|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2345 |
20.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2345
tad-19 ta’ Novembru 2025
li jġedded l-approvazzjoni tad-dazomet bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4), il-punt (a), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-dazomet ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (preżervattivi tal-injam). Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ġie għalhekk meqjus bħala approvat skont dak ir-Regolament soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE. Dik l-inklużjoni kellha tiskadi fil-31 ta’ Lulju 2022. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Jannar 2021, ġiet ippreżentata applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (“l-applikazzjoni”). L-applikazzjoni ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti tal-Belġju (“l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni”). |
|
(3) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2024, l-awtorità kompetenti li tevalwa ppreżentat rakkomandazzjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tad-dazomet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”). |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. Il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija fil-25 ta’ Frar 2025 (3), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti li tevalwa. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija kkonkludiet li l-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 li fihom id-dazomet jistgħu jkunu mistennija li jibqgħu jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, dment li jkun hemm konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. Għalhekk, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid stabbiliti fl-Artikolu 12(1), li jinqara flimkien mal-Artikolu 4(1), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jitqiesu li huma ssodisfati. |
|
(6) |
Għalhekk jixraq li tiġġedded l-approvazzjoni tad-dazomet għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8, soġġett għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet, inkluż kundizzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ oġġetti ttrattati bid-dazomet jew li jinkorporawh, f’konformità mal-Artikolu 58(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni għar-rekwiżiti l-ġodda li jikkonċernaw l-introduzzjoni fis-suq ta’ oġġetti ttrattati bid-dazomet jew li jinkorporawh sabiex l-operaturi ekonomiċi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-approvazzjoni tad-dazomet bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 hija mġedda, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(3) Biocidal Products Committee (BPC), Opinion on the application for renewal of the approval of the active substance: Dazomet, Product type: 8, ECHA/BPC/458/2025, adottata fil-25 ta’ Frar 2025.
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri tal-identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
Dażomet |
Tetraidro-3,5-dimetil-2H-1,3,5-tijadiażina-2-tijon Nru KE: 208-576-7 Nru CAS: 533-74-4 |
96 % piż/piż |
fil-31 ta’ Awwissu 2040. |
8 |
|
(1) Il-purità indikata f’din il-kolonna kienet il-grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva evalwata. Is-sustanza attiva fil-prodott li jsir disponibbli fis-suq tista’ tkun tal-istess purità jew ta’ purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2345/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)