sors importanti ta’ importazzjonijiet fl-investigazzjoni oriġinali, naqsu b’36 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(218) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(219) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data u l-informazzjoni li jinsabu fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata kif xieraq mal-informazzjoni fit-talba u mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi inklużi fil-kampjun, u l-istatistika tal-Eurostat. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(220) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(221) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
|
(222) |
Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (184) hawn fuq, sabiex tiġi rrispettata l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali kien meħtieġ li informazzjoni dwar il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun tiġi ppreżentata f’firxiet. Il-preżentazzjoni taċ-ċifri eżatti tippermetti lil kwalunkwe produttur tal-Unjoni jikkalkula ċ-ċifri eżatti tal-produzzjoni tal-produttur l-ieħor, u jkun hemm riskju li operaturi oħrajn tas-suq li jkollhom data dwar is-suq ikunu jistgħu jagħmlu hekk ukoll. |
4.5.2. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(223) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(224) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi produzzjoni stabbli mill-2018 sal-2020 u żieda matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami minħabba żieda fil-konsum tal-Unjoni. |
|
(225) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal bejn 18 000 u 19 000 tunnellata. |
|
(226) |
Minn dan joħroġ li r-rata tal-użu tal-kapaċità baqgħet baxxa matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’livell ta’ madwar 50 %. Il-Kummissjoni nnotat żieda b’erba’ punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, f’konformità maż-żieda osservata fil-volumi tal-produzzjoni. |
4.5.3. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(227) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(228) |
Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati żdiedu bi 19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda nħasset b’mod partikolari matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, meta l-industrija tal-Unjoni żiedet il-volumi tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni b’1 521 tunnellata jew b’20 % meta mqabbla mal-2020. |
|
(229) |
Kumplessivament, l-industrija tal-Unjoni żammet is-sehem tagħha tas-suq tal-Unjoni. Telf f’daqqa tas-sehem mis-suq fl-2019 reġa’ nkiseb fis-sena ta’ wara, u matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, l-industrija tal-Unjoni kellha sehem mis-suq ta’ 68,5 %. |
4.5.4. Tkabbir
|
(230) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 13 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’19 %. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni kibret kemm f’termini ta’ sehem mis-suq kif ukoll f’termini assoluti. |
4.5.5. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(231) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni u l-kost unitarju tal-produzzjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-Kost tal-produzzjoni
|
||||||||||||||||||||
|
(232) |
Il-prezzijiet tal-bejgħ unitarji baqgħu stabbli mill-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni u sal-2020. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, minħabba żieda fil-konsum, il-prezzijiet żdiedu b’7 % meta mqabbla mal-livell tal-2018. Madankollu, din iż-żieda fil-prezz ma tirriflettix bis-sħiħ iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, peress li dawk żdiedu bi 8 % mill-2018 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
4.5.6. Impjiegi u produttività
|
(233) |
L-impjiegi, il-produttività u l-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Impjiegi u produttività
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(234) |
L-għadd ta’ impjegati u l-produttività lavorattiva baqgħu stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet qed timpjega madwar 500 persuna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi produzzjoni għal kull impjegat ta’ madwar 18-il tunnellata. |
|
(235) |
Il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu lejn tmiem il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda b’żieda ta’ 11 % fil-kostijiet lavorattivi matul 4 snin, din iż-żieda mhijiex drammatika. |
4.5.7. Inventarji
|
(236) |
Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(237) |
L-industrija tal-Unjoni żammet il-livell tal-istokk tagħha f’madwar l-istess livell f’termini assoluti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(238) |
Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, minħabba ż-żieda fil-produzzjoni, il-livell tal-istokk miżmum fir-rigward tal-produzzjoni naqas. |
4.5.8. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(239) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(240) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kienet qrib il-livell tagħha tal-2018, iżda naqset b’mod sinifikanti fl-2019, u fl-2020 l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel livell ta’ profitt b’saħħtu ta’ 10 % - 15 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
|
(241) |
Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. L-iżvilupp tal-fluss tal-flus matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kien pożittiv, bil-fluss tal-flus iġġenerat mill-operazzjonijiet tal-industrija f’livell ta’ 76 % ogħla matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami meta mqabbel mal-2018. |
|
(242) |
Il-livell ta’ investiment tal-industrija tal-Unjoni kien qed jonqos matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kif jidher hawn fuq taħt l-użu tal-kapaċità, l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex ħtieġa immedjata tinvesti f’kapaċità ta’ produzzjoni ġdida. |
|
(243) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, u x-xejra ssegwi dik tal-profittabbiltà. |
4.5.9. Kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(244) |
L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma rrapporta diffikultajiet fil-kapaċità tiegħu li jiġġenera l-kapital. |
4.5.10. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(245) |
Kif ġie konkluż fil-premessi (148) u (180) għar-RPĊ u t-Tajwan rispettivament, hemm evidenza ċara għall-kontinwazzjoni tad-dumping miż-żewġ pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet ċirkomvenzjoni Ċiniża tal-miżuri anti-dumping permezz tat-trasbord mill-Malasja (82). |
|
(246) |
L-indikaturi ppreżentati hawn fuq, madankollu, juru li, minkejja d-dumping kontinwu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra minn prattiki ta’ dumping tal-passat. |
4.5.11. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(247) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(248) |
Il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati naqsu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’mod partikolari matul l-2020 meta faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni rkuprat kważi għal-livell tal-2018. |
|
(249) |
Il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni kienu stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fis-suq tal-esportazzjoni, peress li huwa selettiv minħabba kompetizzjoni ħarxa, l-industrija tal-Unjoni qed tiffoka aktar fuq il-livell għoli tas-suq. |
4.5.12. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(250) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u dawn għadhom qed iwaqqgħu l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’marġni wiesa’. |
|
(251) |
Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu, bħall-produzzjoni, il-bejgħ, l-impjiegi, il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv u/jew kienu f’livelli sodisfaċenti. L-indikaturi eżaminati għalhekk juru li l-miżuri anti-dumping kisbu r-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(252) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu preċedenti u ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. |
5. PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU F’KAŻ LI L-MIŻURI JITĦASSRU
|
(253) |
Peress li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u t-Tajwan jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(254) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(255) |
Kif ġie konkluż fil-premessi (142)-(143) u (172)-(173), il-kapaċitajiet ta’ riżerva fir-RPĊ u fit-Tajwan huma sinifikanti u flimkien jirrappreżentaw ħames darbiet il-konsum annwali fl-Unjoni. Barra minn hekk, kif huwa konkluż fil-premessi (144)-(147) u (174)-(175), is-suq tal-Unjoni huwa suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi u Tajwaniżi fid-dawl tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u d-daqs tiegħu. Fuq dik il-bażi, hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(256) |
Il-Kummissjoni analizzat l-effetti probabbli ta’ żieda bħal din fl-importazzjonijiet billi eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset, fir-rigward taċ-Ċina, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami mingħajr dazju anti-dumping bħala indikazzjoni raġonevoli peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi xorta kellhom sehem mis-suq ta’ 5,6 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Fuq din il-bażi, u kif huwa spjegat fil-premessa (199), il-Kummissjoni stabbiliet twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’sa 17,7 % jew 16,4 %, skont il-metodu, għar-RPĊ fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami jekk ma jkunx hemm dazju anti-dumping. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, huma probabbli livelli ta’ twaqqigħ tal-prezz fl-istess ordni. |
|
(257) |
Skont id-divulgazzjoni finali, Zhejiang Jndia u s-CCCMC affermaw li ma jkun hemm l-ebda rikorrenza ta’ dannu minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni kien biss ta’ 5,6 % filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kellha sehem mis-suq ta’ madwar 70 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Zhejiang Jndia indikat ukoll it-tnaqqis fl-importazzjonijiet Ċiniżi bejn il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali (3 238 tunnellata) u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (719-il tunnellata). |
|
(258) |
Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. Il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali (ara l-premessa (252). Madankollu, il-konklużjoni milħuqa mill-Kummissjoni fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu kienet ibbażata fuq valutazzjoni prospettiva. Għalhekk, dik il-konklużjoni ma kinitx ibbażata fuq il-volumi attwali tal-importazzjoni jew fuq l-ishma mis-suq, u kif dawn tqabblu ma’ dawk fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, iżda fuq il-kapaċitajiet żejda eżistenti fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u t-twaqqigħ tal-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kieku ma jiġix applikat dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi. |
|
(259) |
Fir-rigward tat-Tajwan, produttur esportatur wieħed biss ikkoopera, iżda peress li din il-parti kienet tirrappreżenta aktar minn 90 % tal-importazzjonijiet mit-Tajwan fil-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz tagħha fuq il-prezzijiet tal-esportazzjoni vverifikati ta’ dik il-parti. Madankollu, l-importazzjonijiet mit-Tajwan b’mod ġenerali kellhom biss sehem żgħir mis-suq ta’ 1,6 % matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami (filwaqt li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mit-Tajwan kellhom sehem mis-suq ta’ 7,8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali). Fl-ilment għall-investigazzjoni oriġinali u fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant identifika 10 produtturi esportaturi Tajwaniżi. Dan jagħmel analiżi prospettiva tat-twaqqigħ tal-prezz abbażi tad-data minn Ta Chen mhux meħtieġa, għaliex l-imġiba probabbli tal-ipprezzar tal-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi Tajwaniżi, li għebu mis-suq tal-Unjoni wara l-impożizzjoni tal-miżuri, ma kinitx tiġi riflessa, filwaqt li kienu preżenti, f’volumi kbar, qabel ma ġew imposti l-miżuri. |
|
(260) |
Barra minn hekk, id-data miksuba fil-qafas tar-rieżami ta’ skadenza wriet li l-biċċa l-kbira tal-kapaċità ta’ riżerva fost il-produtturi esportaturi Tajwaniżi hija fost dawk li huma soġġetti għad-dazju anti-dumping residwu ogħla, u matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami dawn kienu kważi kompletament assenti mis-suq tal-Unjoni. Dan juri li l-miżuri fis-seħħ huma effettivi fil-prevenzjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin, din hija indikazzjoni qawwija li jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportazzjonijiet issa protetti mid-dazju anti-dumping residwu x’aktarx li jerġgħu jibdew. |
|
(261) |
Fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-industrija tal-Unjoni b’mod ġenerali kienet f’sitwazzjoni finanzjarja soda fejn il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu wrew xejriet u/jew valuri pożittivi. Madankollu, jenħtieġ li jiġi sottolinjat li s-suq tal-Unjoni kien protett b’mod effettiv mill-preżenza ta’ volumi kbar ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping f’dak il-perjodu minħabba l-miżuri anti-dumping fis-seħħ u l-industrija tal-Unjoni setgħet tieħu vantaġġ minn dan. Fin-nuqqas tal-miżuri, madankollu, kif huwa spjegat hawn fuq, huwa probabbli li l-produtturi Ċiniżi u Tajwaniżi jżidu malajr l-ishma tas-suq tagħhom. Dawn jeżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u fl-istess ħin jiksbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mal-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-esportaturi Ċiniżi u Tajwaniżi u għalhekk is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tiddeterjora malajr u dan jirriżulta f’dannu materjali. |
|
(262) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u mit-Tajwan bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali. |
6. INTERESS TAL-UNJONI
6.1. Introduzzjoni
|
(263) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi differenti involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. |
|
(264) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(265) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
6.2. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(266) |
Kif ġie konkluż fil-premessa (241), l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex qed iġġarrab dannu materjali. Madankollu, kif ġie konkluż fil-premessa (249) l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mat-tneħħija tal-miżuri, għaliex dan x’aktarx jirriżulta f’żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Għalhekk, revoka tal-miżuri kieku tpoġġi l-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-industrija f’riskju. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
6.3. Interess tal-importaturi u tal-utenti mhux relatati
|
(267) |
L-importaturi u l-utenti magħrufa kollha mhux relatati ġew infurmati dwar il-bidu tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni ma kellhiex kooperazzjoni mill-importaturi u mill-utenti mhux relatati. |
|
(268) |
Skont id-divulgazzjoni finali, Zhejiang Jndia u s-CCCMC irreferew għas-sottomissjoni ta’ Euranimi tat-23 ta’ Awwissu 2022. Euranimi rrappreżenta għadd ta’ importaturi u Zhejiang Jndia u s-CCCMC enfasizzaw li l-importaturi b’hekk kienu esprimew il-vuċi tagħhom, għalkemm kollettivament. Zhejiang Jndia u s-CCCMC innotaw li fis-sottomissjoni msemmija, Euranimi opponiet il-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping peress li ż-żamma tar-rati anti-dumping “eċċessivi” fuq l-importazzjonijiet tal-SSTPF Ċiniż timmina l-kompetittività internazzjonali tal-industrija tal-manifattura downstream Ewropea li tuża tali prodotti. Barra minn hekk, Euranimi kienet sostniet li t-tkomplija tal-miżuri tirriżulta fi tnaqqis fl-attivitajiet tal-kumpaniji, telf ta’ impjiegi u inqas dħul għall-uffiċċji tat-taxxa nazzjonali. |
|
(269) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-affermazzjonijiet ta’ Euranimi ma kienu ssostanzjati bl-ebda evidenza. Barra minn hekk, peress li l-ebda importatur jew utent mhux relatat ma kkoopera fl-investigazzjoni billi bagħat tweġiba għall-kwestjonarju, l-affermazzjonijiet ta’ Euranimi fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ dawn il-partijiet dwar il-miżuri u l-impatt tal-miżuri fuq is-sitwazzjoni kompetittiva tagħhom ma setgħux jiġu kontroverifikati ma’ data tan-negozju rilevanti vverifikata speċifika għall-kumpaniji. Dawn l-affermazzjonijiet kienu għalhekk miċħuda. |
|
(270) |
Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti u/jew fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(271) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li juru li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx li joriġina mir-RPĊ u t-Tajwan. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(272) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping, il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan jenħtieġ li jinżammu. |
|
(273) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(5) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
|
(274) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(5) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(275) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(276) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ u t-Tajwan, u li jiġi mmanifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(277) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (83). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla fl-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(278) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ttieħdu inkunsiderazzjoni kif xieraq. |
|
(279) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (84), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(280) |
Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ta opinjoni pożittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ tagħmir iwweldjati tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet, ta’ gradi ta’ azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondi għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħrajn, b’dijametru estern massimu li ma jaqbiżx l-406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta’ 16 mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ intern ta’ mhux anqas minn 0,8 mikrometri, mhux ifformati bħala flanġijiet, imlestija jew le, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (il-kodiċijiet TARIC 7307231050, 7307231055, 7307239050, 7307239055) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Kumpanija |
Rata tad-dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
It-Tajwan |
||
|
|
|
|
|
Ta Chen Stainless Pipes Co., Ltd. |
5,1 |
C176 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
12,1 |
C999 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
||
|
Zhejiang Good Fittings Co., Ltd. |
55,3 |
C177 |
|
Zhejiang Jnda Pipeline Industry Co., Ltd. |
48,9 |
C178 |
|
Suzhou Yuli Pipeline Industry Co., Ltd. |
30,7 |
C179 |
|
Jiangsu Judd Pipeline Industry Co., Ltd. |
30,7 |
C180 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha li kkooperaw (mhux inklużi fil-kampjun): |
||
|
Alfa Laval Flow Equipment (Kunshan) Co., Ltd. |
41,9 |
C182 |
|
Kunshan Kinglai Hygienic Materials Co., Ltd. |
41,9 |
C184 |
|
Wifang Huoda Pipe Fittings Manufacture Co., Ltd. |
41,9 |
C186 |
|
Yada Piping Solutions Co., Ltd. |
41,9 |
C187 |
|
Jiangsu Huayang Metal Pipes Co., Ltd. |
41,9 |
C188 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
64,9 |
C999 |
3. Id-dazji anti-dumping ma humiex applikabbli għall-produttur esportatur Tajwaniż King Lai Hygienic Materials Co., Ltd. (Kodiċi addizzjonali TARIC C175)
4. Id-dazju anti-dumping definittiv ta’ 64,9 % applikabbli għal importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif huwa stabbilit fil-paragrafu 2, huwa estiż għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet, ta’ gradi ta’ azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondi għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħrajn, b’dijametru estern massimu li ma jaqbiżx l-406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta’ 16 mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-wiċċ intern ta’ mhux anqas minn 0,8 mikrometri, mhux ifformati bħala flanġijiet, imlestija jew le, ikklassifikat attwalment taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90, ikkonsenjat mill-Malażja, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Malażja kif ukoll jekk le (il-kodiċijiet TARIC 7307231035, 7307231040, 7307239035, 7307239040), bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Il-Malażja |
Pantech Stainless And Alloy Industries Sdn. Bhd. |
A021 |
|
Il-Malażja |
SP United Industry Sdn. Bhd. |
A022 |
5. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 u l-eżenzjonijiet mid-dazju estiż imsemmi fil-paragrafu 4 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott taħt rieżami) mibjugħ biex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
6. L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2014 sat-30 ta’ Settembru 2015 (“il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali”); |
|
(b) |
ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u |
|
(c) |
jew li effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew li daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
Artikolu 2
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 tas-26 ta’ Jannar 2017 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU L 22, 27.1.2017, p. 14).
(3) Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 168, 5.5.2021, p. 5).
(4) In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU C 40, 26.1.2022, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/894 tas-7 ta’ Ġunju 2022 li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina b’importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, ikkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 155, 8.6.2022, p. 36).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/453 tat-2 ta’ Marzu 2023 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, ikkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le(ĠU L 67, 3.3.2023, p. 19).
(7) L-Istati Uniti - Sunset Review of Anti-Dumping Duties on Corrosion-Resistant Carbon Steel Flat Products from Japan - Rapport tal-Bord (WT/DS244/R), il-paragrafu 7.271. L-Istati Uniti - Sunset Review of Anti-Dumping Duties on Corrosion-Resistant Carbon Steel Flat Products from Japan - Rapport tal-Korp tal-Appell (WT/DS244/AB/R), il-paragrafi 114 u 168, 177 u 178. L-Unjoni Ewropea - Miżuri Anti-dumping fuq Ċerti Żraben miċ-Ċina - Rapport tal-Bord (WT/DS405/R), il-paragrafi 7.333 u 7.495.
(8) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza taqsima B.1.1.2 p. 8.
(9) Ibid.
(10) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza taqsima B.1.1.13 p. 15.
(11) https://www.apec.org/publications/2011/01/the-impacts-and-benefits-of-structural-reforms-in-transport-energy-and-telecommunications-sectors
(12) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza, il-paragrafu 80 u l-Anness C – DM – 02 NM.
(13) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza, il-paragrafu 93 u l-Annessi 20.1 sa 20.4 MIFTUĦA
(14) “Kwalunkwe informazzjoni li hija ta’ xorta kunfidenzjali, (pereżempju, minħabba li r-rivelazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal xi kompetitur jew kien ikollha effett kuntrarju sinifikanti fuq persuna li tforni l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha l-persuna li tforni l-informazzjoni ikun akkwista l-informazzjoni) jew li hija mogħtija fuq bażi kunfidenzjali minn partijiet għall-investigazzjoni għandha, jekk tiġi murija raġuni tajba, tiġi ttrattata bħala tali mill-awtoritajiet. Informazzjoni bħal din m’għandhiex tkun żvelata bla permess speċifiku tal-parti li jissottomettiha.”
(15) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2574
(16) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(17) https://connect.ihsmarkit.com/gta/home
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettroliku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil (ĠU L 143, 23.5.2022, p. 11); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 tal-24 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar ikkonsenjati mit-Tajwan, mill-Indoneżja, mis-Sri Lanka u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 25.1.2022, p. 36); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 tal-15 ta’ Diċembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti torrijiet tar-riħ tal-azzar fuq skala utilitarja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 450, 16.12.2021, p. 59); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145).
(19) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/802 il-premessa 75, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 208, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 149-150.
(20) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/802 il-premessi 49-50, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessa 192, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 46, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 115-118.
(21) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/802 il-premessi 51-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/191 il-premessi 193-4, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/95 il-premessa 47, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/635 il-premessi 119-122. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-anqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(22) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 il-premessi 53-58, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessi 195-201, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessi 48-52, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 123-129.
(23) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 il-premessa 59, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 202, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessa 53, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 130-133.
(24) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 il-premessa 60, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premessa 203, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessa 54, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 134-135.
(25) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/802 il-premessi 61-62, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 il-premess 204, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/95 il-premessa 55, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2239 il-premessi 67-74, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 il-premessi 136-145.
(26) Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2017) 483 final/2, 20. 12. 2017, disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf
(27) Il-Kamra tal-Kummerċ tal-Unjoni Ewropea fiċ-Ċina, Overcapacity in China: an impediment to the Party’s reform agenda, disponibbli fuq: Overcapacity in China (europeanchamber.com.cn) (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(28) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635 tas-16 ta’ April 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi wweldjati tal-ħadid jew tal-azzar bil-karbonju li joriġinaw mill-Belarussja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mir-Russja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 19.4.2021, p. 145), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).
(29) Id-determinazzjonijiet finali fir-rigward tad-dumping u s-sussidjar ta’ Ċertu Metall tas-Siliċju li joriġina jew esportat mir-RPĊ (CBSA, Numru tal-każ tad-dumping: AD/1400), Rapport nru. 543, Investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping u kumpensatorji li japplikaw għall-estrużjonijiet tal-aluminju esportati lejn l-Awstralja mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-14 ta’ Settembru 2020.
(30) Il-Forum Globali dwar il-kapaċità żejda tal-azzar, Rapport Ministerjali, l-20 ta’ Settembru 2018.
(31) Ir-Rapport – Il-Kapitolu 14, p. 358: 51 % kumpaniji privati u 49 % SOEs f’termini ta’ produzzjoni u 44 % SOEs u 56 % kumpaniji privati f’termini ta’ kapaċità.
(32) Disponibbli fuq:
www.gov.cn/zhengce/content/2016-02/04/content_5039353.htm; https://policycn.com/policy_ticker/higher-expectations-for-large-scale-steel-enterprise/?iframe=1&secret=c8uthafuthefra4e, u
www.xinhuanet.com/english/2019-04/23/c_138001574.htm (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(33) Disponibbli fuq http://www.jjckb.cn/2019-04/23/c_137999653.htm (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(34) Kif kien il-każ fil-maġġoranza akkwiżita tal-ishma ta’ China Baowu Steel Group f’Magang Steel f’Ġunju 2019, ara https://www.ft.com/content/a7c93fae-85bc-11e9-a028-86cea8523dc2 (aċċessat fl-4 ta’ Awwissu 2022).
(35) Ara: https://www.miit.gov.cn/gzcy/yjzj/art/2020/art_af1bef04b9624997956b2bff6cdb7383.html (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(36) Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-Pjan, disponibbli fuq: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2021/art_2960538d19e34c66a5eb8d01b74cbb20.html (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(37) Ara l-14-il Pjan ta’ 5 Snin dwar l-iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar, Daħla.
(38) Ara s-sit web tal-grupp, disponibbli fuq: http://www.baowugroup.com/about/board_of_directors (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(39) Ara s-sit web tal-kumpanija, disponibbli fuq: https://www.baosteel.com/about/manager (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(40) Ara fuq: www.goodfittings.cn/newsview.asp?id=21 (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(41) Ara fuq: http://www.gghy.org/ (aċċessat fl-24 ta’ Novembru 2022).
(42) Ara fuq: http://www.gghy.org/members/shownews.php?id=11744&lang=cn
(aċċessat fl-24 ta’ Novembru 2022).
(43) Ara fuq: http://www.gghy.org/newslist/shownews.php?id=12987&lang=cn
(aċċessat fl-24 ta’ Novembru 2022).
(44) Ir-Rapport, il-Parti III, il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(45) Ara l-14-il Pjan ta’ 5 Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(46) Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-Pjan.
(47) “Katalgu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” (il-Verżjoni tal-2019), approvat bid-Digriet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 29 tas-27 ta’ Awwissu 2019; disponibbli fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fis-7 ta’ Settembru 2022).
(48) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/635, il-premessi 134-135 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508, il-premessi 143-144.
(49) Disponibbli fuq: http://www.lawinfochina.com/display.aspx?lib=law&id=7195&CGid (aċċessat fit-23 ta’ Novembru 2022).
(50) Disponibbli fuq: www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fit-23 ta’ Novembru 2022).
(51) Ara pereżempju l-Artikolu 14 tar-Regolamenti Interim dwar is-Superviżjoni u l-Ġestjoni tal-Assi tal-Intrapriżi tal-Istat, disponibbli fuq: http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=02b98fb0efda657abdfb&lib=law (aċċessat fit-23 ta’ Novembru 2022).
(52) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(53) Ara l-Artikolu LXIV, it-Taqsima 2 tal-14-il FYP.
(54) Ara t-taqsima VIII tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(55) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(56) Jekk ma jkunx hemm produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew tas-settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.
(57) https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/t/thailand/THA.pdf
(58) http://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static
(59) https://en.pwa.co.th/contents/service/table-price
(60) http://www.nso.go.th/sites/2014en/Pages/Statistical%20Themes/Population-Society/Labour/Labour-Force.aspx
(61) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza taqsima B.1.1.2 p. 8.
(62) Ibid.
(63) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza taqsima B.1.1.13 p. 15.
(64) https://www.globaltradealert.org/data_extraction.
(65) Talba għal rieżami ta’ skadenza – Annessi St -01 sa 05.
(66) https://pantech-group.com/wp-content/uploads/Pantech_AR2022.pdf
(67) Zhejiang Jndia kienet waħda mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, l-importazzjonijiet individwali tagħha (identifikati mill-kodiċi addizzjonali TARIC tagħha) huma disponibbli fil-bażi tad-data tal-14(6). Hija esportat kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.
(68) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(69) https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/t/thailand/THA.pdf
(70) https://www.ilo.org/shinyapps/bulkexplorer17/?lang=en&segment=indicator&id=HOW_TEMP_SEX_ECO_NB_A
(71) https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/t/thailand/THA.pdf
(72) www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static
(73) https://en.pwa.co.th/contents/service/table-price
(74) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza, Anness-C-DM-02CN.
(75) https://www.doingbusiness.org/content/dam/doingBusiness/country/c/china/CHN.pdf
(76) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza, it-taqsima C.4.1 pg. 41 u l-Anness Miftuħ – D-08.
(77) https://connect.ihsmarkit.com/home
(78) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza, Anness-C-DM-02CN
(79) Fl-investigazzjoni oriġinali, żewġ kumpaniji Tajwaniżi kkooperaw – Ta Chen u King Lai. Din tal-aħħar irċeviet marġni ta’ dumping individwali ta’ 0 % u għalhekk ma hijiex parti minn din l-investigazzjoni. Skont id-data dwar l-importazzjoni mill-bażi tad-data tal-14(6), li għandha data fil-livell ta’ produtturi individwali, ma kienx hemm importazzjonijiet minn King Lai fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni.
(80) L-email ta’ spjegazzjoni tal-kumpanija tat-2 ta’ Novembru 2022 u l-informazzjoni miġbura matul il-verifika fuq il-post.
(81) It-Talba għal rieżami ta’ skadenza, taqsima C.4.2.
(82) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/453 tat-2 ta’ Marzu 2023 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/141 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma’ tarf ta’ tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, ikkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le (ĠU L 67, 3.3.2023, p. 19).
(83) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.
(84) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).