|
1.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 76/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9195 — Lifeco/Hammerson/Swords Pavilions)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 76/07)
1.
Fit-22 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Irish Life (l-Irlanda) u Clyde Property Fund (l-Irlanda), it-tnejn ikkontrollati minn Great-West Lifeco (il-Kanada), |
|
— |
Hammerson (ir-Renju Unit), |
|
— |
Swords Pavilions (l-Irlanda), li bħalissa hija kkontrollata minn Hammerson. |
Great-West Lifeco u Hammerson jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Swords Pavilions.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Irish Life u Clyde Property Fund: sussidjarji ta’ Great-West Lifeco attivi f’servizzi ta’ proprjetà immobbli lill-konsumaturi fl-Irlanda. Great-West Lifeco hija kumpanija azzjonarja internazzjonali tas-servizzi finanzjarji,
— Hammerson: l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli kummerċjali u l-kiri u t-tħaddim tal-proprjetà immobbli kummerċjali tagħha stess, primarjament fir-Renju Unit, l-Irlanda u Franza,
— Swords Pavilions: ċentru kummerċjali li jinsab qrib l-ajruport fis-subborgi tat-tramuntana ta’ Dublin.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9195 — Lifeco/Hammerson/Swords Pavilions
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).