|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1433 |
28.5.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1433
tal-24 ta’ Mejju 2024
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fil-perjodu 2023–2027 għas-sena finanzjarja 2023
(notifikata bid-dokument C(2024) 3351)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja inkwistjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2023, bl-iskop li l-perjodu ta’ referenza għan-nefqa tal-FAEŻR jiġi allinjat ma’ dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2022 u l-15 ta’ Ottubru 2023, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (2). |
|
(3) |
L-Artikolu 35(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew li jkunu pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 35(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti billi l-pagamenti intermedji għas-sena finanzjarja kkonċernata jitnaqqsu min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena f’konformità ma’ dak l-Artikolu 35(1). L-Artikolu 35(2), it-tielet subparagrafu, ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jmiss jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-iċċekkjar tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi li qed tipproponi. |
|
(5) |
Għall-aġenziji tal-pagamenti kollha, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement skont l-Artikoli 54 u 55 ta’ dak ir-Regolament, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata fi ħdan il-Pjan Strateġiku tal-PAK mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2023 u b’rabta mal-perjodu 2023-2027.
L-ammonti tal-FAEŻR rekuperabbli minn kull Stat Membru jew pagabbli lilhom fil-qafas tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK għall-perjodu 2023-2027 skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma tkunx saret f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, u għal deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa li ma jkollhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj).
ANNESS
Nefqa approvata tal-FAEŻR għall-2023-2027 mill-Pjan Strateġiku tal-PAK għas-sena finanzjarja 2023
Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew li għandu jitħallas lilu għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK
Pjan Strateġiku tal-PAK approvat bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR 2023-2027
|
|
|
|
|
|
|
|
|
F’Euro |
|
Stat Membru |
CCI |
Nefqa 2023 |
Korrezzjonijiet |
Total |
Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw |
Ammont aċċettat approvat għas-SF 2023 |
Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja (*1) |
Ammont li għandu jiġi rkuprat (-) mill-Istat Membru jew li għandu jitħallas lilu (+) (*2) |
|
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii - iv |
vi |
vii = v - vi |
|
AT |
2023AT06AFSP001 |
–42 184,91 |
0,00 |
–42 184,91 |
0,00 |
–42 184,91 |
0,00 |
–42 184,91 |
|
BE |
2023BE06AFSP001 |
–2 948,71 |
0,00 |
–2 948,71 |
0,00 |
–2 948,71 |
–2 948,71 |
0,00 |
|
BE |
2023BE06AFSP002 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
BG |
2023BG06AFSP001 |
–1 904 400,89 |
0,00 |
–1 904 400,89 |
0,00 |
–1 904 400,89 |
0,00 |
–1 904 400,89 |
|
CY |
2023CY06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
CZ |
2023CZ06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
DE |
2023DE06AFSP001 |
660 153,94 |
0,00 |
660 153,94 |
0,00 |
660 153,94 |
723 296,25 |
–63 142,31 |
|
DK |
2023DK06AFSP001 |
1 888 412,44 |
0,00 |
1 888 412,44 |
0,00 |
1 888 412,44 |
1 891 485,07 |
–3 072,63 |
|
EE |
2023EE06AFSP001 |
–36 657,35 |
0,00 |
–36 657,35 |
0,00 |
–36 657,35 |
–36 657,35 |
0,00 |
|
ES |
2023ES06AFSP001 |
–1 375 845,10 |
0,00 |
–1 375 845,10 |
0,00 |
–1 375 845,10 |
–1 333 269,98 |
–42 575,12 |
|
FI |
2023FI06AFSP001 |
2 428 162,36 |
0,00 |
2 428 162,36 |
0,00 |
2 428 162,36 |
2 428 162,36 |
0,00 |
|
FR |
2023FR06AFSP001 |
– 611 370,99 |
0,00 |
– 611 370,99 |
0,00 |
– 611 370,99 |
2 117,81 |
– 613 488,80 |
|
EL |
2023EL06AFSP001 |
–1 010 161,37 |
0,00 |
–1 010 161,37 |
0,00 |
–1 010 161,37 |
–1 010 161,37 |
0,00 |
|
HR |
2023HR06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
HU |
2023HU06AFSP001 |
–2 900 037,02 |
0,00 |
–2 900 037,02 |
0,00 |
–2 900 037,02 |
–2 900 037,02 |
0,00 |
|
IE |
2023IE06AFSP001 |
3 284 703,02 |
0,00 |
3 284 703,02 |
0,00 |
3 284 703,02 |
3 284 703,02 |
0,00 |
|
IT |
2023IT06AFSP001 |
–6 284 619,41 |
0,00 |
–6 284 619,41 |
0,00 |
–6 284 619,41 |
–6 338 351,61 |
53 732,20 |
|
LT |
2023LT06AFSP001 |
– 248 293,31 |
0,00 |
– 248 293,31 |
0,00 |
– 248 293,31 |
0,00 |
– 248 293,31 |
|
LU |
2023LU06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
LV |
2023LV06AFSP001 |
2 392 526,51 |
0,00 |
2 392 526,51 |
0,00 |
2 392 526,51 |
2 392 526,51 |
0,00 |
|
MT |
2023MT06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
NL |
2023NL06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
PL |
2023PL06AFSP001 |
–1 774 070,95 |
0,00 |
–1 774 070,95 |
0,00 |
–1 774 070,95 |
0,00 |
–1 774 070,95 |
|
PT |
2023PT06AFSP001 |
–2 001 435,81 |
0,00 |
–2 001 435,81 |
0,00 |
–2 001 435,81 |
–2 001 435,81 |
0,00 |
|
RO |
2023RO06AFSP001 |
–3 290 122,19 |
0,00 |
–3 290 122,19 |
0,00 |
–3 290 122,19 |
–4 742 277,31 |
1 452 155,12 |
|
SE |
2023SE06AFSP001 |
71 495,39 |
0,00 |
71 495,39 |
0,00 |
71 495,39 |
76 127,95 |
–4 632,56 |
|
SI |
2023SI06AFSP001 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
SK |
2023SK06AFSP001 |
–88 779,57 |
0,00 |
–88 779,57 |
0,00 |
–88 779,57 |
–88 779,57 |
0,00 |
(*1) Il-pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja, jinkludu l-ammonti negattivi ddikjarati fis-sena finanzjarja 2023. Dawn l-ammonti negattivi tpaċew jew se jiġu paċuti mal-pagamenti trimestrali lill-Istati Membri kkonċernati.
(*2) L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri (-) jew imħallsa lilhom (+) jinkludu l-fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw mill-Istat Membru skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1433/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)