|
11.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 266/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 47/2007
tat-8 ta’ Ġunju 2007
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
l-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2007 tas-27 ta’ April 2007 (1). |
|
(2) |
id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel għat-trabi u t-tfal żgħar (verżjoni kodifikata) (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim. |
|
(3) |
id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/128/KE tat-8 ta’ Diċembru 2006 li temenda u tikkoreġi d-Direttiva 95/31/KE li tistipula kriterji speċifiċi dwar purità li jikkonċernaw is-sustanzi li jagħtu ħlewwa użati fl-affarijiet ta’ l-ikel (3) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim. |
|
(4) |
id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/129/KE tat-8 ta’ Diċembru 2006 li temenda u tikkoreġi d-Direttiva 96/77/KE li tistipula kriterji speċifiċi dwar adittivi ta’ l-ikel għajr sustanzi bil-kulur u li jagħtu ħlewwa (4) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim. |
|
(5) |
id-Direttiva 2006/125/KE li tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE (5) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XII ta’ l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 46a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54zf (id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE):
|
|
3. |
Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzz (ir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 1609/2006):
|
|
4. |
It-test tal-punt 54zl (id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE) għandu jitneħħa. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni 2006/125/KE, 2006/128/KE u 2006/129/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li ser ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Ġunju 2007, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u s-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 209, 9.8.2007, p. 74.
(2) ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.
(3) ĠU L 346, 9.12.2006, p. 6.
(4) ĠU L 346, 9.12.2006, p. 15.
(5) ĠU L 49, 28.2.1996, p. 17.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.