KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA
ippreżentati fl‑24 ta’ Settembru 2020 ( 1 )
Kawżi Magħquda C‑434/19 u C‑435/19
Poste Italiane SpA
vs
Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincie siciliane (C‑434/19)
u
Agenzia delle entrate - Riscossione
vs
Poste Italiane SpA (C‑435/19),
bl-intervent ta’:
Poste italiane SpA - Bancoposta
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja))
“Domanda preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Impriża benefiċjarja ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) — Ġestjoni tas-servizz relatat mal-kont kurrenti postali ddedikat għall-ġbir ta’ taxxa komunali fuq l-immobbli — Drittijiet ta’ kummissjoni ddeterminati b’mod unilaterali mill-impriża benefiċjarja”
|
1. |
Fl-Italja, mill‑1992 sal‑2011, il-kontribwenti suġġetti għat-taxxa komunali fuq l-immobbli (iktar ’il quddiem, l-“ICI”) kienu jħallsu din tal-aħħar lill-konċessjonarji responsabbli għall-ġbir tagħha (iktar ’il quddiem, il-“konċessjonarji”) li, qabel Ottubru 2006, kienu entitajiet privati ( 2 ). |
|
2. |
Il-ħlas kellu jsir jew fi flus jew permezz ta’ depożitu f’kont kurrenti postali li kellhom neċessarjament jiftħu l-konċessjonarji fi kwalunkwe waħda mill-fergħat ta’ Poste Italiane SpA ( 3 ). Din l-entità kienet titlob li d-detenturi tal-kont iħallsu kummissjoni għal kull tranżazzjoni ta’ depożitu. |
|
3. |
Il-Corte Suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) tistaqsi jekk is-sistema ta’ “monopolju legali” stabbilita favur Poste Italiane għall-ġestjoni tas-servizz relatat mal-kont kurrenti postali li fih kienet tiġi ddepożitata l-ICI hijiex għajnuna mill-Istat li tikser l-Artikoli 106 u 107 TFUE. Tixtieq tkun taf ukoll jekk din is-sistema hijiex kompatibbli mal-Artikolu 102 TFUE. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
|
4. |
L-Artikolu 14 TFUE jipprovdi li: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 93, 106 u 107 ta’ dan it-Trattat, u meta tikkonsidra l-post okkupat mis-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-valuri komuni ta’ l-Unjoni kif ukoll tar-rwol tagħhom li jippromwovu l-koeżjoni soċjali u territorjali, l-Unjoni u l-Istati Membri, skond il-poteri rispettivi tagħhom u fl-ambitu ta’ l-applikazzjoni tat-Trattati, għandhom jieħdu ħsieb li dawk is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta’ prinċipji u kondizzjonijiet, b’mod partikolari ekonomiċi u finanzjarji, li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu dawn il-prinċipji u jistabbilixxu dawn il-kondizzjonijiet mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta’ l-Istati Membri skond it-Trattati, li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw dawn is-servizzi”. |
|
5. |
L-Artikolu 102 TFUE jipprovdi li: “Safejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista’ jiġi milqut, kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq intern, jew fi ħdan parti sostanzjali tiegħu, jkun inkompatibbli mas-suq intern u jkun projbit. Eżempji ta’ abbuż bħal dan huma:
|
|
6. |
L-Artikolu 106(1) u (2) TFUE jipprovdi li: “1. Dwar impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom jagħtu drittijiet speċjali jew esklusivi, l-Istati Membri ma għandhom la jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għar-regoli fit-Trattati, b’mod partikolari, għal dawk li hemm fl-Artikolu 18 u fl-Artikoli 101 sa 109 inklużi. 2. Kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b’ mod kuntrarju għall-interessi ta’ l-Unjoni.” |
|
7. |
L-Artikolu 107(1) TFUE jipprovdi li: “Ħlief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
8. |
L-Artikolu 108(3) TFUE jipprovdi li: “Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett sabiex tiġi mogħtija jew sabiex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq intern skond it-termini ta’ l-Artikolu 107, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu qabel dan. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali.” |
B. Id-dritt nazzjonali
1. Ir-Regoli applikabbli għall-kontijiet kurrenti postali
a) Il-Liġi Nru 662 tal‑1996 ( 4 )
|
9. |
Skont l-Artikolu 2 tagħha: “18. […] Mill‑1 ta’ Jannar 1997, […] Poste Italiane tista’ tistabbilixxi kummissjonijiet li għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-kontijiet postali. […] 19. Is-servizzi postali u ta’ ħlas li għalihom ma hijiex prevista b’mod espliċitu mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ sistema ta’ monopolju legali għandhom jiġu pprovduti mill-impriża Poste Italiane u mill-operaturi l-oħra b’sistema ta’ kompetizzjoni libera. […] Poste Italiane hija obbligata żżomm reġistru ta’ kontabbiltà separat, fejn issir distinzjoni bejn, b’mod partikolari, l-ispejjeż u d-dħul marbuta mal-provvista tas-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ sistema ta’ monopolju legali u dawk miksuba mis-servizzi pprovduti f’sistema ta’ kompetizzjoni libera. 20. Mill‑1 ta’ April 1997, il-prezzijiet tas-servizzi msemmija fil-punt 19 għandhom jiġu stabbiliti, anke permezz ta’ ftehim, mill-impriża Poste Italiane, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-eżiġenzi tal-klijentela u l-karatteristiċi tad-domanda, kif ukoll l-eżiġenza tal-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-volumi tat-traffiku […]”. |
b) Id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 144 tal‑2001 ( 5 )
|
10. |
F’konformità mal-Artikolu 3(1) tiegħu, “sakemm ma hemmx dispożizzjoni għall-kuntrarju f’dan id-digriet, ir-relazzjonijiet mal-klijentela u l-kont kurrenti postali huma rregolati permezz ta’ kuntratt, fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ċivili u tal-liġijiet speċjali”. |
c) Id-Deċiżjoni Nru 57/1996 tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni ta’ Poste Italiane
|
11. |
Permezz ta’ din id-deċiżjoni, ġie miftiehem li tiġi mitluba kummissjoni għal kull operazzjoni ta’ ġestjoni tal-kont kurrenti postali tal-konċessjonarji tas-servizz ta’ ġbir tat-taxxa. L-ammont tagħha ġie ffissat għal EUR 0.05 bejn l‑1 ta’ April 1997 u l‑31 ta’ Mejju 2001 u għal EUR 0.23 bejn l‑1 ta’ Ġunju 2001 u l‑31 ta’ Diċembru 2003. |
2. Regoli applikabbli għat-taxxi tal-entitajiet territorjali
a) Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 504 tal‑1992 ( 6 )
|
12. |
Skont l-Artikolu 10(3): “It-taxxa dovuta abbażi tat-taqsima 2 għandha titħallas permezz ta’ depożitu dirett lill-konċessjonarju responsabbli mill-ġbir tagħha fit-territorju tal-muniċipju msemmi fl-Artikolu 4 jiġifieri permezz ta’ depożitu f’kont kurrenti postali f’isem l-imsemmi konċessjonarju […]. Il-kummissjoni dovuta lill-konċessjonarju għandha titħallas mill-muniċipju li jimponiha u hija stabbilita għal 1 % tas-somom riċevuti, b’minimu ta’ [EUR 1.75] u massimu ta’ [EUR 50] għal kull ħlas effettwat mill-kontribwent”. |
b) Id-Digriet tal-Ministru tal-Finanzi Nru 567 tal‑1993 ( 7 )
|
13. |
L-Artikoli 5 sa 7 jippermettu lid-detenturi ta’ kont fiskali jiddepożitaw l-ammonti relatati mat-taxxa fuq id-dħul personali, it-taxxa tal-persuni ġuridiċi —anki bħala sostituti—, it-taxxa lokali fuq id-dħul, it-taxxi li jissostitwixxu lil dawk imsemmija u l-VAT għand il-kaxxieri tal-konċessjonarju jew f’istituzzjoni tal-kreditu, permezz ta’ mandat irrevokabbli ta’ ħlas lill-konċessjonarju. |
c) Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal‑1997 ( 8 )
|
14. |
L-Artikolu 59(1), jirriżerva għall-muniċipji l-adozzjoni tar-regolament dwar il-ġbir tal-kontribuzzjonijiet lokali sabiex jiġu armonizzati l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-ħlas, filwaqt li jiġi previst, flimkien mal-ħlas lill-konċessjonarju, il-ħlas fil-kont kurrenti postali miftuħ f’isem l-Amministrazzjoni fiskali tal-muniċipju, il-ħlas dirett f’dan il-kont u l-ħlas permezz tas-sistema bankarja. |
d) Liġi Nru 70 tal‑2011 ( 9 )
|
15. |
Skont l-Artikolu 7(2)(gg-f) tagħha: ( 10 ) “Fil-każ li l-ġbir tad-depożiti jiġi fdat lil [konċessjonarji], dan għandu jsir permezz tal-ftuħ ta’ kont kurrenti tad-dħul, postali jew bankarju wieħed jew ħafna, f’isem il-konċessjonarju u li jikkonċernaw il-ġbir tad-depożiti tal-awtorità kontraenti, fejn għandhom jiġu ddepożitati s-somom miġbura kollha”. |
II. Il-fatti (skont id-digriet tar-rinviju), it-tilwim u d-domandi preliminari
|
16. |
L-attivitajiet ta’ Poste Italiane ġew iddefiniti matul l-iżvilupp tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tagħha. B’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet tirriservalha l-provvista ta’ ċerti servizzi, bl-obbligu li żżomm kontabbiltà separata. |
|
17. |
L-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992, bħala modalitajiet għad-depożitu tal-ICI, introduċa kemm id-“depożitu dirett lill-konċessjonarju responsabbli mill-ġbir tagħha fit-territorju tal-muniċipju [tal-immobbli intaxxat]”, kif ukoll il-ħlas “f’kont kurrenti postali f’isem l-imsemmi konċessjonarju”. Il-konċessjonarju għaldaqstant kien obbligat jiftaħ kont kurrenti postali sabiex jissodisfa l-l-obbligu miftiehem mal-entità territorjali li tiġbor it-taxxa. |
|
18. |
Sal‑2011, għall-qorti tar-rinviju, dan l-obbligu ma kienx affettwat mir-riformi ulterjuri li estendew il-modalitajiet ta’ ħlas ta’ taxxi lokali (mandat irrevokabbli lill-banek, ħlas għand il-kaxxiera tal-muniċipju jew ħlas fil-kontijiet f’isem it-teżorier muniċipali). Kien biss f’dik is-sena li l-konċessjonarju tal-ġbir tat-taxxi lokali ngħata s-setgħa li jiftaħ, sempliċiment, kont kurrenti bankarju wieħed minflok kont postali. |
|
19. |
Il-kriterji sabiex jiġu stabbiliti t-tariffi tas-servizzi postali u ta’ ħlas varjaw ukoll matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-Amministrazione delle Poste ( 11 ). B’mod partikolari:
|
|
20. |
It-tilwim li rriżulta minn dawn it-talbiet għal deċiżjoni preliminari huma bejn Poste Italiane u żewġ konċessjonarji ( 12 ), li din l-entità qegħda titlobhom il-ħlas tal-kummissjonijiet għal kull depożitu tal-ICI fil-kontijiet kurrenti postali tagħhom mill‑1997 sal‑2011:
|
|
21. |
Adita b’dawn l-appelli, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni), għamlet żewġ domandi preliminari identiċi, ta’ dan it-tip.
|
III. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
22. |
Id-domandi preliminari ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil‑5 ta’ Ġunju 2019. |
|
23. |
Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn Poste Italiane, l-Agenzia u l-Kummissjoni, li ppreżentaw risposti bil-miktub għad-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja, ifformulati sabiex jissostitwixxu s-seduta pubblika ffissata għat‑22 ta’ April 2020 u li tħassret iktar tard. |
IV. Analiżi
A. Osservazzjonijiet preliminari
|
24. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiddeċiedi dwar talba għal deċiżjoni preliminari, għandha timxi mal-fatti u l-ispjegazzjoni tad-dritt intern ipprovduti mill-qorti tar-rinviju ( 13 ). |
|
25. |
F’dan il-każ, din l-ispjegazzjoni tenfasizza dak li l-qorti tar-rinviju ssejjaħ bħala “monopolju legali” ta’ Poste Italiane fil-provvista tas-servizz ta’ kont kurrenti għall-ġbir tal-ICI. Dan il-monopolju madankollu ma jipprekludix lill-kontribwenti milli jħallsu t-taxxa direttament lill-konċessjonarji mingħajr l-intermedjazzjoni ta’ Poste Italiane, bħalma huwa rrikonoxxut fid-digrieti tar-rinviju. |
|
26. |
Poste Italiane, kemm fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha (punti 12 sa 15) kif ukoll fir-risposta għal domanda speċifika tal-Qorti tal-Ġustizzja, issostni li, barra minn hekk, kien hemm forom alternattivi oħra ta’ ħlas tal-ICI li ma humiex imsemmijin fid-digrieti tar-rinviju. |
|
27. |
B’mod partikolari, tafferma li dan il-ħlas seta’ jsir permezz ta’ “entitajiet ta’ kreditu [differenti minn Poste Italiane] miftiehma mal-konċessjonarju” ( 14 ) u, sa mill-adozzjoni tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446/1997, direttament lill-Amministrazzjoni territorjali li tiġbor l-ICI jew lil kwalunkwe waħda mill-entitajiet finanzjarji maħtura minnha ( 15 ). |
|
28. |
Hija l-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) li għandha tiddeċiedi dwar dawn il-punti, li l-d-deċiżjoni tagħha tista’ ddgħajjef, b’ċertu mod, il-premessa li fuqha huwa bbażat ir-rinviju preliminari. |
B. L-ewwel domanda preliminari
|
29. |
Permezz tal-ewwel waħda mid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk ir-riżerva tal-attività favur Poste Italiane għall-ġestjoni tas-servizz ta’ kont kurrenti postali fil-ġbir tal-ICI tirrispondix għall-karatteristiċi ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
1. Il-pożizzjonijiet tal-partijiet
|
30. |
Poste Italiane ssostni li l-ewwel domanda hija inammissibbli, kemm minħabba li tagħmel riferiment għall-Artikolu 14 TFUE kif ukoll minħabba li hija r-responsabbiltà tal-qorti nazzjonali li tapplika direttament l-Artikolu 106(2) TFUE. |
|
31. |
Min-naħa l-oħra, hija targumenta li s-sistema legali ta’ Poste Italiane ma tagħtihiex dritt esklużiv fuq is-servizz tal-ġbir tal-ICI peress li l-konċessjonarji jistgħu jużaw ukoll mezzi oħra. Hija tikkonferma li, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet sabiex il-ġestjoni tal-kontijiet kurrenti postali tiġi kklassifikata bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ma humiex issodisfatti. |
|
32. |
L-Agenzia tallega li r-relazzjoni bejn il-konċessjonarji u Poste Italiane hija ta’ natura monopolistika. Tal-ewwel huma obbligati b’mod inevitabbli li jiftħu kont kurrenti postali f’din l-entità, li tista’ timmodifika l-kundizzjonijiet kuntrattwali b’mod unilaterali. |
|
33. |
Skont l-Agenzia, is-servizz ta’ kont postali li Poste Italiane tipprovdi f’dawn it-termini, iffinanzjat b’kummissjoni obbligatorja, ma jistax jiġi pprovdut minn entitajiet oħra —nazzjonali jew Ewropej—, u dan jagħti vantaġġ lil impriża waħda. Barra minn hekk, l-iffissar tal-kummissjonijiet ma sarx b’mod oġġettiv u trasparenti, u l-konċessjonarji ma jistgħux jinnegozjaw kundizzjonijiet iktar favorevoli. |
|
34. |
Għall-Kummissjoni, ma jidhirx li Poste Italiane hija obbligata b’att (fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja) biex tipprovdi servizzi bħala obbligu ta’ servizz pubbliku. |
2. Ammissibbiltà
|
35. |
Fl-opinjoni tiegħi, ir-riferiment fid-digriet tar-rinviju għall-Artikolu 14 TFUE ma jfissirx li l-ewwel domanda hija inammissibbli. Mingħajr preġudizzju għall-fatt li, bħalma tallega Poste Italiane, ma huwiex faċli li jiġi evalwat x’tip ta’ dubju interpretattiv tqajjem id-dispożizzjoni, f’dan il-każ, il-verità hija li l-ewwel domanda tikkonċerna, sostanzjalment, l-Artikolu 106 TFUE: iċ-ċitazzjoni tal-Artikolu 14 TFUE hija inkluża peress li t-tnejn li huma jagħmlu allużjoni għas-“servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali”. |
|
36. |
L-Artikolu 14 TFUE jindirizza s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali billi jistabbilixxi li l-Unjoni u l-Istati għandhom jieħdu ħsieb li “dawk is-servizzi joperaw fuq il-bażi ta’ prinċipji u kondizzjonijiet […] li jippermettulhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom”. L-Artikolu 106(2) TFUE jistabbilixxi li l-issuġġettar ta’ dawn is-servizzi għar-regoli tat-Trattati — b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni — ma għandux jimpedixxi lill-impriżi responsabbli għall-ġestjoni tagħhom “[milli jwettqu] […] l-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża”. |
|
37. |
Iż-żewġ dispożizzjonijiet għaldaqstant għandhom l-istess tifsira: il-garanzija li s-servizzi ekonomiċi ta’ interess ġenerali jiġu suġġetti għat-Trattati, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm preġudizzju għall-funzjonijiet speċifiċi tagħhom. |
|
38. |
Bħalma ssostni Poste Italiane, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivvaluta l-kompatibbiltà mal-Artikolu 106 TFUE tal-prattiki tal-impriżi responsabbli għall-ġestjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Huma l-qrati nazzjonali li għandhom “jivverifikaw jekk tali prattiki, fil-każ li jkunu kuntrarji għal din id-dispożizzjoni, jistgħux ikunu ġġustifikati minn neċessitajiet li jirriżultaw mill-funzjoni speċifika li tkun ġiet fdata lill-impriżi” ( 16 ). |
|
39. |
Madankollu, fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE, il-qorti nazzjonali hija ħielsa li titlob il-kollaborazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk tqis li dan ikun xieraq, sabiex tissottometti d-dubji tagħha dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 106 TFUE ( 17 ). Dawn id-dubji jistgħu leġittimament jikkonċernaw il-kwalifika ta’ attività bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
40. |
Il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) finalment tagħmel domanda dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li fil-prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja hija obbligata li tirrispondi ( 18 ). Tista’ tevita li tagħti din ir-risposta biss jekk ikun evidenti li l-interpretazzjoni mitluba ma hijiex relatata mat-tilwima prinċipali, tkun ta’ natura ipotetika jew ma jkollhiex l-elementi ta’ fatt jew ta’ liġi essenzjali sabiex tirrispondiha ( 19 ). L-ebda minn dan ma jseħħ fir-rigward ta’ din l-ewwel domanda. |
3. Fuq il-mertu
|
41. |
Skont kif għadni kif fakkart, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk Poste Italiane kinitx fil-fatt, fdata bit-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar. |
|
42. |
Mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni finali ta’ din il-qorti, naqbel ma’ Poste Italiane u mal-Kummissjoni li, mill-analiżi tas-sistema legali inkwistjoni, ma jinftehimx li s-servizzi finanzjarji pprovduti minn Poste Italiane lill-konċessjonarji tal-ġbir tal-ICI jistgħu jiġu kklassifikati bħala ta’ “interess ekonomiku ġenerali”. |
|
43. |
Is-setgħa mogħtija lill-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali ma hijiex illimitata, iżda hija suġġetta għal sensiela ta’ kundizzjonijiet. Fosthom, l-ewwel nett, hemm il-fatt li l-impriża inkwistjoni tkun effettivament responsabbli għat-twettiq ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku u li tali obbligi huma ddefiniti b’mod ċar fid-dritt nazzjonali ( 20 ). |
|
44. |
Din il-kundizzjoni ssegwi “għan ta’ trasparenza u ta’ ċertezza legali li jeżiġi li jkunu ssodisfatti kriterji minimi li jirrigwardaw l-eżistenza ta’ att jew ta’ diversi atti ta’ awtorità pubblika li jiddefinixxu b’mod suffiċjentement preċiż minn tal-inqas in-natura, it-tul u l-portata tal-obbligi ta’ servizz pubbliku li għandhom jitwettqu mill-impriżi inkarigati mit-twettiq ta’ dawn l-obbligi” ( 21 ). B’mod li, “fl-assenza ta’ definizzjoni ċara ta’ tali kriterji oġġettivi, ma jkunx possibbli li jiġi mistħarreġ jekk attività partikolari tistax taqa’ taħt il-kunċett ta’ SIEĠ” ( 22 ). |
|
45. |
Fir-rigward tal-attività bankarja tagħha, ma jidhirx li Poste Italiane hija formalment obbligata tipprovdi ċerti servizzi bħala obbligu ta’ servizz pubbliku, f’termini li jistabbilixxu n-natura tagħhom u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom bi preċiżjoni suffiċjenti, li ma jikkonformawx mal-għan ta’ trasparenza u ta’ ċertezza legali msemmi iktar ’il fuq. Dan il-fattur waħdu huwa biżżejjed sabiex jiġi deċiż li dan ma huwiex servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
46. |
Huwa ċar li Poste Italiane, bħala l-offerenti rebbieħa tas-servizz postali universali fl-Italja, f’dan il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku twettaq servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, li dwaru ma hemm l-ebda kontestazzjoni. Madankollu, bħalma diġà ddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, fost is-servizzi postali previsti fid-Direttiva 97/67/KE ( 23 ) ma humiex inklużi s-servizzi finanzjarji pprovduti mill-impriżi postali, “u lanqas dawk ipprovduti b’mod addizzjonali mill-fornituri tas-servizzi postali” ( 24 ). |
|
47. |
Essenzjalment, is-servizzi finanzjarji li Poste Italiane tipprovdi lill-klijenti tagħha, filwaqt li tieħu vantaġġ minn dak li l-qorti tar-rinviju ssejjaħ kapillarizzazzjoni tan-network tal-fergħat tagħha fit-territorju Taljan, ma jidhrux li huma kkonfigurati bħala servizz ta’ interess ġenerali, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 25 ). Fost dawn is-servizzi hemm il-provvista lil partijiet terzi (fosthom, il-konċessjonarji tal-ġbir tal-ICI) tal-possibbiltà li jiftħu u jimmaniġġjaw kontijiet kurrenti, postali jew kontijiet ta’ tip ieħor. |
C. It-tieni domanda preliminari
|
48. |
Il-Corte di Cassazione (il-Qorti tal-Kassazzjoni) tagħmel it-tieni domanda tagħha fil-każ li jitqies li “l-monopolju legali [ta’ Poste Italiane] jissodisfa l-karatteristiċi tas-servizz ta’ [interess ekonomiku] ġenerali”. |
|
49. |
F’konformità mal-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-ewwel domanda, kemm Poste Italiane kif ukoll il-Kummissjoni jargumentaw li ma hemmx bżonn li tingħata risposta għat-tieni waħda: jekk ma huwiex possibbli li tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, ma huwiex neċessarju li tingħata risposta għad-domanda li tippreżupponi din l-eżistenza. |
|
50. |
Madankollu, il-Kummissjoni sussidjarjament teżamina jekk l-imsejħa “kundizzjonijiet Altmark” humiex applikabbli għal din il-kawża ( 26 ). Hija tikkunsidra li, jekk dan ma jkunx il-każ, il-kummissjonijiet inkwistjoni jkollhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna mill-Istat li ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 107 TFUE. |
|
51. |
Fil-fehma tiegħi, fid-dawl tas-soluzzjoni li nissuġġerixxi għall-ewwel domanda, ma hemm l-ebda bżonn li tiġi analizzata t-tieni waħda, li l-preżuppożizzjoni tagħha hija ġustament dik li ġiet irrifjutata fiha. |
|
52. |
Fi kwalunkwe każ, b’mod sussidjarju, bħall-Kummissjoni ser ngħaddi sabiex neżamina t-tieni domanda. Nemmen li huwa xieraq li jiġi enfasizzat li dak li l-qorti tar-rinviju tenfasizza f’din id-domanda hija s-setgħa mogħtija lil Poste Italiane sabiex tistabbilixxi b’mod unilaterali l-ammont tal-kummissjoni mogħtija lill-konċessjonarju. Dan il-fattur, fil-mod kif inhuwa fformulat, huwa determinanti sabiex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tar-regoli inkwistjoni mal-Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE. |
|
53. |
Sabiex miżura Statali jkun jixirqilha l-klassifikazzjoni bħala “għajnuna” fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, għandhom jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha li ser nanalizza iktar ’il quddiem ( 27 ). |
1. Intervent statali jew permezz ta’ fondi statali
|
54. |
Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992 impona fuq il-konċessjonarji l-obbligu li jiftħu kontijiet kurrenti postali għall-ġbir tal-ICI li kienu jħallsu l-kontribwenti. Poste Italiane kellha d-dritt korrispondenti (mogħti lilha bil-Liġi Nru 662/1996) li tirċievi kummissjoni għall-ġestjoni ta’ dawn il-kontijiet, li l-ammont tagħhom kien stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 57/1996. |
|
55. |
Il-kummissjonijiet tal-ġbir imħallsa mill-konċessjonarji lil Poste Italiane, fil-prinċipju jkunu jistgħu jissodisfaw l-ewwel rekwiżit Altmark, jekk il-fondi li jikkonsistu fihom ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala “statali” (jiġifieri, ta’ oriġini pubblika). |
|
56. |
Mill-informazzjoni li tinsab fid-digrieti ma huwiex ċar madankollu min finalment iġorr il-piż u effettivament il-ħlas ta’ dawn il-kummissjonijiet. Kemm Poste Italiane kif ukoll l-Agenzia rrispondew għad-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja billi ddikjaraw li dan il-ħlas, fil-prinċipju, huwa r-responsabbiltà tal-konċessjonarji. |
|
57. |
Hemm indikazzjonijiet, madankollu, sabiex jiġi preżunt li għal dan il-ħlas, il-konċessjonarji jistgħu japplikaw parti mill-kwantitajiet imħallsa lilhom mill-entitajiet lokali għall-ġbir tal-ICI ( 28 ). Il-muniċipju li jafdalhom il-funzjoni tal-ġbir tat-taxxa għandu, loġikament, jikkumpensa għal dan il-kompitu. Jekk l-impriżi konċessjonarji jikkumpensaw parti minn dan il-kumpens, li huwa bla dubju pubbliku, għall-ħlas tal-kummissjoni lil Poste Italiane, x’aktarx li nkunu qegħdin nittrattaw fondi statali. |
|
58. |
Dan ikun il-każ ukoll jekk il-muniċipji li jimponu t-taxxa jħallsu l-kummissjoni dovuta lil Poste Italiane; jekk il-konċessjonarji kienu, fihom infushom, impriżi pubbliċi (bħalma tinsisti li tindika l-Kummissjoni fir-risposta tagħha għad-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja); jew, finalment, jekk Poste Italiane għandha timmaniġġja l-kummissjonijiet miġbura fil-kundizzjonijiet preskritti mis-setgħa pubblika. |
|
59. |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiċċara dawn il-punti u, konsegwentement, tivverifika jekk l-ewwel kundizzjoni Altmark hijiex issodisfatta. |
2. Impatt possibbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni
|
60. |
Sa fejn bil-provvista tas-servizz ta’ kont kurrenti postali, Poste Italiane topera f’settur miftuħ għall-kompetizzjoni (dak bankarju), il-qorti tar-rinviju hija responsabbli wkoll sabiex tiddetermina jekk il-ġbir tal-kummissjonijiet kontenzjużi setax jaffettwa l-iskambji ma’ Stati Membri oħra u joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni ( 29 ) |
|
61. |
Suġġett għall-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq ( 30 ), jekk jiġi kkorroborat li mill‑1997, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-ħlas tat-taxxi lokali permezz ta’ kont kurrenti bankarju minflok kont postali, ma kinitx tapplika għall-ġbir tal-ICI, il-qorti tar-rinviju għandha tanalizza l-inċidenza ta’ din l-esklużjoni fuq l-attività ta’ stabbilimenti bankarji oħra. B’dan il-mod biss tista’ ssir evalwazzjoni ta’ jekk il-miżura inkwistjoni tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-settur tal-ġestjoni ta’ dawn it-taxxi. |
|
62. |
Il-qorti tar-rinviju għanda tevalwa wkoll jekk il-vantaġġi rrappreżentati mill-espansjoni tan-network territorjali ta’ Poste Italiane kinux jikkostitwixxu raġuni suffiċjenti sabiex tiġi attribwita, b’mod dirett u esklużiv, għall-ġestjoni tal-kontijiet postali tal-konċessjonarji li kienu jiġbru l-ICI. Ma huwiex eskluż, a priori li setgħet tiġi organizzata proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ operaturi ta’ Stati Membri oħra ( 31 ). |
3. Attribuzzjoni ta’ vantaġġ
|
63. |
Il-kontribuzzjoni ta’ riżorsi pubbliċi għandha tinftiehem bħala vantaġġ ekonomiku li f’kundizzjonijiet normali tas-suq l-impriża benefiċjarja ma kinitx tikseb ( 32 ). |
|
64. |
L-għajnuna mill-istat imsemmija fl-Artikolu 107 TFUE hija għaldaqstant, l-għajnuna vantaġġjuża, u mhux dik strettament kumpensatorja. Sabiex din ma tikkostitwixxix “għajnuna mill-Istat”, fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, għandha tkun għajnuna kumpensatorja għall-issodisfar tal-obbligi tas-servizz pubbliku ( 33 ). |
|
65. |
F’dan il-każ biss jinftiehem li l-impriża benefiċjarja, “fir-realtà ma [tieħux] vantaġġ finanzjarju u li l-imsemmi intervent m’għandux għalhekk l-effett li jpoġġi [jpoġġiha] f’pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli minn dik ta’ impriżi kompetituri [tagħha]” ( 34 ). |
|
66. |
Għal dan l-għan, għandhom jiġu ssodisfatti erba’ kundizzjonijiet speċifiċi li huma wkoll imniżżla fis-sentenza Altmark ( 35 ). Din is-sentenza tikkunsidra għaldaqstant, żewġ gruppi ta’ kundizzjonijiet:
|
|
67. |
Il-fatt li huma, fiż-żewġ każijiet, erba’ kundizzjonijiet jista’ jwassal għal konfużjoni meta wieħed sempliċement isemmi l-“kundizzjonijiet Altmark”. Sabiex tiġi evitata konfużjoni, iktar ’il quddiem ser nagħmel riferiment għall-“kundizzjonijiet ġenerali Altmark” u għall-“kundizzjonijiet speċifiċi Altmark” rispettivament. |
|
68. |
Il-kundizzjonijiet speċifiċi Altmark huma dawn li ġejjin:
|
|
69. |
L-eżami tal-klassifikazzjoni ta’ għajnuna bħala waħda “mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE għandu jsir qabel il-verifika ta’ jekk din l-għajnuna hijiex neċessarja għat-twettiq ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u għaldaqstant isseħħ l-eċċezzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE. |
|
70. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li l-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet speċifiċi Altmark —jiġifieri, l-eżistenza ta’ mandat effettiv u ċar għat-twettiq ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku— “[t]applika wkoll fil-każ fejn tkun ġiet invokata d-deroga prevista fl-Artikolu 106(2) TFUE” ( 41 ). |
|
71. |
Huwa għaldaqstant f’dan l-istadju fejn jikkonverġu l-ewwel żewġ domandi tal-qorti tar-rinviju. |
|
72. |
Abbażi ta’ dawn il-premessi, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kummissjoni li tirċievi Poste Italiane tikkostitwixxix għajnuna vantaġġjuża (jiġifieri, jekk hijiex issodisfatta t-tielet kundizzjoni ġenerali Altmark), għandha tiġi analizzata n-natura kumpensatorja eventwali tagħha. |
|
73. |
B’mod partikolari, peress li fid-digriet tar-rinviju huwa invokat l-Artikolu 106(2) TFUE, għandu jiġi vverifikat jekk l-awtoritajiet nazzjonali kinux jobbligaw lil Poste Italiane tipprovdi servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
74. |
Dwar dan il-punt diġà esprimejt l-opinjoni tiegħi fin-negattiv. Fi kwalunkwe każ, l-obbligu assunt minn Poste Italiane, sa fejn hija kkonċernata l-attività bankarja tagħha, ma marx lil hinn mill-ftuħ u mill-ġestjoni ta’ kontijiet kurrenti postali f’isem il-konċessjonarji. B’mod partikolari ma hemm l-ebda evidenza li dawn il-kontijiet kienu suġġetti għal klawżoli partikolari b’rabta ma’ dawk tal-klijenti l-oħrajn ta’ Poste Italiane. Dan ġie kkonfermat fir-risposta għad-domanda tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan l-aspett. |
|
75. |
B’hekk, bl-esklużjoni tal-preżenza ta’ servizz reali ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-kummissjonijiet kontenzjużi ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala għajnuna kumpensatorja għall-ħlas inerenti għall-provvista tas-servizz. |
|
76. |
F’każ ieħor, ikun neċessarju li jiġi vverifikat jekk it-tliet kundizzjonijiet speċifiċi Altmark l-oħra humiex issodisfatti; punt li l-Qorti tal-Ġustizzja diffiċli tkun tista’ tiddeċiedi dwaru (apparti milli tfakkar l-elementi ġenerali ta’ kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet) kemm minħabba li l-eżami tal-fatti tat-tilwima huwa tal-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qorti tar-rinviju, kif ukoll minħabba li d-dokumentazzjoni disponibbli f’dawn il-każijiet ma tippermettix li tinkiseb l-informazzjoni rilevanti għal dan l-għan. |
|
77. |
Bħalma diġà indikajt, iċ-ċirkustanza li l-qorti tar-rinviju tidher li tagħti prominenza iktar lilha (l-iffissar b’mod unilaterali, minn Poste Italiane, tal-kundizzjonijiet ta’ kumpens tal-kont kurrenti postali) ma tibdilx, minnha nnifisha, dak li ntqal iktar ’il fuq. |
|
78. |
Fid-digriet tar-rinviju ma hemmx informazzjoni sabiex ikun magħruf jekk il-kummissjonijiet effettivament miftiehma fid-Deċiżjoni Nru 57/1996 humiex riflessjoni xierqa tal-ispejjeż tal-ġestjoni meħtieġa għall-provvista tas-servizz ta’ kont kurrenti postali. |
|
79. |
Skont ir-risposti għad-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-kummissjonijiet huma l-istess kummissjonijiet li Poste Italiane kienet tapplika, mingħajr ebda distinzjoni, għall-bqija tal-klijenti tagħha f’sistema ta’ reklamar u ta’ trasparenza tas-servizz ta’ kont kurrenti ( 42 ). Jekk dan kien il-każ, x’aktarx li ma jiddevjawx b’mod sinjifikattiv minn dawk miġbura minn Poste Italiane jew minn stabbilimenti bankarji oħra minħabba dħul tat-taxxa ieħor. Barra minn hekk, ma huwiex stabbilit li din is-sistema kellha kundizzjonijiet kuntrattwali indebitament onerużi għall-klijenti. |
|
80. |
Fi kwalunkwe każ, ninsisti, dawn il-fatturi għandhom jiġu evalwati mill-qorti tar-rinviju, li minħabba l-prossimità tagħha għall-fatti tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tivvalutahom bil-varjazzjonijiet kollha tagħhom. |
D. It-tielet domanda preliminari
|
81. |
It-tielet domanda tfittex li tiddetermina, essenzjalment, jekk is-sistema legali ta’ Poste Italiane tagħthiex pożizzjoni dominanti li l-użu abbużiv tagħha jikser l-Artikolu 102 TFUE. |
1. Il-pożizzjonijiet tal-partijiet
|
82. |
Għal Poste Italiane, it-tielet domanda ma hijiex ammissibbli peress li l-qorti tar-rinviju ma tispjegax għaliex il-leġiżlazzjoni applikata hija inkompatibbli mal-Artikolu 102 TFUE. Barra li hija inammissibbli, id-domanda ma hijiex korretta meta tiddikjara li Poste Italiane hija detentur ta’ dritt esklużiv jew speċjali fis-sens tal-Artikolu 106(1) TFUE u lanqas ma jista’ jiġi konkluż b’liema mod tista’ tiġi mġiegħla tabbuża mill-pożizzjoni dominanti tagħha. |
|
83. |
Poste Italiane tenniet ħafna drabi li l-konċessjonarji jistgħu jużaw entitajiet ta’ kreditu oħra għall-provvista tas-servizzi ta’ ħlas tal-ICI ( 43 ). |
|
84. |
Skont l-Agenzia, Poste Italiane tgawdi minn pożizzjoni dominanti fit-taqsima tas-suq irrappreżentata mis-servizz ta’ ħlas tal-ICI u abbużat minn din il-pożizzjoni billi talbet il-kummissjonijiet, li l-ammont tagħhom kien ġie miftiehem b’mod unilaterali u mingħajr bażi oġġettiva. |
|
85. |
Il-Kummissjoni tqis li s-suq (tal-prodott) rilevanti huwa dak tal-provvista, bi ħlas, tas-servizzi ta’ ġestjoni tal-kontijiet użati mill-konċessjonarji għall-ġbir tal-ICI. Id-daqs tiegħu huwa limitat peress li l-kontribwenti jistgħu jagħżlu li jħallsu direttament lill-konċessjonarju. |
|
86. |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tanalizza s-suq ikkonċernat u tiddetermina jekk Poste Italiane kellhiex pożizzjoni dominanti fih. Din l-analiżi tinvolvi d-determinazzjoni ta’ jekk stabbilimenti bankarji oħra setgħux jipprovdu l-istess servizz bħal dak ta’ Poste Italiane. |
|
87. |
Il-Kummissjoni tinnota li l-kapaċità li tiġi stabbilita l-kummissjoni kontenzjuża b’mod unilaterali tista’ toħloq ir-riskju li Poste Italiane tuża b’mod abbużiv il-pożizzjoni dominanti (allegata) tagħha. Madankollu, peress li l-kontribwenti jistgħu jkunu jippreferu jħallsu l-ICI direttament lill-konċessjonarji, dawn tal-aħħar kienu f’pożizzjoni li jwettqu politiki ta’ inċentivi sabiex jagħmlu din it-tieni għażla iktar attraenti. Dan setgħu jagħmluh, b’mod partikolari, b’reazzjoni għal politika ta’ Poste Italiane li stabbilixxiet kummissjonijiet eċċessivi għall-użu tal-kont kurrenti postali. |
|
88. |
Fil-fehma tal-Kummissjoni, għaldaqstant ma jidhirx li huwa stabbilit li l-forzi tas-suq ma kinux suffiċjenti sabiex joffru s-servizzi kontenzjużi bl-istess effikaċja ta’ Poste Italiane. |
2. Ammissibbiltà
|
89. |
Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk ingħatawx drittijiet esklużivi jew speċjali lil impriża, il-qorti tar-rinviju għandha tindika f’liema suq u b’liema mod din l-impriża għandha pożizzjoni dominanti ( 44 ). |
|
90. |
B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja insistiet li, għall-għanijiet tal-Artikolu 102 TFUE, “is-suq tal-prodott jew tas-servizz inkwistjoni jinkludi l-prodotti jew is-servizzi li huma sostitwibbli jew li suffiċjentement interkambjabbli ma’ dan tal-aħħar, mhux biss abbażi tal-karatteristiċi oġġettivi tagħhom, li minħabba l-kwalitajiet tagħhom huma partikolarment adegwati sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet kostanti tal-konsumaturi, iżda wkoll abbażi tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-istruttura tat-talba u tal-offerta fis-suq inkwistjoni” ( 45 ). |
|
91. |
Għaldaqstant, id-digrieti tar-rinviju, f’din id-domanda jippreżentaw nuqqasijiet li jipprevjenu lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tagħti risposta utli. Dawn in-nuqqasijiet ma setgħux jiġu rrettifikati minkejja l-osservazzjonijiet ta’ dawk li intervjenew fid-deċiżjoni preliminari, u li l-Qorti tal-Ġustizzja talbithom jipprovdu ċerta informazzjoni sabiex tiddetermina s-suq tas-servizzi, is-suq ġeografiku rilevanti u l-eżistenza ta’ servizzi sostituttivi ( 46 ). |
|
92. |
Il-qorti tar-rinviju kellha tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja informazzjoni preċiża dwar il-karatteristiċi tas-suq rilevanti, l-estensjoni ġeografika tiegħu jew l-eżistenza possibbli ta’ servizzi ekwivalenti (sostitwibbli). Peress li dan ma għamlitux, it-tielet domanda preliminari ssir inammissibbli. |
|
93. |
L-istess riżultat jintlaħaq minn perspettiva oħra, peress li l-kontenut ta’ dawn id-digrieti, f’dak li jikkonċerna t-tielet domanda preliminari, ma jippermettix l-identifikazzjoni b’mod ċar tas-sens tagħha. |
|
94. |
Mal-ewwel qari tagħha, tagħti l-impressjoni li, fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, is-sempliċi implimentazzjoni tal-“monopolju legali” favur Poste Italiane jinftiehem neċessarjament bħala użu abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti minn din l-impriża. Poste Italiane tuża b’mod abbużiv il-pożizzjoni dominanti peress li għandha l-monopolju legali kontenzjuż ( 47 ). |
|
95. |
Fil-każ li din hija l-interpretazzjoni xierqa tad-digrieti msemmija iktar ’il fuq, ikollu jiġi konkluż li huma bbażati fuq premessa żbaljata u li ma hijiex konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 48 ), sa fejn jidhru li jsostnu li l-pożizzjoni dominanti hija użata b’mod abbużiv. Huwa biss dan l-aġir tal-aħħar li huwa illegali skont l-Artikolu 102 TFUE ( 49 ). |
|
96. |
Interpretazzjoni differenti ta’ din il-parti tad-digrieti tippermetti li jiġi dedott li l-qorti tar-rinviju tqis li hija pprovata mhux biss l-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti iżda wkoll l-użu abbużiv tagħha minn Poste Italiane, peress li din kienet tistabbilixxi l-kummissjonijiet fuq il-ġbir lill-konċessjonarji fil-kwantitajiet riprodotti mill-qorti nnifisha. Jekk dan huwa l-każ, id-domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja ssir, fit-termini letterali tagħha, superfluwa peress li tistaqsi dwar xi ħaġa li diġà ġiet riżolta mill-qorti tar-rinviju. |
|
97. |
Finalment, il-qari ta’ din il-parti (qasira) tad-digrieti tar-rinviju li tagħmel l-iktar sens hija dik fejn tenfasizza li s-setgħa li tiġi stabbilita l-kummissjoni tal-ġbir b’mod unilaterali tista’ tikkostitwixxi ipoteżi “ta’ induzzjoni neċessarja għall-abbuż” ipprojbita mill-Artikolu 102 TFUE ( 50 ). |
|
98. |
Għaldaqstant din hija kwistjoni li jiġi kkonfermat jekk din l-ipoteżi hijiex effettivament plawżibbli; fi kliem ieħor, jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex is-sistema leġiżlattiva kontenzjuża twassal, b’mod inevitabbli, lil Poste Italiane sabiex tabbuża minn pożizzjoni dominanti. |
|
99. |
Anke jekk jiġi aċċettat li din hija l-iktar interpretazzjoni korretta tad-dubji tal-qorti tar-rinviju, huwa ċertament minnu li għadha nieqsa informazzjoni ewlenija sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi, b’minimu ta’ preċiżjoni, dwar din id-domanda. Dan in-nuqqas huwa perċettibbli, l-iktar, f’dak li jirrigwarda l-kjarifika dwar jekk l-abbuż kienx inevitabbli: i) fil-kuntest ta’ suq rilevanti li ma ġiex speċifikat bi preċiżjoni; ii) f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn stabbilimenti bankarji; u iii) fil-preżenza ta’ servizzi li possibbilment jissostitwixxu dawk ipprovduti minn Poste Italiane. |
|
100. |
F’dan il-kuntest, inqis li t-tielet domanda preliminari hija inammissibbli. Madankollu, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma tifhimhiex b’dan il-mod, ser nagħti l-fehma tiegħi fil-qosor dwarha. |
3. Fuq il-mertu
|
101. |
Il-Kummissjoni, fl-osservazzjonijiet tagħha kienet iddikjarat li minħabba s-sistema leġiżlattiva applikabbli, il-konċessjonarji setgħu jevitaw imġiba abbużiva possibbli minn Poste Italiane u, konsegwentement, l-ipoteżi tal-inċitament neċessarju għall-abbuż ma kinitx ikkonfermata. |
|
102. |
Poste Italiane u l-Agenzia ħadu pożizzjoni dwar dan id-dettall fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-ewwel waħda billi allinjat ruħha mat-teżi tal-Kummissjoni. It-tieni waħda billi kklassifikat lil din tal-aħħar bħala “mhux realistika”. |
|
103. |
L-abbuż tal-pożizzjoni dominanti seta’ jseħħ, f’dak li jikkonċerna din il-kawża, jekk Poste Italiane timponi prezzijiet inġusti fuq il-konċessjonarji, li dawn tal-aħħar ikunu obbligati jsostnuhom mingħajr ebda possibbiltà li jirrikorru għal modalitajiet oħra ta’ ġbir tal-ICI. B’dan il-mod, Poste Italiane tikseb vantaġġ illeġittimu fuq il-kompetituri tagħha. |
|
104. |
Skont il-Kummissjoni, tali użu abbużiv tal-pożizzjoni dominanti (possibbli) ma jseħħx jekk il-kontribwenti jkunu liberi li jħallsu l-ICI direttament lill-konċessjonarji. Dawn tal-aħħar jistgħu joffrulhom kundizzjonijiet suffiċjentement attraenti ( 51 ) sabiex jippreferu din l-għażla qabel ma jwettqu l-ħlas fil-kont kurrenti postali. |
|
105. |
Għal darba oħra, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi dwar dawn il-pożizzjonijiet opposti, billi l-Qorti tal-Ġustizzja ssibha diffiċli sabiex tkun tista’ tivvalutahom minħabba n-nuqqas tal-provi li diġà semmejt. |
|
106. |
Fi kwalunkwe każ, sabiex issir l-evalwazzjoni tagħha, jista’ jkun rilevanti li jiġi evalwat jekk l-ispiża ekonomika tal-offerti tal-konċessjonarji msemmija mill-Kummissjoni tkunx ekwivalenti, fir-realtà, —b’isem ieħor u taħt klassifikazzjoni oħra— għal dik li magħha kellhom iżidu l-kummissjoni stabbilita b’mod unilaterali minn Poste Italiane. |
|
107. |
Il-qorti tar-rinviju jkollha tikkunsidra wkoll jekk il-pożizzjoni ta’ Poste Italiane fis-suq tal-attività bankarja setgħetx tibbenefika fuq il-kompetituri tagħha mill-mument li, mill‑1997, it-taxxi lokali kollha ħlief l-ICI, setgħu jitħallsu permezz ta’ kontijiet kurrenti. |
|
108. |
B’mod konkret, hija jkollha tiddetermina jekk Poste Italiane, minħabba li tgawdi minn pożizzjoni dominanti fil-qasam tal-ħlas tal-ICI, kinitx inevitabbilment intiża sabiex testendi l-effetti tagħha fis-suq tal-ħlas ta’ taxxi lokali oħra, b’mod partikolari, u f’dak tal-attività bankarja kollha b’mod ġenerali. |
|
109. |
Meta ssir din l-evalwazzjoni ma għandux jintesa li, skont kif l-Agenzia nnifisha tammetti fir-risposta tagħha għal waħda mid-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 52 ), minbarra l-volum tal-operazzjonijiet ta’ ġbir (għexieren ta’ eluf), il-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-kontijiet kurrenti postali —inklużi l-kundizzjonijiet ekonomiċi— li kienu japplikaw għall-konċessjonarji tal-ġbir tal-ICI kienu l-istess kundizzjonijiet li kienu japplikaw b’mod ġenerali għal kwalunkwe detentur ta’ kont kurrenti li kien persuna ġuridika. |
|
110. |
Jekk din l-informazzjoni tiġi kkonfermata, tista’ tkun indikazzjoni li tmur kontra l-inevitabbiltà tal-abbuż ta’ pożizzjoni dominanti. F’suq ta’ servizzi bankarji liberalizzati, Poste Italiane ma jkollha l-ebda inċentiv sabiex timponi kummissjonijiet ta’ ġbir fuq id-detenturi ta’ kontijiet tagħha li b’mod ġenerali (inklużi l-konċessjonarji, suġġetti għall-istess sistema bħall-bqija) huma sinjifikattivament iktar onerużi minn dawk stabbiliti minn entitajiet ta’ kreditu oħrajn. |
|
111. |
Finalment, tista’ tkun deċiżiva fid-deċiżjoni dwar l-użu abbużiv tal-pożizzjoni dominanti li stabbilimenti bankarji oħra joffru lill-konċessjonarji servizzi simili (sostitwibbli) għal dawk li dawn tal-aħħar jistgħu jisfruttaw sabiex il-kontribwenti jiddepożitaw il-kwoti tal-ICI; punt li hija l-qorti tar-rinviju li jkollha tivverifika. |
V. Konklużjoni
|
112. |
Fid-dawl ta’ dan, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Mill‑1 ta’ Ottubru 2006, il-ġbir tat-taxxi ġie esklużivament fdat lill-Agenzia delle entrate, li hija entità statali. Fis-sena 2017, inħoloq il-korp pubbliku “Agenzia delle entrate-Riscossione”, li ħa f’idejh il-funzjonijiet tal-ġbir flimkien mas-setgħa li jaġixxi f’isem l-amministrazzjonijiet territorjali (reġjuni, provinċji u muniċipji).
( 3 ) Poste Italiane SpA (iktar ’il quddiem, “Poste Italiane”) hija impriża tad-dritt privat b’kapital li fil-parti l-kbira tiegħu huwa pubbliku, stabbilita bħala riżultat tal-proċess tat-trasformazzjoni tal-Amministrazione autonoma delle Poste e delle Telecomunicazioni (L-Amministrazzjoni awtonoma tal-posta u t-telekomunikazzjoni) f’organu pubbliku u, wara, f’kumpannija b’ishma.
( 4 ) Legge 23 dicembre 1996, n. 662 – Misure di razionalizzazione della finanza pubblica (Liġi Nru 662, dwar il-miżuri ta’ razzjonalizzazzjoni tal-finanzi pubbliċi; GURI Nru 303, tat‑28 ta’ Diċembru 1996, suppliment ordinarju Nru 233; iktar ’il quddiem, il-“Liġi Nru 662/1996”).
( 5 ) Decreto del Presidente della Repubblica 14 marzo 2001, n. 144 – Regolamento recante norme sui servizi di bancoposta (Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 144, li jistabbilixxi regoli relatati mas-servizzi bankarji postali, tal‑14 ta’ Marzu 2001; GURI Nru 94, tat‑23 ta’ April 2001; iktar ’il quddiem, id-“Digriet Nru 144/2001”).
( 6 ) Decreto legislativo 30 dicembre 1992, n. 504 - Riordino della finanza degli enti territoriali, a norma dell’articolo 4 della legge 23 ottobre 1992, n. 421 (Digriet leġiżlattiv Nru 504 dwar ir-riorganizzazzjoni tal-finanzjament tal-korpi territorjali skont l-Artikolu 4 tal-Liġi Nru 421 tat‑23 ta’ Ottubru 1992; GURI Nru 305 tat‑30 ta’ Diċembru 1992, suppliment ordinarju Nru 137; iktar ’il quddiem, id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992”).
( 7 ) Decreto del Ministro delle Finanze 28 dicembre 1993, n. 567 – Regolamento di attuazione dell’art. 78, commi da 27 a 38, della legge 30 dicembre 1991, n. 413, concernente l’istituzione del conto fiscale (Digriet tal-Ministru tal-Finanzi Nru 567 – Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Artikolu 78(27) sa (38), tal-Liġi Nru 413 tat‑30 ta’ Diċembru 1991 dwar l-istabbiliment tal-kont fiskali, (GURI Nru 306, tal‑31 ta’ Diċembru 1993).
( 8 ) Decreto legislativo 15 dicembre 1997, n. 446 – Istituzione dell’imposta regionale sulle attività produttive, revisione degli scaglioni, delle aliquote e delle detrazioni dell’Irpef e istituzione di una addizionale regionale a tale imposta, nonché riordino della disciplina dei tributi locali (Digriet Leġiżlattiv Nru 446, dwar l-istabbiliment tat-taxxa reġjonali fuq l-attivitajiet ta’ produzzjoni, reviżjoni ta’ fergħat, tipi u tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi u l-istabbiliment ta’ waħda addizzjonali reġjonali għal din it-taxxa, kif ukoll dwar ir-riorganizzazzjoni tar-regoli tat-taxxi lokali, tal‑15 ta’ Diċembru 1997 (GURI Nru 298, tat‑23 ta’ Diċembru 1997, suppliment ordinarju Nru 252).
( 9 ) Decreto legge 13 maggio 2011, n. 70 – Semestre Europeo – Prime disposizioni urgenti per l’economia (Liġi Nru 70 dwar is-semestru Ewropew – l-ewwel dispożizzjonijiet urġenti favur l-ekonomija tat‑13 ta’ Mejju 2011 (GURI Nru 110, tat‑13 ta’ Mejju 2011). Hija nbidlet (b’emendi) fil-legge 12 luglio 2011, n. 106 (Liġi Nru 106) tat‑12 ta’ Lulju 2011 (GURI Nru 160, tat‑12 ta’ Lulju 2011), sussegwentement emendata mid-decreto legge 6 dicembre 2011, n. 201 (Liġi Nru 201), tas‑6 ta’ Diċembru 2011, li mbagħad inbidel (b’emendi) fil-legge 22 dicembre 2011, n. 214 (Liġi Nru 214), tat‑22 ta’ Diċembru 2011; iktar ’il quddiem, il-“Liġi Nru 70/2011”).
( 10 ) Fil-verżjoni emendata mill-Artikolu 5(8)(a) tiegħu tad-decreto legge 2 marzo 2012, n. 16 (Liġi Nru 16), tat‑2 ta’ Marzu 2012, mibdula (b’emendi) fil-legge 26 aprile 2012, n. 44 (Liġi Nru 44) tas‑26 ta’ April 2012.
( 11 ) Ġew ordnati l-projbizzjoni tas-servizzi bla ħlas mill-Amministrazzjonijiet pubbliċi u l-entitajiet pubbliċi, ir-riorganizzazzjoni tal-ftehim mal-ministri kompetenti u t-tneħħija tal-obbligi tariffarji jew soċjali kollha għas-servizzi f’sistema ta’ kompetizzjoni.
( 12 ) Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincia siciliane (iktar ’il quddiem, ir-“Riscossione Sicilia”) (Kawża C‑434/19); u l-Agenzia delle entrate – Riscossione (iktar ’il quddiem, l-“Agenzia”) (Kawża C‑435/19).
( 13 ) Ara, għal kollha, is-sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Coty Germany (C‑567/18, EU:C:2020:267, punt 22).
( 14 ) Hija targumenta f’dan ir-rigward id-Digriet ministerjali tat‑12 ta’ Mejju 1993, emendat mid-Digriet tal‑10 ta’ Diċembru 2001, li permezz tiegħu “il-kontribwent [tal-ICI], sabiex iwettaq il-ħlas, jista’ juża l-entitajiet ta’ kreditu miftiehma mal-konċessjonarju tal-ġbir”.
( 15 ) Sabiex tikkonferma t-teżi tagħha, tiċċita ċ-Ċirkulari tal-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi Nru 4, tat‑30 ta’ Mejju 2002, imsejħa “Kjarifiki dwar il-ħlas tal-ICI”.
( 16 ) Sentenza tat‑18 ta’ Ġunju 1991, ERT (C‑260/89, EU:C:1991:254, punt 34).
( 17 ) “[H]ija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha qiegħda tinstema’ l-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja”. Sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2017, Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania, (C‑74/16, EU:C:2017:496, punt 24).
( 18 ) Loc. ult. cit.
( 19 ) Għal kollha, is-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2015, Gauweiler et (C‑62/14, EU:C:2015:400, punt 25).
( 20 ) Sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni (C‑66/16 P sa C‑69/16 P, EU:C:2017:999; iktar ’il quddiem, is-“sentenza Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni”, punt 72).
( 21 ) Sentenza Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni, punt 73.
( 22 ) Loc. ult. cit.
( 23 ) Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71), kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑20 ta’ Frar 2008 (ĠU 2002, L 52, p. 3, bir-rettifika fil-ĠU 2015, L 225, p. 49).
( 24 ) Sentenzi tal‑11 ta’ Marzu 2004, Asempre u Asociación Nacional de Empresas de Externalización y Gestión de Envíos y Pequeña Paquetería (C‑240/02, EU:C:2004:140), punt 31; u tat‑22 ta’ Ottubru 2015, EasyPay u Finance Engineering (C‑185/14, EU:C:2015:716), punt 30.
( 25 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punti 1 u 2 tas-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2013, Poste Italiane vs Il-Kummissjoni (T‑525/08, mhux ippubblikata, EU:T:2013:481): “Poste Italiane tiżgura s-servizz postali universali u teżerċita attivitajiet bankarji fit-territorju kollu Taljan […] L-attivitajiet bankarji tar-rikorrenti [Poste Italiane] ma humiex inklużi fl-obbligi ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali tagħha”.
( 26 ) Sentenza tal‑24 ta’ Lulju 2003, Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg (C‑280/00, EU:C:2003:415; iktar ’il quddiem, is-“sentenza Altmark”).
( 27 ) Sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2017, Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni, C‑657/15 P, EU:C:2017:837, punt 32); u s-sentenza Altmark, punt 75.
( 28 ) L-Artikolu 10(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1992 speċifika dan il-kumpens favur il-konċessjonarji għal 1 % tal-ammonti miġbura, b’minimu ta’ EUR 1.75 u massimu ta’ EUR 50 għal kull ħlas li jsir mill-kontribwenti.
( 29 ) Sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punt 140).
( 30 ) Punti 24 sa 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 31 ) Sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2019, Azienda Napoletana Mobilità (C‑659/17, EU:C:2019:633, punt 38).
( 32 ) Sentenza Altmark, punt 84.
( 33 ) Sentenza Altmark, punt 87.
( 34 ) Loc. ult. cit.
( 35 ) Sentenza Altmark, punti 89 sa 93..
( 36 ) Sentenza Altmark, punt 75.
( 37 ) Sentenza Altmark, punt 89.
( 38 ) Sentenza Altmark, punt 90.
( 39 ) Sentenza Altmark, punt 92.
( 40 ) Sentenza Altmark, punt 93.
( 41 ) Sentenza Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni, punt 56.
( 42 ) Ara, iktar ’il quddiem, il-punti 109 u 110.
( 43 ) Ara mill-ġdid il-punti 24 sa 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 44 ) Sentenza tat‑13 ta’ Diċembru 2007, United Pan-Europe Communications Belgium et (C‑250/06, EU:C:2007:783, punt 21).
( 45 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008, MOTOE (C‑49/07, EU:C:2008:376, punt 32).
( 46 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja staqsiethom, inter alia, dwar: i) is-servizzi sostituttivi pprovduti minn Poste Italiane lill-konċessjonarji tal-ICI; ii) il-kundizzjonijiet tal-offerta ta’ dawn is-servizzi sostituttivi; iii) il-partijiet tat-territorju nazzjonali li fihom Poste Italiane kienet tipprovdi s-servizzi tagħha lill-konċessjonarji tal-ICI; u iv) l-istrateġiji possibbli tal-konċessjonarji sabiex jinċentivaw il-ħlas tal-ICI direttament lilhom, u mhux permezz ta’ Poste Italiane.
( 47 ) Din hija l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni fil-punt 90 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.
( 48 ) Sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2008, MOTOE (C‑49/07, EU:C:2008:376), punt 48: “[i]s-sempliċi fatt li tinħoloq jew tissaħħaħ pożizzjoni dominanti bl-għoti ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi […], mhuwiex, bħala tali, inkompatibbli mal-Artikolu [102 TFUE]”.
( 49 ) Ibidem, punt 49. Għal dan l-għan huwa essenzjali li, “bis-sempliċi eżerċizzju tad-drittijiet speċjali jew esklużivi li tkun ingħatat [l-impriża], tuża l-pożizzjoni dominanti tagħha b’mod abbużiv jew meta [li] dawn id-drittijiet jistgħu joħolqu sitwazzjoni li fiha din l-impriża tiġi indotta twettaq tali abbuż”. Enfasi miżjuda minni.
( 50 ) Digriet tar-rinviju C-435/19, paġna 19, in fine, tal-oriġinal bit-Taljan. Il-korsiv jinsab fl-oriġinal.
( 51 ) Punti 110 u 111 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni. Fost l-“istrateġiji” mfassla mill-Kummissjoni sabiex il-konċessjonarji jiskoraġġixxu lil Poste Italiane mit-tentazzjoni li tuża l-pożizzjoni tagħha b’mod abbużiv billi timponi tariffi eċċessivi fuqhom, hemm inkluż il-ħolqien ta’ network ta’ rappreżentanti li għandhom is-setgħa li jaċċettaw il-ħlas dirett tat-taxxa jew li joffru tnaqqis (għall-ispejjeż tagħhom) lill-kontribwenti li jagħżlu dan il-metodu.
( 52 ) Risposta għar-raba’ domanda fformulata mill-Qorti tal-Ġustizzja.