|
21.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2405
tal-20 ta' Diċembru 2017
li skont l-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jagħti l-protezzjoni lid-denominazzjoni “Picpoul de Pinet” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bi qbil mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-Kummissjoni eżaminat it-talba għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Picpoul de Pinet” ippreżentata minn Franza. Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 93 sa 96 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fl-Artikolu 97(1) u fl-Artikoli 100, 101 u 102 tal-imsemmi Regolament, kienu ġew issodisfati. Hija tal-fehma, għaldaqstant, bla ħsara għal possibbiltà ta' oppożizzjoni, li l-protezzjoni tista' tingħata fuq id-denominazzjoni komposta ta' “Picpoul de Pinet” fl-intier tagħha abbażi tal-użu tradizzjonali tagħha. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li din ir-reġistrazzjoni ma tostakolax l-użu, dejjem jekk jiġu rrispettati l-prinċipji u r-regoli applikabbli fl-ordni legali tal-Unjoni, tal-isem tal-varjetà tal-għenba “piquepoul” jew tas-sinonimi tagħha peress li l-isem la fih u lanqas jikkonsisti mid-denominazzjoni “Picpoul de Pinet” u essenzjalment, lanqas ma jirreferi għall-element ġeografiku ta' din id-denominazzjoni, b'tali mod li l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 100(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mhumiex issodisfati. It-talba għar-reġistrazzjoni ġiet sussegwentement ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li tiġi protetta d-denominazzjoni “Picpoul de Pinet” u li tiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta' dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Picpoul de Pinet” (DOP) hija protetta.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER