|
13.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10720 – IVANHOE CAMBRIDGE / MUBADALA / DUTCH RESIDENTIAL INVESTMENTS IV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 228/07)
1.
Fit-3 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ivanhoe Cambridge Inc. (il-Kanada, “Ivanhoe Cambridge”), ikkontrollata minn Caisse de dépôt et placement du Québec (“CDPQ”), |
|
— |
Mubadala Investment Company PJSC (l-Emirati Għarab Magħquda, “Mubadala”), |
|
— |
Dutch Residential Investments IV B.V. (in-Netherlands, “DRI IV”). |
Ivanhoe Cambridge u Mobadala jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ DRI IV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Ivanhoe Cambridge: investitur globali tal-proprjetà immobbli. Il-kumpanija prinċipali tagħha, CDPQ hija maniġer ta’ fond istituzzjonali Kanadiż, |
|
— |
Mubadala: veikolu ta’ investiment tal-Gvern ta’ Abu Dhabi, li tiġġestixxi portafoll varjat ta’ assi u investimenti fl-Emirati Għarab Magħquda u barra mill-pajjiż. Mubadala hija attiva fl-investiment f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-enerġija, l-utilitajiet, il-proprjetà immobbli, l-industriji u s-servizzi bażiċi, |
|
— |
DRI IV: akkwist ta’ unitajiet residenzjali madwar in-Netherlands bl-intenzjoni li tippossjedi, tiżviluppa, u/jew tbiegħ tali assi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10720 – IVANHOE CAMBRIDGE / MUBADALA / DUTCH RESIDENTIAL INVESTMENTS IV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).