12.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/176


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 125/2019

tat-8 ta’ Mejju 2019

li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) u l-Anness XIX (Protezzjoni tal-konsumatur) tal-Ftehim ŻEE [2019/2134]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), kif irrettifikata mill-ĠU L 246, 23.9.2015, p. 11, trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Annessi IX u XIX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 31g (ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 L 0017: id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34), kif irrettifikata mill-ĠU L 246, 23.9.2015, p. 11.”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“31j.

32014 L 0017: id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34), kif irrettifikata mill-ĠU L 246, 23.9.2015, p. 11.

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta’ dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f’dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li qed jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fid-Direttiva, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

(b)

Fil-punt (b) tal-Artikolu 5(3), il-kliem “jew, skont il-każ, mal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “mal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE)”.

(c)

Fl-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 27(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-20 ta’ Marzu 2014” għandu jaqra “d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019”.

(d)

Fl-Artikolu 14(5), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-20 ta’ Marzu 2014” għandu jsir “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019” u l-kliem “sal-21 ta’ Marzu 2019” għandu jsir “għal ħames snin minn hemm ’il quddiem”.

(e)

Fl-Artikolu 26(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

“Il-Liechtenstein huwa eżentat mill-monitoraġġ statistiku kif meħtieġ mill-paragrafu 2 tal-Artikolu 26.”

(f)

Fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 2 u fil-punt (b) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 34, il-kliem “l-ABE tista’ tieħu azzjoni” għandu jinbidel bil-kliem “l-ABE jew, jekk ikun il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ taġixxi”.

(g)

Fl-Artikolu 37, il-kliem “l-ABE tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni vinkolanti li tittieħed mill-ABE” għandu jinbidel bil-kliem “l-ABE jew, jekk ikun il-każ, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu u kwalunkwe deċiżjoni vinkolanti tal-ABE jew, jekk ikun il-każ, tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA”.

(h)

Fl-Artikolu 43, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “il-21 ta’ Marzu 2016” u “l-20 ta’ Marzu 2014” għandu jsir “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019” u l-kliem “sal-21 ta’ Marzu 2017” għandu jsir “sa sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2019 tat-8 ta’ Mejju 2019”.”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 7h (id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 L 0017: id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34), kif irrettifikata mill-ĠU L 246, 23.9.2015, p. 11.”

Artikolu 3

It-test tad-Direttiva 2014/17/UE, kif irrettifikat mill-ĠU L 246, 23.9.2015, p. 11, bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Mejju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34.

(2)  Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.