31999R1728



Official Journal L 204 , 04/08/1999 P. 0003 - 0012


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1728/1999

tad-29 ta' Lulju 1999

li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjoni ta' fibri sintetiċi ta' polyesters li joriġinaw fit-Tajwan u jwaqqfu il-proċeduri fir-rigward ta'l-importazzjoni ta' fibri sintetiċi ta' polyesters li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 fuq il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet mraħħsa eċċessivament mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari Artikolu 9 u Artikolu 11 tar-Regolament,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsulta mal-Kumitat ta' Konsulenza,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Investigazzjonijiet ta' qabel

(a) Tajwan

(1) F'Diċembru 1988 il-Kunsill, b'Regolament (KEE) Nru 3946/88 [2]; impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjoni ta' fibri sintetiċi ta' polyester (minn hawn 'il quddiem msemmija bħala "FSP") li joriġinaw, fost oħrajn, fit-Tajwan.

Sussegwentinament f'Settembru 1990, wara talba magħmula mill-"Assoċjazzjoni ta' Importaturi ta' Fibri Sintetiċi Polyester" kif ukoll talba mill-esportaturi minn ftit pajjiżi li huma konċernati, l-Kummissjoni tat bidu għar-reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3946/88, skond Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2423/88 [3]. Bħala riżultat ta' din ir-reviżjoni, f'Ottubru 1992 il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 3017/92 [4] biddel id-dazji anti-dumping li kien fis-seħħ fir-rigward, fost oħrajn, tat-Tajwan.

(b) Repubblika tal-Korea

(2) F'Jannar 1993 il-Kunsill, b'Regolament (KEE) Nru 54/93 [5] impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjoni ta' FSP li joriġinaw, fost oħrajn, fir-Repubblika tal-Korea (minn hawn 'il quddiem msejħa bħala l-"Korea").

(ċ) Miżuri ġewwa għal kontra pajjiżi oħrajn

(3) Il-Kunsill, bir-Regolament (KEE) Nru 3017/92, biddel il-miżuri ta' anti-dumping kontra, fost oħrajn, ir-Rumanija, it-Turkija, ir-Repubbliki tas-Serbja u tal-Montenegro u l-ex Repubblika Yugoslava tal-Maċedonja u ħassar il-miżuri fuq l-importazzjoni mill-Messiku u l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Il-miżuri anti-dumping għall-pajjiżi li baqa’ msemmija fuq skada fit-23 ta' Ottubru 1997. Finalment, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1490/96 [6], impona miżuri definittivi anti-dumping fuq l-importazzjoni tal-FSP li joriġinaw fil-Belarus. F'konklużjoni, il-miżuri anti-dumping preżentament fis-seħħ li jikkonċernaw l-importazzjoni li toriġina fit-Tajwan, fil-Korea u fil-Belarus.

2. Talba għar-reviżjoni

(4) Wara l-pubblikazzjoni taż-żewġ avviżi li jimpedixxu l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjoni ta' FSP li joriġinaw, fost oħrajn, fit-Tajwan [7] u, fost oħrajn, fil-Korea [8], il-Kummissjoni rċeviet, f'Lulju u f’Awissu 1997 rispettivament, talba biex tirrevedi il-miżuri li jikkonċernaw dawn iż-żewġ pajjiżi skond Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "Regolament Bażiku") fir-rigward taż-żewġ pajjiżi msemmija fuq.

It-talbiet saru mill-"Kumitat Internazzjonali tar-Rayon u Fibri Sintetiċi" (KIRFS) li aġixxa f'isem il-produtturi tal-Komunità li l-produzzjoni kollettiva tikkostitwixxi proporzjon ewlieni tat-total tal-produzzjoni tal-Komunità tal-prodott konċernat.

(5) It-talbiet kienu bażati fuq raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li jirriżultaw fil-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping u l-ħsara lill-industrija tal-Komunità. Wara li stabbilixxa, wara li ikkonsulta il-Kumitat ta' Konsulenza, ix-xiehda suffiċjenti li eżistiet għall-bidu ta' l-istħarriġ, il-Kummissjoni tat bidu għall-investigazzjoni [9] skond Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku. Għalkemm it-talbiet għar-reviżjoni ta' l-iskadar saru fl-istruttura ta' żewġ proċedimenti distinti li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' l-istess prodott. Għalhekk iż-zewġ stħarriġ ngħaqdu għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tajba f'investigazzjoni waħda.

3. Investigazzjoni

(6) Il-Kummissjoni uffiċċjalment avżat lill-produtturi tal-Komunità li jappoġġjaw it-talba għall-istħarriġ, il-produtturi li jesportaw, l-impotaturi, u utenti u li hu magħruf li jkun konċernat kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiżi li jesportaw, u tat lill-partijiet konċernati l-opportunità li jagħmlu il-veduti tagħhom magħrufa bil-kitba u li jitolbu smiegħ.

(7) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet magħrufa li jkunu konċernati u irċeviet risposti minn tmien produtturi tal-Komunità, minn erba’ Tajwaniżi u ħames Koreani produtturi li jesportaw. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil numru kbir ta' operaturi ekonomiċi li hu mifhum li huma jew li jirrapreżentaw x-xerreja, l-utenti u l-importaturi tal-FSP fil-Komunità. Żewġ assoċjazzjonijiet ta' l-utenti biss irrispondew.

(8) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hi qieset neċessarja għar-raġunijiet ta' determinazzjoni ta' dumping, ħsara u l-interess tal-Komunità. Saru verifiki fil-kwartieri tal-kumpaniji li ġejjin:

(a) Produtturi li jesportaw:

- TAJWAN

- Korporazzjoni Nan Ya Plastics, Tajpej,

- Korporazzjoni Shingkong Synthetic Fibres, Tajpej,

- Korporazzjoni Tuntex Distinct, Tajpej,

- Korporazzjoni Far Eastern Textile, Tajpej;

- KOREA

- Saehan Industries Inc. (qabel Cheil Synthetics Textiles Inc.), Seoul,

- Daehan Synthetic Fiber Corporation, Ltd, Seoul,

- Kohap Ltd, Seoul,

- Korporazzjoni Samyang, Seoul,

- Sunkyong Industries Ltd, Seoul;

(b) Produtturi tal-Komunità:

- Hoechst AG, Frankfurt/Main, il-Ġermanja,

- Tergal, Gauchy, Franza,

- Montefibre Spa, Milan, l-Italja,

- Catalana de Polimers, Barċelona, Spanja.

(9) L-investigazzjoni dwar dumping kopriet il-perjodu mill-l ta' Ottubru 1996 sat-30 ta' Settembru 1997 (minn hawn 'il quddiem msejħa bħala l-"perjodu ta' investigazzjon" jew "PI"). L-eżami tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità kopriet l-perjodu mill-1994 sa l-aħħar tal-perjodu investigattiv.

(10) Ir-reviżjoni preżenti eċċediet l-perjodu ta' sena f'liema perjodu normalment għandu jkun konkluż skond Artikolu 11(5) tar-Regolament Bażiku, minħabba l-kumplessità ta' l-investigazzjoni, u b'mod partikolari minħabba d-diffikultajiet biex tikseb u tagħmel stima tad-dati li jikkonċernaw l-iżvalutar tal-munita fil-Lvant Imbiegħed u l-impatt tiegħu fuq il-probabbilità tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta' dumping li jagħmel il-ħsara.

(11) Il-partijiet kollha konċernati ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi ta' liema kien intiz biex jiġi rakkomandat l-manteniment tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta' importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan u biex jitterminaw il-proċeduri fir-rigward ta' importazzjonijiet li joriġinaw fil-Korea. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-iżvelar. Il-kummenti tal-partijiet ġew kunsidrati u, fejn hu xieraq, il-konklużjonijiet inbidlu.

B. PRODOTTI KKONĊERNATI U PRODOTTT SIMILI

1. Deskrizzjoni tal-prodotti kkonċernati

(12) Il-prodott li jikkonċerna din l-investigazzjoni hu l-istess bħal investigazzjonijiet preċedenti, prinċipalment staple fibri sintetiċi ta' polyester, li mhux mqardax, ippettnat jew mod ieħor ipproċessat għall-insiġ; huma ta' spiss msemmija bħala fibri sintetiċi polyester (FSP) u bħal issa klassifikat b'kodiċi NM 55032000.

Dan il-prodott hu ta' materja bażika u fi stadji differenti tal-proċess tal-manifattura ta' prodotti tat-tessuti, jiddependi fuq in-natura ta' tessuti konċernati. Madwar 60 % tal-konsum tal-Komunità ta' FSP hu użat għall-insiġ, jjiġifieri għall-manifattura ta' filamenti ta' produzzjoni tat-tessuti wara li jitħalltu jew ma jitħalltux fibri oħrajn bħal tajjar jew suf. Bejn wieħed u ieħor 25 % hu użat għal mili, jiġifieri għall-mili jew padding ta' ċertu prodotti ta' tessuti (per eżempju mħaded, seats tal-karozza, ġgieget) fil-waqt li l-15 % li jibqa’ huma użati għall-applikazzjonijiet oħrajn li m'humiex minsuga, b'mod partikolari għall-produzzjoni tat-twapet. Il-prodott konċernat hu mibjugħ bi speċifikazzjonijiet ta' kwalità differenti: Il-grad A jikkorrispondi għall-kwalita regolari, fil-waqt li gradi taħt l-istandard huma denominati bħala gradi B jew Ċ. L-investigazzjoni wriet li l-kwalità ta' grad A biss ġiet esportata lill-Komunità. Il-produtturi FSP jikklassifikaw il-prodott f'tipi differenti skond il-kriterja tagħhom, li huma priċipalment bażati fuq l-applikazzjoni tagħhom, il-ħxuna u t-tul tal-fibra.

(13) Produtturi Tajwaniżi li jesportaw talbu li fibri speċjali jew li m'humiex minsuga, ċioe’ FSP li għandhom karatteristiċi speċjali, bħal fibri conjugate hollow, fibri li,a jinħallux malajr u fibri suwed għandhom ikunu kunsidrati bħala prodotti differenti mill-prodott definit fuq u eskluż mill-iskop ta' l-investigazzjoni preżenti.

Madanakollu, l-investigazzjoni turi li, għalkemm hemm diversi tipi ta' FSP li għandhom karatteristiċi biex jilħqu ċertu bżonnijiet speċifiċi, huma għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi. Aktar min hekk, is-suq ta' dan il-prodott hu fil-fatt iffurmat b'serji ta' tipi rduppjati ta' FSP li jirrepetu ruħhom b'linja m'hix ċara bejniethom.

Għalhekk, instab li kull karatteristika waħda speċifika ma rrendietx il-FSP allegatament speċjali differenti u, għalhekk, huma għandhom ikunu koperti bl-iskop tal-proċedura preżenti.

It-tipi kollha ta' FSP huma għalhekk kunsidrati bħala prodott wieħed għall-iskop ta' din l-investigazzjoni.

2. Prodott simili

(14) L-investigazzjonijiet urew li d-diversi tipi ta'FSP fabbrikati u mibjugħa fis-suq Tajwaniż u Korean, minkejja differenzi żgħar fit-tul, ħxuna jew kwalita’, kienu l-istess għat-tipi FSP esportati minn dawn il-pajjiżi għall-Komunità, fit-tifsira ta' Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku.

(15) Produtturi Tajwaniżi li jesportaw allegaw li l-esportazzjoni tagħhom kkonsistiet prinċipalment minn fibri mhux minsuġa jew speċjali li m'humiex magħmulin sostanzjalment mill-industrija tal-Komunità u ċarament huma differenti fl-aspetti kollha mill-FSP prodott mill-industrija tal-Komunità, li allegatament tikkonsisti l-iktar minn filatura u fibri hollow. L-investigazzjoni uriet li fibri ta' speċjalità jirrapreżentaw biss parti żgħira ta' l-esportazzjoni Tajwaniża lill-Komunità, filwaqt li maġġoranza vasta ta' l-esportazzjoni tikkonsisti f'fibra ta l-insiġ u hollow. Kif ukoll, hemm ukoll produzzjoni sinifikattiva tal-Komunità ta' fibri speċjali u li m'humiex minsuġa. F'kull każ kif intqal fil-preambolu 13 ġie stabbilit f'din l-investigazzjoni li fibri li m'humiex minsuġa jew speċjali jiffurmaw prodott wieħed flimkien mal-kumpliment tat-tipi FSP.

Konsegwentement, it-tipi ta' FSP esportati mit-Tajwan u l-Korea lejn il-Komunità huma l-istess bħat-tipi ta' FSP li huma prodotti mill-produtturi tal-Komunità u mibjugħa fis-suq tal-Komunità fit-tifsira ta' Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku.

Ċ. ROĦS EĊĊESSIV U L-PROBABBILITA’ TAR-RIPETIZZJONI TAR-ROĦS EĊĊESSIV

1. Rimarki preliminarji

(16) Skond Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku, l-iskop tar-reviżjoni preżenti kien li jistabbilixxi jekk l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew ir-ripetizzjoni ta' dumping, b'mod partikolari billi teżamina jekk idumping kompla jsir wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping.

(a) Tajwan

(17) Minn kull ħames produtturi Tajwaniżi li jesportaw li wieġbu għall-kwestjonarju, wieħed iddikjara ebda esportazzjoni lejn il-Komunità għall-perjodu investigattiv u semma’ d-disponibbilità li jikkoopera fl-investigazzjoni. Iżjed minn hekk żewġ produtturi li jesportaw, Korporazzjoni Tuntex Distinct u Korporazzjoni Shingkong Synthetic Fibri, kellhom esportazzjoni lejn il-Komunità għal inqas minn 100 tunellata kull wieħed matul il-perjodu investigattiv. Meta tikkunsidra l-volum baxx ta' l-esportazzjoni minn dawn iż-żewġ kumpaniji Tajwaniżi u għalhekk n-nuqqas ta' rappreżentanza tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni korrispondenti, ma ġiex konsidrat xieraq li tikkalkula, fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping ta' dawn iż-żewġ kumpanniji.

(b) Korea

(18) Kull produttur esportatur Korean li wieġeb għal-kwestjonarju għamel esportazzjonijiet sinifikannti ta' FSP lejn il-Komunità fil-perjodu investigattiv.

2. Valur normali

(a) Tajwan

(19) Għar-raġunijiet mogħtija fil-preambolu 17, valuri normali ġew stabbiliti biss għaż-zewġ produtturi Tajwaniżi li jesportaw, li ammontaw għal prattikament it-totalità ta' l-esportazzjoni Tajwaniża ta' FSP lill-Komunità matul il-perjodu investigattiv. Fiż-żewġ każijiet, il-valur normali ġie determinat għal kull tip ta' FSP magħmul mill-kumpanniji konċernati u esportat lill-Komunità.

Fil-każ ta' produttur wieħed li jesporta l-valur normali għat-tip tal-prodott kien kollu bażat fuq il-prezzijiet mħallsa fil-kors ordinarju ta' kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku fir-rigward ta' bejgħ magħmul f'kwantitajiet rappreżentattivi, skond Artikolu 2(1) u 2(2) tar-Regolament Bażiku.

Għall-produttur li jesporta instab illi ma kienx hemm jew kien hemm bejgħ domestiku insuffiċjenti ta' prodotti simili fir-rigward ta' l-istess tipi ta' FSP esportati lill-Komunità. F'dawn il-każijiet, u minn meta l-prezzijiet tal-produtturi ko-operanti l-oħrajn li jesportaw ma setgħux jintużaw,valur normali ġie mibni fuq bażi ta' spejjeż ta' manifattura ta' dawn it-tipi ta' FSP flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali jew amministrattivi u għall-profitt, skond Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku. Biex jiġi stabbilit ammont raġonevoli għall-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u għall-profitt, id-dati attwali li jappartjenu għall-produzzjoni u l-bejgħ, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, ta' prodott simili minn dan il-produttur li jesporta, ġew użati skond Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku. Valur normali għat-tipi ta' prodott esportat li jibqa’ kien ibbażat fuq il-prezzijiet mħallsa fil-kors normali ta' kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku, skond Artikolu 2(1) u 2(2) tar-Regolament Bażiku, billi l-bejgħ domestiku kemm fuq kollox u għat-tipi konċernat saru fil-kwantitajiet rappreżentattivi.

(b) Korea

(20) Valur normali ġie bbażat fuq il-prezzijiet imħallsa fil-kors ordinarju tal-kummerċ minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku fir-rigward ta' bejgħ magħmul fi kwantitajiet rappreżentattivi, skond Artikolu 2(1)) u 2(2) tar-Regolament Bażiku. Għal tipi ta' prodotti li m'humiex mibjugħa f'kwantitajiet rappreżentattivi jew li m'humiex f'kors tajjeb ta' kummerċ fis-suq domestiku, il-valur normali ġie mibni skond Artikolu 2(3) tar-Regolament Bażiku peress li l-prezzijiet ta' produtturi ko-operanti li jesportaw oħrajn ma jistgħux jintużaw. F'dan ir-rigward,spejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u proffitti ġew stabiliti skond Artikolu 2(6) tar-Regolament Bażiku bl-istess mod bħat-Tajwan.

3. Prezzijiet ta' l-esportazzjoni

(21) Għall-produtturi li jesportaw minn zewġ pajjiżi fejn il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq bażi ta' prezzijiet li attwalment jiġu mħallsa minn xerrejja indipendenti tal-Komunità skond Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

4. Tqabbil

(22) Sabiex jiġi assigurat qbil imparzjali bejn il-valur normali u l-esportazzjoni tal-prezz, ittieħed kont tad-differenzi fil-fatturi li kienu mitluba u murija biex jaffetwaw il-paragunabbiltà skond Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku. F'dan ir-rigward, saru aġġustamenti għall-merkanzija ta' fuq l-art u tal-baħar, assiguazzjoni, trasbord, tgħabbijja u spejjeż anċillari, spejjeż ta' kreditu, kummissjonijiet u ħlasijiet ta' importazzjoni.

Żewġ esportaturi Tajwaniżi sottomettew u wrew li skont ta' kwantita’ ngħata lill-klijenti domestiċi li xtraw iżjed minn ċertu volum ta' FSP fis-sena. Dawn il-produtturi li jesportaw allegaw li l-klijenti kollha tal-Komunità bbenefikaw mill-istess skont, għalkemm ma hux indikat fil-fattura, minħabba li l-kwantitajiet li xtraw b'eċċess tal-kwantità li fuqu ingħata skont. Għalhekk, biex tassigura tqabbil ġust, aġġustament li jikkorrispondi għall-iskont mogħti lill-klijenti domestiċ kbar ġie mitlub għall-klijenti domestiċi żgħar.

F'dan ir-rigward, qed jiġi notat li aġġustament għall-kwantitajiet skond Artikolu 2(10)(ċ) tar-Regolament Bażiku jistgħu biss jingħataw fir-rigward ta' kull roħs fi prezz attwalment mogħti fix-xiri ta' kwantitajiet differenti. Iżjed minnhekk, nstab li mhux il-klijenti kollha tal-Komunità xtraw kwantità tal-prodott konċernat b'eċċess ta' dak li jkun intitola l-iskont fil-kwantità matul il-perjodu investigattiv. Għal kuntrarju, is-sehem tal-bejgħ ta' l-esportazzjoni lill-klijenti żgħar fil-Komunità kien vera viċin għal dak ta' bejgħ domestiku ta' klijenti żgħar, li jindika li kemm is-suq domestiku u ta' l-esportazzjoni għandhom mudell simili f'termini ta' klijenti. Konsegwentament, konċessjoni biss għal skont tal-kwantità li kien attwalment mogħti mill-produtturi li jesportaw lill-klijenti kbar domestiċi hu ġustifikat fid-dawl ta' tqabbil ġust.

5. Marġini ta' dumping

(23) Il-medja miżuma tal-valur normali għal kull tip ta' FSP ġie mqabbel mal-medja miżuna tal-prezz ta' l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti, skond Artikolu 2(11) tar-Regolament Bażiku, fuq bażi ex-work u fl-istess livell ta' kummerċ.

It-tqabbil wera l-eżistenza ta' dumping għal żewġ produtturi Tajwaninżi li esportaw u għal erba’ Koreani investigati, il-marġini ta' dumping hi daqs l-ammont b'liema il-valur normali stabbilit eċċeda l-prezz ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità.

(24) Il-marġini medja miżuna ta' dumping, bħala persentaġġ ta' CIF prezz ta' importazzjoni fil-frontiera tal-Komunità, hu sinifikanti għaż-żewġ produtturi Tajwaniżi li jesportaw, il-Corporation Far Eastern Textile u l-Corporation Nan Ya Plastics, li jkopru prattikament it-total ta' l-esportazzjoni Tajwaniżi lejn il-Komunità. Minħabba l-politika ta' kif tagħti prezz segwita miż-żewġ produtturi konċernati jista’ jiġi konkluż li dumping ikompli jew anke' jiżdied jekk il-miżuri jkunu mneħħija. L-ebda marġni ta' dumping ma ġie kalkulat għat-tlett operaturi oħrajn Tajwaniżi li jesportaw għar-raġunijiet mogħtija fil-preambolu 17. Madanakollu l-Kummissjoni eżaminat il-possibbilità ta' dumping li jista’ jiġri fil-każ li l-miżuri jitneħħew. Fuq il-bażi ta' informazzjoni li waslet minn tnejn mill-kumpaniji Tajwaniżi li jirrapreżentaw maġġoranza kbira tal-volum tal-bejgħ totali, nstab li l-esportazzjoni tagħhom lill-pajjiżi li m'humiex komunitarji huma magħmulin minn prezzijiet ta' dumping. Kif l-esportaturi jipprapreżentaw l-maġġoranza tal-bejgħ ta' dawn il-kumpaniji, jista' jkun konkluż li jekk tieħu il-politika tagħhom biex jipprezzaw l-esportazzjoni, l-esportazzjoni ta' dumping lejn is-suq tal-Komunità x'aktarx ikompli jekk il-miżuri jiskadu.

(25) Produtturi Tajwaniżi li jesportaw issottomettew li kull marġini ta' dumping hu kontrobilanċjat bl-iżvalutar tal-valuta Tajwaniża (NT$) kontra id-USD li ġara fil-perjodu investigattiv. Ġie iktar allegat li l-livell tad-NT$ kontra d-USD fl-ewwel kwart ta' l-1998 hu mistenni li jibqa’ stabbli għas-snin li ġejjin u li tnaqqis fil-prezz tad-USD ta' ESP, il-materja prima għall-produzzjoni ta' FSP liema l-kumpanniji kkonċernati jixtru f'USD, ġie iktar milli kumpensat għad-deprezzament tal-munita Tajwaniża kontra d-USD.

Il-kwistjoni ġiet eżaminata. Verament id-diprezzament tad-NT$ kontra d-USD, ċioe’ l-valuta f'liema il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lill-Komunità huma ġeneralment iddominati, jammontaw sa kważi 17 % matul l-ewwel kwart ta' l-1998 fir-rigward tal-medja miksuba matul il-perjodu investigattiv. Madanakollu, rkupru tad-NT$ ġie osservat fil-bqija ta' l-1998 biex id-diprezzament rekordjat fil-bidu ta' l-1999 kien limitat għal 14 %. Iktar minnhekk, fis-sena 2000 iktar tnaqqis fid-diprezzament għal inqas minn 10 % (kif imqabbel mal-livell li jipprevali fil-perjodu investigattiv) hu mistenni skond it-tbassir finanzjarju mogħti mill-produtturi li jesportaw. Skond l-istess tbassir din it-tendenza ta' l-irkupru tad-NT$ hi lesta biex tkompli fis-snin li ġejjin. Għalhekk, minħabba n-natura li tvarja tad-deprezzament ta' d-NT$, l-argument miġjub 'il quddiem mill-produtturi li jesportaw Tajwaniżi ma jistax jiġi aċċettat. F'kull każ, ġie nnotat li minn natura stess tal-kambjamenti tar-rata tal-kambju din ma tistax tiġi prevista b'sikurezza u tibdiliet li saru fil-passat m'humiex neċessarjament gwida għall-futur.

(26) Fir-rigward tal-Korea, għandu jkun notat li ġej: il-miżuri taħt il-lenti huma bażati fuq marġini ta' dumping determinati mill-investigazzjoni ta' qabel u dawn il-marġini, bl-eċċezzjoni tal-marġini ta' dumping li jifdal, tkun konsidrata bħala de minimis taħt ir-Regolament Bażiku kurrenti. Il-livell tal-marġini oriġinali kien baxx u dik is-sitwazzjoni ma nbidletx. Infatti, f'din l-investigazzjoni, il-marġini medja miżuna ta' dumping stabbilita, espressa bħala persentaġġ ta' cif prezz ta' l-imprtazzjoni fil-fruntjiera tal-Komunità, kien 1,8 %. Finalment, l-ebda indikazzjoni ma nstabet li t-tneħħija tal-miżuri eżistenti tista’ twassal għall-bidla f'din is-sitwazzjoni fil-futur previst. Kien għalhekk konkluż li m'hemmx il-probabbilità li s-suq jerġa jinfaqa’.

D. INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(27) Tnejn mid-disa’ produtturi tal-Komunità li jappoġġjaw it-talba għar-reviżjoni ma kkoperawx waqt l-investigazzjoni. L-investigazzjoni uriet illi s-sehem tal-produzzjoni totali tal-Komunità li għandhom seba’ produtturi tal-Komunità li jikkoperaw jappoġġjaw it-talba għar-revizjoni, matul il-perjodu investigattiv, ammontaw għal iżjed minn 65 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott konċernat. Għalhekk, dawn il-produtturi jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira ta' Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku. Minn hawn 'il quddiem, dawn il-produtturi li jikkoperaw tal-Komunità huma msejħa bħala "l-Industrija tal-Komunità".

E. ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-KOMUNITÀ

1. Konsum fil-Komunità

(28) Il-konsum fil-Komunità hu ibbażat fuq il-volum kombinat tal-bejgħ fis-suq tal-Komunità ta' l-industrija tal-Komunità, il-bejgħ tal-produtturi li jibqa’ tal-Komunità li ma jikkoperawx u l-informazzjoni tal-Eurostat fuq il-volum ta' l-importazzjoni totali. Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità li ma jikkoperawx fil-proċediment ġie stabbilit, fuq il-bażi ta' informazzjoni disponibbli, ta' madwar 30 % tal-bejgħ totali tal-produtturi tal-Komunità.

Fuq il-bażi ta' fuq, il-konsum tal-Komunità ta' FSP segwa minn tendenza ta' tnaqqis żgħira fuq kollox matul il-perjodu kunsidrat: mar minn 540000 tunellata fl-1994 sa 490000 tunellata fl-1995 u, u wara waqa’ temporanja lura għal 460000 tunellata fl-1996, sa 520000 tunellata matul il-perjodu investigattiv, li jirrapreżenta tnaqqis fuq kollox ta' 3 % matul il-perjodu konsidrat.

2. Importazzjoni fil-Komunità mit-Tajwan u l-Korea

(a) Importazzjoni mill-Korea

(29) Ġie konkluż li s-sitwazzjoni fis-suq tal-FSP tal-Komunità fir-rigward ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Korea-m'għandhomx ikunu analizzati, minħabba il-konklużjoni milħuqa fuq dumping u l-probabbilità li jerġa’ jsir dumping fir-rigward ta' dawn l-importazzjonijiet.

(b) Volum, valur u sehem tas-suq ta' l-importazzjoni mit-Tajwan

(30) Il-volum ta' l-importazzjoni mit-Tajwan żdied minn madwar 8000 tunellata fl-1994 sa madwar 27000 tunellata matul il-perjodu investigattiv, li jirrapreżenta żieda ta' madwar 240 %. Il-valur ta' l-importazzjoni mit-Tajwan żdied minn 9,9 miljun ECU fl-1994 sa 29,3 miljun ECU matul il-perjodu investigattiv, jirrapreżenta żieda ta' 196 %.

F'termini ta' sehem tas-suq, bażati fuq il-konsum totali tal-Komunità, il-penetrazzjoni tas-suq ta' l-importazzjoni ta' dumping mit-Tajwan żdiedet minn 1,5 % sa 5,3 matul il-perjodu investigattiv f'terminu ta' volum - żieda ta' 253 %.

(ċ) Prezzijiet ta' importazzjoni mit-Tajwan

(31) Prezzijiet ta' importazzjoni mit-Tajwan naqset mill-1994 għall-perjodu investigattiv b'14 %. Għandu jiġi notat li dawn il-prezzijiet nstabu li kienu inqas minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità matul il-perjodu kollu kunsidrat.

(d) Prezzijiet ta' valur inqas mill-importazzjonijiet mit-Tajwan

(32) Għad-determinazzjoni tal-prezz ta' valur inqas, dati li jirreferu għall-perjodu investigattiv ġew analizzati. Prezzijiet b'valur inqas ġew stabbiliti fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz ta' l-esportazzjoni ma prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Komunità fl-istess livell ta' kummerċ. Il-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità kkunsidrati kienu dawk lill-klijenti indipendenti, aġġustjati fejn hu neċessarju għal-livell ex-works, i.e. jeskludi l-ispejjeż tat-trasport. Aġġustamenti saru lill-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi li jesportaw (cif fruntjiera tal-Komunità) biex jieħdu kont tad-dazji tad-dwana u dazji ta' anti-dumping imħallsa: Il-prezzijiet kollha ġew imqabbla wara li eskludew l-iskontijiet u l-ħlas lura.

(33) Ir-riżultati tat-tqabbil (fuq medja miżuna sa bażi ta' medja miżuna) urew għall-importazzjoni mit-Tajwan prezz medju miżun ta' valur inqas mill-marġni, espress bħala persentaġġ tal-prezz medju tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità, ta' 167 %.

Dan għandu jiġi mqabbel mal-bejgħ bi prezz inqas misjub fl-investigazzjoni preċedenti li varja minn 22 % sa 30 % għat-Tajwan.

Il-livell ta' bejgħ bi prezz inqas mill-produtturi li jesportaw, fuq bażi medja, baqgħu importanti, minkejja ċertu effett 'il fuq fuq prezzijiet ta' l-importazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

3. Sitwazzjoni ekonomika fl-industrija tal-Komunità

(a) Rimarki preliminarji

(34) L-eżami tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità tkopri il-perjodu mill-1994 sa l-aħħar tal-perjodu investigattiv. Għandu jkun notat li matul dan il-perjodu il-miżuri anti-dumping kif imsemmija fil-preambolu 1 u ta' wara kienu fis-seħħ b'effett fuq l-industrija tal-Komunità.

(b) Produzzjoni, kapaċità u kapaċità ta' utilizzazzjoni

(35) Il-Produzzjoni ta' l-Industrija tal-Komunità naqset matul il-perjodu kunsidrat, minn madwar 374000 tunellata fl-1994 sa madwar 343000 tunellata fil-perjodu investigattiv. It-tnaqqis hu rifless fl-għeluq ta' faċilitajiet ta' produzzjoni ta' numru ta' kumpaniji fl-industrija tal-Komunità. Dan jirrapreżenta tnaqqis fuq kollox ta' 8 %. Livelli ta' produzzjoni naqsu b'rata iktar għolja mill-konsum tal-Komunità; li naqas bit-3 % matul il-perjodu kunsidrat.

(36) Fir-rigward tal-kapaċità, għandu jkun nnotat li l-faċilitajiet ta' produzzjoni għall-FSP huma ukoll użati fil-produzzjoni ta' prodotti oħrajn mhux konċernati mill-proċedimenti preżenti, eż. rmonk u quċċati. Bħala konsegwenza, il-kapaċità normali attribwita lill-produzzjoni tal-prodott konċernat mill-industrija tal-Komunità ġie stmat. Nstab li l-kapaċità naqset minn 432300 tunellata fl-1994 sa 401500 tunellata matul il-perjodu investigattiv, li jirrapreżenta tnaqqis ta' 7 %. Din hija l-iżjed fil-linja mat-tnaqqis tal-produzzjoni kif muri fin-preambolupreċedenti. Ir-rata ta' kapaċità ta' utilizzazjoni naqset ftit matul il-perjodu kkunsidrat minn 86,6 % fl-1994 għal 85,7 % fil-perjodu investigattiv.

(ċ) Volumi ta' bejgħ ta' l-Industrija tal-Komunità

(37) Il-volum ta' bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqas matul il-perjodu kunsidrat, b'livelli ta' bejgħ ta' 330000 tunellata fl-1994 għal 295000 tunellata fil-perjodu investigattiv. Dan jirrapreżenta tnaqqis fuq kollox ta' 11 %. Din it-tendenza wriet li l-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità ma segwix it-tendenza fil-konsum, li naqas bi 3 matul il-perjodu kunsidrat.

(d) Sehem tas-suq

(38) L-iżvilupp tal-volum tal-bejgħ mqabbel mal-konsum tal-Komunità juri li s-sehem tas-suq li għandha l-industrija tal-Komunità naqas matul il-perjodu kunsidrat. Is-sehem tas-suq ta' l-industrija tal-Komunità naqas minn 61 % fl-1994 sa 60 % fl-1995, 59 % fl-1996 u 56 % fil-perjodu investigattiv. It-telf fuq kollox tas-sehem tas-suq kien ta' ħames punti ta' persentaġġ bejn l-1994 u l-perjodu investigattiv.

(e) Ħażniet

(39) Ħażniet żdiedu sinifikament bit-33 % bejn l-1994 u l-perjodu investigattiv.

(f) Prezzijiet medji ta' bejgħ u valutazzjoni tal-prezz

(40) Il-prezzijiet medji miżuna tal-prodott konċernat mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fuq is-suq tal-Komunità varja matul il-perjodu ikkunsidrat, u fuq kollox żdied bi 3 %.

Għandu jkun nnotat li l-prezzijiet tal-FSP ġew influwenzati għall-operaturi kollha fis-suq bl-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materji prima bħal aċidu pur terephthalic (APT), dimethylterephthalate (DMT) u glycol, li jirrapreżenta madwar 60 sa 70 % ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott lest. Infatti, essenzjalment, minħabba n-nuqqas mad-dinja kollha ta' dawn il-materji primi, tibda mill-aħħar ta' l-1993 u jkomplu sa l-1994 u l-1995 il-prezzijiet żdiedu, reflessi f'żieda korrispondenti ta' l-ispejjeż tal-produzzjoni. Madanakollu, it-tendenza esperjenzata għall-prezzijiet ta' dawn il-materji prima giet riversata mill-1995 'l quddiem.

(ġ) Profitabilità

(41) Fl-1994, l-industrija tal-Komunità ġarrbet telf medju miżun ta' 3,5 %, espress f'persentaġġ ta' bejgħ netti. Sussegwentament, is-sitwazzjoni finanzjarja tjiebet, partikolarment matul l-1995 (profit ta' 7,5 %). Dan irriżulta parzjalment mill-fatt li l-operaturi kollha fis-suq tal-Komunità rnexxielhom jgħollu l-prezzijiet tagħhom wara żieda fl-ispejjeż ta' materja prima (ara preambolu 40), u l-industrija tal-Komunità setgħet ittejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha minħabba tnaqqis mill-ispejjeż ta' barra l-produzzjoni. Għandu jkun nnotat madanakollu, li l-industrija tal-Komunità wriet tendenza l-isfel tar-riżultati finanzjarji, mill-1995 'il quddiem, li jibdew minn profit ta' 7,5 % għall-profit ta' 5,6 % fil-perjodu investigattiv.

(ħ) Investiment

(42) Investimenti annwali magħmula mill-industrija tal-Komunità kien importanti matul il-perjodu taħt l-investigazzjoni, li jibdew minn 58 miljun ECU fl-1994, sa 44 miljun ECU fl-1995, bil-quċċata fl-1996 ta' 81 miljun ECU. Matul il-perjodu investigattiv l-investiment ammonta għal 14 miljun ECU. Għandu jkun nnotat li dawn l-isforzi sinifikattivi jirrapreżentaw, fl-iktar parti, investiment fi bdil ta' makkinarju bħala parti minn proġramm ta' ristrutturar fuq kollox.

(i) Impjiegi

(43) Minħabba ċertu livell ta' tnaqqis fil-kapaċità u l-istrutturar tal-produzzjoni, l-impjiegi niżlu minn madwar 2300 fl-1994 għal madwar 2000 matul il-perjodu investigattiv, cioe, b’ 9,2 %.

4. Konklużjoni fuq is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità

(44) L-analiżi ta' fuq uriet li l-indikaturi ekonomiċi bħall-produzzjoni, il-kapaċità ta' utilizzar, bejgħ u ħażniet komplew juru tendenzi negattivi. Għalkemm dan intwera fil-kuntest ta' konsum li naqas xi ftit, wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-industrija tal-Komunità tilfet sehem fis-suq matul dan il-perjodu. Iżjed minnhekk, l-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Komunità sofriet pressjoni sinifikanti fil-prezz u bejgħ bi prezz inqas sostanzjali ġie stabbilit għall-importazzjoni li oriġinat mit-Tajwan.

(45) Sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industija tal-Komunità, għandu jkun notat li saru profitti fl-1995 wara żieda fil-prezzijiet tal-materja prima u l-bidu ta' l-investigazzjoni anti-dumping kontra prodotti mill-Belarus. Madanakollu, l-industrija tal-Komunità wriet tendenza l-isfel fir-riżultati finanzjarji mill-1995 'il quddiem, li ħabat maż-żieda fil-presenza ta' importazzjonijiet mit-Tajwan li imlew il-vojt mill-importazzjoni mill-Belarus.

(46) Fid-dawl ta' l-analiżi li għaddejja, ġie konkluż li l-industrija tal-Komunità kompliet tkun f'pożizzjoni ekonomika dgħajfa.

F. POSSIBILITA’ LI D-DANNU JERĠA’ JIĠRI

(47) B’zieda ma’ l-analiżi ta' l-eżistenza ta' dumping kif ukoll il-possibbilità li jerġa’ jkun hemm dumping fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw fit-Tajwan u l-analiżi tas-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità, kien stmat li l-possibbilità li jerġa’ jiġri d-danni, jekk il-miżuri applikabli għall-importazzjoni mit-Tajwan huma mneħħija.

1. Analiżi tas-sitwazzjoni tal-produtturi tal-pajjiż li jesporta konċernat

(48) Nstab li mill-1995 sal-perjodu investigattiv il-kapaċità totali tal-produzjoni fit-Tajwan żdiedet b’ 21,3 % cioe’ 135000 tunellata. Produtturi Tajwaniżi li jesportaw jbassru aktar żieda fil-kapaċità produttiva tagħhom u l-kapaċità ta' utilizzazzjoni għal livell ogħla minn 90 % fl-1998, li jwassal għal żieda fil-produzzjoni ta' iżjed minn 30000 tunellata.

(49) Nstab ukoll li l-volum ta' importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan żdiedu sostanzjalment bejn l-1994 u l-perjodu investigattiv (+ 242 %), minkejja il-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Għandu jkun nnotat li, bejn l-1995 u l-1996, l-volumi ta' dawn l-importazzjonijiet fil-Komunità kważi rdoppja u bejn l-1994 u l-perjodu investigattiv iżjed minn trippla. Is-sehem tas-suq korrispondenti żdied sinifikament bejn l-1994 u l-perjodu investigattiv minn 1,5 % sa 5,3 %. Iżjed minnhekk ġie stabbilit li matul il-perjodu investigattiv dawn l-importazzjonijiet saru f'prezzijiet li qatgħu b'mod sinifikanti (167 %) dawk ta' l-industija tal-Komunità.

2. Impatt ta' l-importazzjonijiet mit-Tajwan fl-assenza ta' miżuri anti-dumping

(50) F'dak li jikkonċerna r-rikorrenza ta' suq mifqugħ li jikkawża danni, ġie kunsidrat li l-prezzijiet miksuba fl-assenza ta' miżuri anti-dumping għandhom iwasslu għall-prezz b'valur inqas ta' 24,5 %. Il-metodoloġija użata biex tikkalkula din il-miżura kienet l-istess bħal dik deskritta f'preambolu 32 ħlief li l-ebda dazju anti-dumping ma jiżdied mal-prezz ta' l-importazzjoni.

(51) Fid-dawl ta' hawn fuq, hu mistenni li l-importazzjonijiet mit-Tajwan fil-Komunità għandhom jiżdiedu u l-prezzijiet tagħhom ikomplu jaqgħu jekk il-miżuri anti-dumping fis-seħħ huma mneħħija. Ġie stabbilit li ukoll bil-miżuri fis-seħħ il-volum ta' l-importazzjoni Tajwaniżi żdied. Iżjed minn hekk, ma jistax jiġi eskluż li, fl-assenza tal-miżuri, il-prezz relativament iktar għoli fis-suq tal-Komunità għandu jikkostitwixxi inċentiv biex idawwar l-esportazzjonijiet mit-Tajwan li fil-preżent huma mibgħuta bil-baħar lejn pajjiżi terzi, fis-suq tal-Komunità.

(52) Sa kemm il-livell ta' profitabbilita’ ta' l-industrija tal-Komunità hi kkonċernata, żewġ ipoteżi bażiċi jistgħu jiġu mbassra fil-każ li miżuri anti-dumping jiskadu kontra importazzjonijiet li oriġinaw fit-Tajwan. L-ewwel, l-industrija tal-Komunità għandha tkompli tbiegħ bl-istess prezzijiet, li jirriżultaw fit-tnaqqis tas-sehem tas-suq b'konsegwenzi diretti, fit-tul, fuq il-profibbilità tagħha. It-tieni, l-industrija tal-Komunità għandha tnaqqas il-prezzijiet tagħha għal uħud mill-bejgħ tagħha, fejn il-kompetizzjoni mit-Tajwan tkun l-iktar intensiva, u tirriżulta fit-tnaqqis tal-profibbilità tagħha. Ġie estimat li fl-ewwel xenarju l-industrija tal-Komunità tkompli titlef 2,5 % tas-sehem tas-suq, flimkien ma waqa’ fil-profabbilità ta' 9,5 % fil-qasir. Jekk l-industrija tal-Komunità ssegwi t-tendenza l-isfel tal-prezzijiet, il-profitabbilità taqa’ minn 5,6 % sa 2,7 %. Konsegwentament, f'kull xenarju l-profitabbilità ta' l-industrija tal-Komunità ssofri minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li joriġinaw fit-Tajwan u jikkawżaw danni.

3. Konklużjoni fuq ir-rikorrenza ta' dumping li jikkawża d-danni

(53) Matul il-perjodu taħt l-investigazzjoni prezzijiet ta' importazzjonijet ta' dumping mit-Tajwan naqsu b’ 14 %, f’perjodu ta' żmien meta l-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità żdiedu bit-3 %. Dan kellu l-effett li s-sehem tas-suq ta' l-importazzjonijet mit-Tajwan żdied minn 1,5 % fl-1994 sa 5,3 % fil-perjodu investigattiv, ċioe’ b'253 %. Iżjed minnhekk, meta l-importazzjonijiet mit-Tajwan jibdew jimlew il-vakum li ħalliet il-Belarus, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Komunità ħadet dawra 'l isfel.

(54) Il-kapaċitajiet sinifikanti ta' produzzjoni, li xi wħud minnhom għadhom kif ġew installati, fit-Tajwan, l-attrazzjoni tal-prezzijiet li jipprevalu fuq is-suq tal-Komunità u r-riskju konsegwenti ta' mewġa ta' esportazzjoni ċarament jissuġġerixxu li l-miżuri anti-dumping eżistenti fir-rigward tat-Tajwan għandhom jinżammu biex tevita li jerġa’ jkun hemm dumping li jagħmel il-ħsara.

Ġ. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1. Introduzzjoni

(55) Għandu jerġa’ jiġi mfakkar li fl-investigazzjonijet ta' qabel, l-adozzjoni tal-miżuri ġie kunsidrat li ma jmurx kontra l-interess tal-Komunità.Iżjed minnhekk, għandu jkun notat li l-investigazzjoni presenti hi stħarriġ, għalhekk qed tannalizza sitwazzjoni f'liema l-miżuri anti-dumping diġa saru. Għalhekk, il-ħin u n-natura ta' l-investigazzjoni preżenti tippermetti stima ta' kull impatt negattiv li ma jkunx mistħoq fuq il-partijiet konċernati bil-miżuri imposti anti-dumping.

Fuq din il-bażi kien eżaminat, jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbilità ta' kontinwazzjoni u rikorrenza ta' dumping li jagħmel il-ħsara, jista’ jkun ċarament konkluż li m'huwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond Artikolu 21(1) tar-Regolament Bażiki, l-impatt tal-miżuri tal-partijiet kollha involuti fil-proċediment u wkoll il-konsegwenzi li ma jinżammux miżuri kontra t-Tajwan ġew kunsidrati.

2. Interess ta' l-industrija tal-Komunità

(56) L-industrija tal-Komunità għal kważi għaxar snin sofriet minn prezzijiet baxxi/ta' dumping ta' importazzjonijiet ta' FSP. L-għanijiet tal-miżuri anti-dumping kienu taħt stħarriġ, biex terġa’ tistabbilixxi kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Komunità bejn il-produtturi u l-esportaturi korrispondenti tagħhom f'pajjiżi terzi, ma ntlaħqux kompletament kif muri fuq.

L-industrija tal-Komunità qegħda tagħmel sforzi konsiderevoli biex ittejjeb il-produttivita’ fi snin riċenti, f'attentat biex tbaxxi l-ispejjeż tagħha tal-produzzjoni u iżżid il-kompetitività tagħha f'dan is-suq sensittiv għall-prezz. L-industrija tal-Komunità wettqet sforzi partikolari ta' razjonalizzazzjoni matul il-perjodu investigattiv. Produttur wieħed tal-Komunità għalaq żewġ faċilitajiet ta' produzzjoni fi sforz li jnaqqas l-ispejjeż u jtejjeb il-produttività.

Minħabba is-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, b'mod partikolari tal-fatt li ma tħallietx tirkupra kompletament mid-diffikultajiet ekonomiċi li jirriżultaw mill-importazzjonijiet tad-dumping, hu konsidrat li, fl-assenza tal-miżuri, iktar detterjorament tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità hu aktar probabbli. Din tista’ twassal għall-tnaqqis gravi fl-impjiegi u tista’ fl-aħħar mill-aħħar twassal għal tnaqqis fin-numru ta' produtturi tal-Komunità.

Iżjed minnhekk, l-isforzi ta' sfrutturar li għaddej maġħmul mill-industrija tal-Komunità juri li m'hix lesta tabbanduna din is-sezzjoni tal-produzzjoni. Iż-żamma ta' miżuri anti-dumping ikunu għalhekk fl-interess ta' l-industrija tal-Komunità.

3. Impatt fuq l-utenti

(57) L-ebda utent tal-Komunità ma wieġeb għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni kurrenti. L-ebda xiehda ma ġiet provduta fuq l-inċidenza tal-miżuri fis-seħħ, fl-ispejjeż tagħhom ta' produzzjoni. Konsegwentement, l-ebda analiżi ma setgħet issir li tikkonċerna l-impatt tal-miżuri fis-seħħ fuq l-ispejjeż ta' produzzjoni ta' l-utenti.

(58) Żewġt assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-Komunità issottomettew informazzjoni u talbu t-terminazzjoni tal-miżuri. Fis-sottomissjonijiet ġie argumentat li l-industrija tal-Komunità ma kinetx kapaċi tlaħħaq mad-domanda. Iktar minnhekk, ċertu utenti ta' tip ta' FSP, ċioe’ fiberfill, infurmaw lill-Kummissjoni li produttur ewlieni tal-Komunità ta' dan it-tip ma kienx fil-pożizzjoni li jilħaq dawn id-domandi. Madanakollu, jidher li l-ebda skarsezza partikolari ma ġrat fis-suq tal-Komunità matul il-perjodu eżaminat. L-għan tal-miżuri anti-dumping mhux biex tagħlaq is-suq tal-Komunità minn importazzjonijiet, imma aktarx biex tillivella l-prattiċi fil-kummerċ li m'humiex ġusti u timpedixxi l-effetti li jgħawġu s-suq ta' l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u li jagħmlu l-ħsara. F’ dan il-każ speċifiku, jidher illi l-miżuri ma żammewx l-importazzjonijiet milli jidħlu fis-suq tal-Komunità. Kif diġa msemmi l-importazzjonijiet mit-Tajwan żdiedu sinifikament matul il-perjodu taħt l-investigazzjoni.

Iżjed minnhekk ġie misjub, li minħabba il-fatt li l-industrija tal-Komunità għandha kapaċita’ ta' produzzjoni sinifikattiva, u mogħti li hemm il-presenza ta' fornituri oħrajn lokati barra il-Komunità, ir-riskju ta' nuqqas ta' provista hu żgħir ħafna, jekk mhux non-eżistenti.

(59) Iżjed minnhekk, xi partijiet interessati argumentaw li l-pożizzjoni kompetittiva internazzjonali tal-prodotti li jinkorporaw il-FSP, prodotti fil-Komunità, hi mpoġġija fil-periklu bil-kontinwazzjoni u tpoġġijja mill-ġdid tal-miżuri anti-dumping. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat għaliex il-FSP użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-Komunità għall-esportazzjoni jista’ jidħol fil-Komunità mingħajr ebda dazju taħt l-arranġamenti ta' l-ipproċessar 'il ġewwa. Iżjed minnhekk, dawn il-partijiet interessati kellhom l-opportunità, minħabba l-fatt illi l-miżuri anti-dumping huma fis-seħħ għal ta' l-inqas ħames snin, biex jissottomettu evidenza dwar l-inċidenza tal-miżuri fuq l-ispejjeż tagħhom tal-produzzjoni u l-kompetitività tagħhom internazzjonali, imma l-ebda informazzjoni f'dan ir-rispett ma waslet.

Fuq il-bazi ta' fuq, u għaliex il-miżuri kienu fis-seħħ għal ċertu perjodu, u ser jinżammu fl-istess livell, jista’ jkun konkluż li din m'għandiex timplika detorjament, jekk hemm fuq kollox, tas-sitwazzjoni tal-utenti.

4. Konsegwenza għall-kompetizjoni fis-suq tal-Komunità

(60) Kien hemm pretensjoni li l-livell ta' kompetizzjoni fis-suq tal-FSP tal-Komunità jista’ jkun effetwat bil-kontinwazzjoni tad-dazji anti-dumping għaliex toħloq sitwazzjoni iktar b'saħħita għall-industrija tal-Komunità.

Sa kemm l-ambjent kompetittiv tas-suq tal-Komunità hu konċernat, il-miżuri fis-seħħ huma tali illi ma jagħlqux is-suq tal-Komunità lill-produtturi li jesportaw taħt stħarriġ. Għalhekk, huma ħa jħallu l-presenza kontinwa tal-produtturi li jesportaw fis-suq. Għandu jkun imfakkar li l-industriji utenti u operaturi ekonomiċi oħrajn dejjem gawdew mill-presenza ta' varjazzjoni wiesgħa ta' kompetituri fis-suq.

Għalhekk, il-benefiċċju ta' suq immexxi minn numru kbir ta' fornituri xorta jkun disponibbli għall-utenti tal-prodott konċernat.

5. Konklużjoni

(61) Fuq il-bażi ta' fatti ta' fuq u l-konsiderazzjonijiet b'mod partikolari, u wara li ġew eżaminati l-argumenti sottomessi mill-industrija tal-Komunità u assoċjazzjonijiet tal-utenti tal-prodott konċernat, ġie konkluż, li ma kienx hemm raġunijiet b'saħħithom biex iżżommu il-miżuri fis-seħħ li jikkonċernaw l-importazzjonijiet mit-Tajwan.

H. TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT FIR-RIGWARD TAL-KOREA

(62) Minħabba l-istralċ stabbiliti fuq fil-preambolu 26, il-miżuri anti-dumping fis-seħħ bħalissa kontra l-Korea m'għadhomx iżjed ġustifikati. Skond Artikolu 11 flimkien ma’ Artikolu 9 tar-Regolament Bażiku, fejn, wara konsultazzjoni, miżuri protettivi m'humiex meħtieġa u m'hemm l-ebda oġġezzjoni mqajjma fi ħdan il-Kumitat ta' Konsultazzjoni, l-investigazzjoni u l-proċediment għandu jintemm.

(63) Fid-dawl ta' fuq, il-Kummissjoni ikkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-miżuri produttivi bħalissa fis-seħħ kontra l-Korea m'humiex meħtieġa u li l-proċediment għandu jkun terminat.

I. MIŻURI ANTI-DUMPING

(64) Isegwi minn dan ta' hawn fuq li, kif provdut b'Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku, d-dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw f'Tajwan imposti b'Regolament (KEE) Nru 3017/92 għandhom jinżammu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju definittiv anti-dumping qed jiġi hawnhekk impost fuq fibri sintetiċi ta' polyesters, li m'humiex mqardxa, minxuta jew ipproċessati mod ieħor għall-insiġ, bħalissa klassifikat fil-kodiċi NM 55032000 u joriġina fit-Tajwan.

2. Id-dazju, kalkolat fuq il-bażi ta' prezz net b'xejn fil-fruntiera tal-Komunità tal-prodott; qabel id-dazju, għandu jkun ta' 13 % tal-fibri sintetiċi ta' polyesters li joriġinaw fit-Tajwan (kodiċi taric addizzjonali 8195), ħlief għall-fibri sintetiċi ta' polyesters magħmulin mill-kumpanijji msemmija isfel, għal-liema r-rati li ġejjin għandhom japplikaw:

— Far Eastern Textile Ltd, Taiei (kodiċi taric addizzjonali 8192) | 6,8 % |

— Nan Ya Plastics Corporation, Taipei (kodiċi taric addizzjonali 8193) | 5,9 % |

— Shingkong Synthetic Fibres Co., Taipei (kodiċi taric addizzjonali 8194) | 13,0 % |

Artikolu 2

Il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' fibri sintetiċi ta' polyesters li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea hawnhekk hu terminat.

Artikolu 3

Sa kemm hu speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Lulju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Hassi

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 905/1998 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18).

[2] ĠU L 348, tas-17.12.1988, p. 49.

[3] ĠU L 209, tat-2.8.1988, p. 1.

[4] ĠU L 306, tat-22.10.1992, p. 1.

[5] ĠU Ċ 9, tal- 15.1.1993, p. 2.

[6] ĠU L 189, tat-30.7.1996, p. 13.

[7] ĠU Ċ 125, tat- 22.4.1997, p. 4.

[8] ĠU Ċ 213, tal- 15.7.1997, p. 4.

[9] ĠU Ċ 321, tat- 22.10.1997, p. 12.

--------------------------------------------------